LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • ypq mistoqsija 3 pp. 9-11
  • Kif nistaʼ nitkellem mal-​ġenituri tiegħi?

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Kif nistaʼ nitkellem mal-​ġenituri tiegħi?
  • Tweġibiet għal 10 mistoqsijiet li ż-żgħażagħ jistaqsu
  • Materjal Simili
  • Kif Nistaʼ Nitkellem mal-Ġenituri Tiegħi?
    Iż-Żgħażagħ Jistaqsu . . . Tweġibiet Prattiċi għall-Mistoqsijiet Tagħhom, L-1 Volum
  • Ix-Xewqa li Tkun Maħbub
    Stenbaħ!—2006
  • Aħwa Mnikktin li “Bnew id-Dar taʼ Iżrael”
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2007
  • Il-Ġenituri Tagħna Għallmuna Nħobbu lil Alla
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1999
Ara Iżjed
Tweġibiet għal 10 mistoqsijiet li ż-żgħażagħ jistaqsu
ypq mistoqsija 3 pp. 9-11
Ġuvni jitkerrah hekk kif qed ikellmu missieru

MISTOQSIJA 3

Kif nistaʼ nitkellem mal-​ġenituri tiegħi?

GĦALA HU IMPORTANTI

Iktar ma tingwalaha mal-​ġenituri tiegħek, iktar ħajtek ħa timxi ħarir.

INT KIEKU X’TAGĦMEL?

Immaġina din ix-​xena: Hu l-​Erbgħa waranofsinhar. Geoffrey, li għandu 17-​il sena, lesta l-​affarijiet li kellu jagħmel, u sa fl-​aħħar lest biex joqgħod jirrilassa ftit! Jixgħel it-​televixin u jinxteħet fuq il-​pultruna favorita tiegħu.

Dak il-​ħin jidħol missieru, u xejn ma jieħu pjaċir.

“Geoffrey! Għala qed taħli l-​ħin tara t-​televixin meta suppost qed tgħin lil ħuk iż-​żgħir jagħmel il-​ħowmwerk? Qatt ma tagħmel dak li ngħidulek!”

“Ħa nerġgħu nibdew,” igerger Geoffrey minn taħt l-​ilsien, għalkemm fl-​istess ħin jinstemaʼ.

Missieru jersaq lejh. “X’għedt int?”

“Xej, pa,” jgħid Geoffrey hu u jonfoħ u jaqleb għajnejh.

Issa missieru veru rrabjat. “Ara kif tkellimni lili!” jgħidlu bl-​herra.

Li kieku kont Geoffrey, kif stajt tevita din is-​sitwazzjoni?

IEQAF U AĦSEB!

Li tikkomunika mal-​ġenituri tiegħek jistaʼ jitqabbel maʼ xi ħadd li jsuq karozza. Jekk isib triq li ma jistax jgħaddi minnha, isib triq oħra.

PEREŻEMPJU:

“Insibha diffiċli biex nikkomunika maʼ missieri,” tgħid tfajla jisimha Leah. “Ġieli nkun qed inkellmu, u mbagħad jgħidli, ‘Skużani, lili kont qed tkellem?’”

LEAH MINN TAL-​INQAS GĦANDHA TLIET GĦAŻLIET.

  1. Tgħajjat maʼ missierha.

    Leah tgħajjat, “U ejja din importanti ta! Iva ismagħni!”

  2. Ma tibqax tkellem lil missierha.

    Leah taqtaʼ qalbha u ma tibqax tipprova tkellem lil missierha dwar il-​problema tagħha.

  3. Tistenna ħin aħjar, u terġaʼ tqajjem is-​suġġett.

    Leah titkellem maʼ missierha wiċċ imb wiċċ f’ħin ieħor, jew tiktiblu ittra dwar il-​problema tagħha.

Liema għażla tissuġġerixxi int lil Leah?

AĦSEB DWAR DAN: Missier Leah hu aljenat—u b’hekk lanqas qed jinduna li hi frustrata. Allura jekk Leah tagħżel l-​A, għandu mnejn lanqas biss jifhem għala qed tgħajjat miegħu. Din l-​għażla x’aktarx li mhux se ġġiegħel lil missier Leah jagħti iktar kas taʼ x’qed tgħid hi, u lanqas turi rispett u unur lejh. (Efesin 6:2) Fir-​realtà, b’din l-​għażla ma jgawdi minnha ħadd.

Karozza ssib ostaklu fit-triq

Sewwasew bħalma ssib triq oħra jekk issib triq magħluqa, hekk ukoll tistaʼ ssib mod ieħor kif tingwalaha mal-​ġenituri tiegħek

Waqt li l-​B għandha mnejn tkun l-​iktar waħda faċli, mhijiex l-​iktar għażla għaqlija. Għala? Għax biex issolvi l-​problemi tagħha, Leah għandha bżonn titkellem maʼ missierha—u biex hu jgħinha, jeħtieġ li jkun jaf x’inhu jiġri f’ħajjitha. Bis-​silenzju mhu se jissolva xejn.

Iżda jekk tagħżel iċ-​Ċ, Leah ma tħallix din is-​sitwazzjoni żżommha lura milli tagħmel sforz biex titkellem maʼ missierha. Minflok, hi tipprova ssemmi s-​suġġett f’ħin ieħor. U jekk hi tagħżel li tikteb ittra lil missierha, Leah taf tħossha aħjar dak il-​ħin stess.

Li tikteb l-​ittra jistaʼ jgħinha wkoll biex tesprimi eżatt dak li tixtieq tgħid. Meta missier Leah jaqra l-​ittra, hu se jsir jaf x’riedet tgħidlu u dan jistaʼ jgħinu jifhem id-​diffikultà tagħha aħjar. B’hekk, l-​għażla Ċ hi taʼ benefiċċju kemm għal Leah kif ukoll għal missierha. Kemm jekk wiċċ imb wiċċ u kemm jekk b’ittra, din l-​għażla ssegwi l-​parir tal-​Bibbja biex “niġru wara l-​affarijiet li jġibu l-​paċi.”—Rumani 14:19.

Liema għażliet oħra jistaʼ jkollha Leah?

Ara jekk tistax taħseb f’għażla oħra. Imbagħad aħseb x’tistaʼ tkun il-konsegwenza tagħha.

PARIRI GĦAQLIN MILL-​BIBBJA

“Onora lil missierek u lil ommok.”—Efesin 6:2.

“Ħa jkun kliemkom dejjem kollu ħlewwa.”—Kolossin 4:6.

‘Kun ħafif biex tismaʼ, tqil biex titkellem.’—Ġakbu 1:19.

TKELLEM ĊAR U TOND

Tinsiex, dak li għedt u dak li l-​ġenituri tiegħek jaħsbu li għedt mhux dejjem ikun l-​istess.

PEREŻEMPJU:

Il-​ġenituri tiegħek jistaqsu għala donnok għandek burdata ħażina. Int twieġeb, “Ma rridx nitkellem fuq dan.”

Imma l-​ġenituri tiegħek jisimgħu: “Ma nafdakomx biżżejjed biex niftaħ qalbi magħkom. Ħa nitkellem maʼ sħabi dwar din il-​problema u mhux magħkom.”

Ġib quddiem għajnejk li għandek problema serja u li l-​ġenituri tiegħek joffru li jgħinuk. Imma int tgħid: “Tagħtux kas. Issa nirranġa jien.”

  • Il-ġenituri tiegħek x’għandhom mnejn jisimgħu?

  • X’tistaʼ tkun tweġiba aħjar mingħandek?

DAK LI SE NAGĦMEL

  • Id-darba li jmiss li ma jkollix aptit nitkellem mal-ġenituri tiegħi, jien x’se nagħmel?

  • Jekk il-ġenituri tiegħi jisforzawni biex nitkellem fuq suġġett li niddejjaq nitkellem fuqu, jien x’se nagħmel?

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja