LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • g 4/06 p. 3
  • Ix-Xewqa li Tkun Maħbub

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Ix-Xewqa li Tkun Maħbub
  • Stenbaħ!—2006
  • Materjal Simili
  • Aħwa Mnikktin li “Bnew id-Dar taʼ Iżrael”
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2007
  • Kif nistaʼ nitkellem mal-​ġenituri tiegħi?
    Tweġibiet għal 10 mistoqsijiet li ż-żgħażagħ jistaqsu
  • Kif Nistaʼ Nitkellem mal-Ġenituri Tiegħi?
    Iż-Żgħażagħ Jistaqsu . . . Tweġibiet Prattiċi għall-Mistoqsijiet Tagħhom, L-1 Volum
  • Kif Tistaʼ Ssib l-Imħabba Vera
    Stenbaħ!—2006
Ara Iżjed
Stenbaħ!—2006
g 4/06 p. 3

Ix-​Xewqa li Tkun Maħbub

Ħafna żmien ilu f’belt li llum tinsab fil-​pajjiż tat-​Turkija, kienet tgħix tfajla li jisimha Lija. Id-​dehra taʼ Lija kienet waħda sempliċi, imma Rakel, oħtha ż-​żgħira, kienet sabiħa ħafna.

RAKEL iltaqgħet maʼ raġel li tant ħabbha li kien lest jaħdem sebaʼ snin għal missierha sabiex ikun jistaʼ jiżżewwiġha. Madankollu, fil-​lejl tat-​tieġ, missier it-​tfajliet biddel lil Lija m’oħtha. Ma nafux kif ħassitha Lija dwar il-​pjan taʼ missierha, imma żgur li kienet taf li dan ma kienx il-​mod ideali kif tidħol għaż-​żwieġ.

Meta rrealizza x’kien ġara, ir-​raġel li kien għadu kif iżżewweġ xejn ma ħa pjaċir b’dan. Il-​missier spjega li d-​drawwa kienet li l-​ewwel iżewġu t-​tifla l-​kbira. Għalhekk, Lija sabet ruħha mogħtija fiż-​żwieġ b’qerq lil raġel li l-​ewwel imħabba tiegħu kienet għal oħtha ż-​żgħira, li kien iżżewwiġha wkoll. Min jaf kemm kienet tħossha mdejqa Lija meta kienet tara lil oħtha ż-​żgħira tirċievi ħafna mill-​affezzjoni! Lija ma kellha ebda storja romantika x’tirrakkonta dwar l-​għerusija tagħha u ftit kellha, jekk wara kollox kellha, memorji sbieħ tal-​ġurnata tat-​tieġ tagħha. Min jaf kemm kienet tixxennaq li tkun maħbuba bħalma kienet Rakel! Għalhekk, Lija spiss kellha mnejn ħassitha li ma kinitx maħbuba u mixtieqa, u parti minn dan kien minħabba ċirkustanzi li hi ma kellhiex kontroll fuqhom.a

Sa ċertu punt, xi wħud jistgħu jifhmu dak li kienet tħoss Lija. Ilkoll kemm aħna għandna bżonn kbir li nħobbu u nkunu maħbubin. Forsi nixxennqu li jkollna sieħeb, jew sieħba, li jkun iħobbna. Irridu wkoll l-​affezzjoni tal-​ġenituri, it-​tfal, ħutna, u l-​ħbieb tagħna. Bħal Lija, għandna mnejn nosservaw oħrajn li sabu l-​imħabba filwaqt li aħna le.

Minn mindu nkunu għadna żgħar nibdew nisimgħu bi stejjer romantiċi dwar nies sbieħ li jsiru jħobbu lil xulxin u jgħixu ferħanin għal dejjem. Il-​kantanti jkantaw b’mod sentimentali dwar l-​imħabba; il-​poeti jfaħħruha. Madankollu, riċerkatur fuq dan is-​suġġett kiteb: “Kważi m’hemm ebda attività, jew intrapriża, li tinbeda b’tant tamiet u stennijiet kbar, u li madankollu, tfalli tant daqs l-​imħabba.” Tabilħaqq, spiss l-​iktar relazzjonijiet mill-​qrib tagħna huma l-​iktar li jinkwetawna—dawk li jġibulna niket minflok ferħ dejjiemi. F’ħafna pajjiżi, bħalissa madwar 40 fil-​mija miż-​żwiġijiet qed jispiċċaw f’divorzju, u ħafna koppji li ma jiddivorzjawx xejn m’huma ferħanin.

F’ħafna pajjiżi kien hemm żjieda taʼ familji b’ġenitur wieħed u familji b’ħafna problemi. F’familji bħal dawn, it-​tfal sfaw vittmi wkoll. Madankollu, it-​tfal b’mod speċjali għandhom bżonn sigurtà emozzjonali li tiġi minn ambjent kollu mħabba li toffri l-​familja. Mela allura, xi ġralha l-​imħabba? Lejn xiex nistgħu nduru sabiex nitgħallmu dwar din il-​kwalità prezzjuża? L-​artikli li jmiss se jeżaminaw dawn il-​mistoqsijiet.

[Nota taʼ taħt]

a Dan ir-​rakkont jinsab fil-​ktieb Bibliku tal-​Ġenesi kapitli 29 u 30.

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja