LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • g 7/10 p. 19
  • Ħarsa Lejn Id-dinja

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Ħarsa Lejn Id-dinja
  • Stenbaħ!—2010
  • Sottitli
  • Materjal Simili
  • “Quċċata taʼ Swied il-​Qalb”
  • Il-​Qari Qabel l-​Irqad Hu taʼ Benefiċċju
  • Tfal Jixtru Minn fuq l-​Internet
  • Tfal fuq l-Internet—Dak li Għandhom Ikunu Jafu l-Ġenituri
    Stenbaħ!—2009
  • Tfal fuq l-Internet—Dak li Jistgħu Jagħmlu l-Ġenituri
    Stenbaħ!—2009
  • Qegħdin Uliedek Jużaw l-Internet?
    Stenbaħ!—2009
  • Werrej
    Stenbaħ!—2009
Ara Iżjed
Stenbaħ!—2010
g 7/10 p. 19

Ħarsa Lejn Id-​dinja

“Nies li ma jpejpux, li huma attivi fiżikament, li jixorbu l-​alkoħol bil-​moderazzjoni, u li jieklu għall-​inqas ħames porzjonijiet taʼ frott jew ħaxix kuljum jgħixu, bejn wieħed u ieħor, 14-​il sena iktar minn dawk li ma jagħmlu xejn minn dan.” Din il-​konklużjoni hi bbażata fuq studju taʼ 11-​il sena fuq 20,000 ruħ.—UC BERKELEY WELLNESS LETTER, L-​ISTATI UNITI.

“Il-​qari hu l-​aħjar mod biex tirrilassa. . . . Saħansitra sitt minuti huma biżżejjed biex tnaqqas l-​istress b’iktar minn żewġ terzi.”—INDIA TODAY INTERNATIONAL, L-​INDJA.

“Quċċata taʼ Swied il-​Qalb”

Il-​gwerra, in-​nixfa, it-​taqlib politiku, il-​prezzijiet għoljin tal-​ikel, u l-​faqar wasslu lill-​bnedmin għal “quċċata taʼ swied il-​qalb,” tgħid l-​Associated Press. L-​għadd taʼ dawk bil-​ġuħ fid-​dinja issa qabeż il-​biljun. Skont Josette Sheeran tal-​Programm Dinji tal-​Ikel tal-​ĠM, “dinja bil-​ġuħ hi dinja perikoluża. . . . Mingħajr ikel, in-​nies għandhom biss tliet għażliet: Jirvellaw, jemigraw jew imutu. Ebda waħda minn dawn mhi għażla aċċettabbli.” Iktar minn hekk, l-​għadd taʼ nies bil-​ġuħ qed jikber iktar mill-​popolazzjoni tad-​dinja. Saħansitra f’pajjiżi żviluppati, l-​għadd taʼ nies li m’għandhomx biżżejjed ikel żdied bi 15.4 fil-​mija.

Il-​Qari Qabel l-​Irqad Hu taʼ Benefiċċju

Meta l-​ġenituri jaqraw lil uliedhom qabel ma jorqdu, jagħmlu iktar milli sempliċement jgħinuhom jorqdu. Xi riċerkaturi jgħidu li din l-​attività ttejjeb l-​abbiltajiet tat-​tfal biex jitkellmu, tgħinhom jiżviluppaw l-​abbiltajiet taċ-​ċaqliq tagħhom billi tgħallimhom jaqbdu l-​paġni u jdawruhom, u ttejbilhom il-​memorja. “Iżda, l-​iktar importanti . . . hu li l-​qari b’leħen għoli hu perijodu li fih il-​ġenituri u t-​tfal jaqsmu l-​attenzjoni u l-​emozzjoni,” tgħid il-​gazzetta The Guardian. “Dan isaħħaħ l-​idea li l-​qari hu attività pjaċevoli.” U skont il-​Professur Barry Zuckerman, li mexxa l-​istudju, “fl-​aħħar mill-​aħħar it-​tfal jitgħallmu jħobbu l-​kotba għaliex ikunu qed jaqsmuhom maʼ xi ħadd li jħobbuh.”

Tfal Jixtru Minn fuq l-​Internet

“Wieħed minn kull ħamsa mit-​tfal [fir-​Renju Unit] qed jixtru minn fuq l-​Internet mingħajr il-​permess tal-​ġenituri tagħhom, u nofs it-​tfal li jixtru qed jużaw il-​kards tal-​kreditu tal-​ġenituri tagħhom,” tirrapporta The Daily Telegraph taʼ Londra. Ħafna tfal jafu s-​siti u l-​passwords li jużaw il-​ġenituri tagħhom biex jixtru minn fuq l-​Internet—li jistgħu jagħtuhom ukoll aċċess faċli għan-​numru tal-​kard tal-​kreditu tal-​ġenituri tagħhom. Ftit huma l-​ġenituri li jaħsbu li wliedhom jistgħu jixtru minn fuq l-​Internet mingħajr il-​kunsens tagħhom. Hemm “differenza allarmanti” bejn dak li l-​ġenituri jaħsbu li wliedhom jafu u bejn dak li wliedhom jafu attwalment, jinnota r-​rapport. Fost affarijiet oħrajn, din l-​imġiba tesponi lill-​ġenituri għar-​riskju tal-​frodi. Il-​parir lill-​ġenituri li jixtru minn fuq l-​Internet hu: “Evitaw li żżommu dettalji tal-​kards tal-​kreditu jew tad-​debitu fuq l-​Internet,” użaw biss Web sites taʼ fama tajba, u “meta tlestu agħmlu log out.”

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja