LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • g 7/09 pp. 28-29
  • Il-Fedeltà fiż-Żwieġ—Xi Tfisser Verament?

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Il-Fedeltà fiż-Żwieġ—Xi Tfisser Verament?
  • Stenbaħ!—2009
  • Sottitli
  • Materjal Simili
  • Jagħmlu Ħsara l-Fantasiji Sesswali?
  • Għala Għandek Tibqaʼ Leali Emozzjonalment?
  • Ipproteġi ż-Żwieġ Tiegħek
  • Wara l-ġurnata tat-tieġ
    Kif tibqa’ fl-imħabba t’Alla
  • ‘Ifraħ b’Mart Żgħożitek’
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2006
  • Ħalli lil Ġeħova jsaħħaħ u jipproteġi ż-żwieġ tiegħek
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2015
  • “Ħa Jkun iż-Żwieġ Onorabbli”
    “Żommu Ruħkom fl-Imħabba t’Alla”
Ara Iżjed
Stenbaħ!—2009
g 7/09 pp. 28-29

Il-Ħarsa tal-Bibbja

Il-Fedeltà fiż-Żwieġ​—Xi Tfisser Verament?

Ħafna nies jistennew li l-imseħbin fiż-żwieġ ikunu sesswalment leali lejn xulxin. Din il-ħarsa tal-fedeltà fiż-żwieġ taqbel mal-Bibbja li tgħid: “Ħa jkun iż-żwieġ onorabbli għal kulħadd, u ħa tkun is-sodda taż-żwieġ bla tinġis.”—Ebrej 13:4.

HUWA l-fatt li ma jkollokx relazzjoni sesswali ma’ mseħbin oħrajn dak kollu li jfisser li tkun leali fiż-żwieġ? Xi ngħidu għall-fantasiji sesswali li jinvolvu lil xi ħadd li m’huwiex is-sieħeb tiegħek fiż-żwieġ? Tistaʼ ħbiberija mill-qrib ma’ xi ħadd tas-sess oppost issir forma taʼ “infedeltà”?

Jagħmlu Ħsara l-Fantasiji Sesswali?

Il-Bibbja tippreżenta s-sess bħala parti naturali u taʼ ġid tal-ħajja miżżewġa, sors taʼ ferħ u sodisfazzjon għaż-żewġ imseħbin. (Proverbji 5:18, 19) Imma ħafna esperti taʼ żmienna jemmnu li huwa normali—saħansitra taʼ ġid—li persuna miżżewġa jkollha fantasiji dwar imseħbin sesswali oħrajn. Huma fantasiji bħal dawn bla ħsara sakemm dak li jkun ma jagħmilhomx fir-realtà?

Il-fantasiji sesswali ġeneralment jiffokaw fuq li wieħed ipaxxi lilu nnifsu. Imġiba egoistika bħal din tmur kontra l-parir tal-Bibbja għall-miżżewġin. Dwar ir-relazzjonijiet sesswali l-Kelma t’Alla tgħid: “Il-mara m’għandhiex awtorità fuq ġisimha, iżda żewġha għandu; hekk ukoll ir-raġel m’għandux awtorità fuq ġismu, iżda martu għandha.” (1 Korintin 7:4) Min isegwi l-parir tal-Bibbja jevita li jħalli s-sess isir mezz biex dak li jkun jissodisfa biss ix-xewqat tiegħu nnifsu li ġew minħabba li qagħad jimmaġina. Minħabba f’hekk, il-koppja miżżewġa tgawdi ferħ akbar.—Atti 20:35; Filippin 2:4.

Il-fantasiji taʼ sess barra ż-żwieġ jinvolvu li dak li jkun joqgħod jimmaġina f’moħħu l-azzjonijiet li kieku kellu jagħmilhom fir-realtà jikkaġunaw uġigħ emozzjonali kbir lis-sieħeb jew lis-sieħba tiegħu. Jistaʼ l-fatt li wieħed joqgħod jimmaġina fantasiji sesswali jżid iċ-ċans li jagħmel adulterju? It-tweġiba sempliċi hi iva. Il-Bibbja turi l-konnessjoni bejn il-ħsibijiet u l-azzjonijiet: “Kull bniedem jiġi provat billi jkun miġbud u mħajjar mix-xewqa tiegħu stess. Imbagħad, meta x-xewqa ssir fertili, tiled id-dnub; u meta d-dnub jitwettaq, iġib il-mewt.”—Ġakbu 1:14, 15.

Ġesù qal: “Kulmin jibqaʼ jħares lejn mara biex jixtieqha jkun diġà għamel adulterju magħha f’qalbu.” (Mattew 5:28) Int tkun qed ‘tħares lil qalbek’ u tipproteġi ż-żwieġ tiegħek meta tirrifjuta li toqgħod taħseb fuq fantasiji adulterużi.—Proverbji 4:23.

Għala Għandek Tibqaʼ Leali Emozzjonalment?

Żwieġ taʼ suċċess jirrikjedi li tagħti “devozzjoni esklużiva” lil min int miżżewweġ. (L-Għanja taʼ Salamun 8:6; Proverbji 5:15-18) Dan xi jfisser? Għalkemm huwa normali li jkollok ħbieb taż-żewġ sessi barra ż-żwieġ, is-sieħeb jew is-sieħba tiegħek fiż-żwieġ għandha d-dritt għall-aħjar tiegħek, kemm f’dak li hu ħin, attenzjoni, u kemm enerġija emozzjonali. Kwalunkwe relazzjoni li tieħu dak li bi dritt jappartjeni lis-sieħeb jew lis-sieħba tiegħek u tagħtih lil xi ħadd ieħor hi forma taʼ “infedeltà,” anki jekk ma tkunx involuta attività sesswali.a

Kif tistaʼ tiżviluppa relazzjoni bħal din? Xi ħadd tas-sess oppost għandu mnejn jidher iktar attraenti jew jifhmek iktar mis-sieħeb jew is-sieħba tiegħek. Jekk tqattaʼ l-ħin ma’ dan l-individwu fil-post tax-xogħol jew waqt l-assoċjazzjoni, tistgħu tispiċċaw tiddiskutu flimkien kwistjonijiet persunali, inkluż problemi jew diżappunti fiż-żwieġ tiegħek. B’mod emozzjonali, tistaʼ tibda tiddependi minnu. Il-komunikazzjoni ma’ xi ħadd wiċċ imbwiċċ, bit-telefon, jew billi tkellmu fuq l-Internet tistaʼ twasslek biex tikxef affarijiet kunfidenzjali. L-imseħbin fiż-żwieġ b’mod xieraq jistennew li ċerti suġġetti jiġu diskussi biss ma’ xulxin u li “d-diskors kunfidenzjali” tagħhom jinżamm privat.—Proverbji 25:9.

Oqgħod attent li ma tiġġustifikax lilek innifsek billi ssostni li m’hemm ebda sentimenti romantiċi meta fil-fatt ikun hemm! Ġeremija 17:9 jgħid li “l-qalb qarrieqa.” Jekk għandek ħbiberija mill-qrib ma’ xi ħadd tas-sess oppost, staqsi lilek innifsek: ‘Niġġustifika lili nnifsi meta oħrajn jistaqsuni dwar ir-relazzjoni? Nipprova naħbiha? Inħossni komdu li kieku s-sieħeb jew is-sieħba tiegħi tismaʼ l-konversazzjoni tagħna? Kif inħossni kieku s-sieħeb jew is-sieħba tiegħi tiżviluppa ħbiberija simili?’—Mattew 7:12.

Relazzjoni mhix xierqa tistaʼ twassal għal diżastru fiż-żwieġ, ladarba l-intimità emozzjonali tiftaħ it-triq biex fl-aħħar mill-aħħar ikun hemm intimità sesswali. Bħalma wissa Ġesù, ‘mill-qalb joħroġ l-adulterju.’ (Mattew 15:19) Madankollu, anki jekk ma jsirx adulterju, il-ħsara kaġunata minħabba li tintilef il-fiduċja tistaʼ tkun diffiċli ferm li tissewwa. Mara miżżewġa jisimha Karenb qalet: “Meta skoprejt li Mark kien qed jitkellem bil-moħbi fuq it-telefon diversi drabi kuljum ma’ mara oħra, veru ħassejtni mweġġa’. Huwa diffiċli għalija li nemmen li ma kinux involuti flimkien sesswalment. Ma nafx jekk qattx se nerġaʼ nafdah.”

Illimita l-ħbiberiji ma’ membri tas-sess oppost. Tinjorax sentimenti mhux xierqa jew tiġġustifikax motivi li m’humiex puri. Jekk tħoss li r-relazzjoni thedded iż-żwieġ tiegħek, aġixxi malajr biex tillimitaha jew twaqqafha għalkollox. Il-Bibbja tgħid: “Min hu prudenti jara l-gwaj u jinħeba.”—Proverbji 22:3.

Ipproteġi ż-Żwieġ Tiegħek

Il-Ħallieq tagħna ried li ż-żwieġ ikun l-iktar relazzjoni mill-qrib bejn żewġ bnedmin. Hu qal li raġel u mara għandhom “isiru ġisem wieħed.” (Ġenesi 2:24) Ir-rabta taʼ ġisem wieħed ma tinvolvix biss l-intimità sesswali. Tinkludi r-rabta emozzjonali mill-qrib, li tissaħħaħ mill-altruiżmu, il-fiduċja, u r-rispett miż-żewġ naħat. (Proverbji 31:11; Malakija 2:14, 15; Efesin 5:28, 33) Jekk tapplika dawn il-prinċipji se tipproteġi ż-żwieġ tiegħek mill-ħsara kaġunata min-nuqqas taʼ lealtà mentali u emozzjonali.

[Noti taʼ taħt]

a Madankollu, hu importanti li ninnotaw li huma biss ir-relazzjonijiet sesswali barra ż-żwieġ li jipprovdu bażi għal divorzju Skritturali.—Mattew 19:9.

b L-ismijiet ġew mibdulin.

QATT ĦSIBT DWAR DAN?

◼ Jistgħu l-fantasiji sesswali jwasslu għall-għemejjel?—Ġakbu 1:14, 15.

◼ Tistaʼ relazzjoni mill-qrib ma’ xi ħadd tas-sess oppost thedded iż-żwieġ tiegħek?—Ġeremija 17:9; Mattew 15:19.

◼ Kif tistaʼ ssaħħaħ ir-rabta taż-żwieġ tiegħek?—1 Korintin 7:4; 13:8; Efesin 5:28, 33.

[Kumment f’paġna 29]

“Kulmin jibqaʼ jħares lejn mara biex jixtieqha jkun diġà għamel adulterju magħha f’qalbu.”—Mattew 5:28.

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja