LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • g 7/10 p. 30
  • X’Tinvolvi Taħbita tal-Qalb?

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • X’Tinvolvi Taħbita tal-Qalb?
  • Stenbaħ!—2010
  • Sottitli
  • Materjal Simili
  • Biljun Taħbita
  • Il-​muskoli Kapulavur
    Stenbaħ!—1999
Stenbaħ!—2010
g 7/10 p. 30

X’Tinvolvi Taħbita tal-​Qalb?

● Qalbek tinsab fiċ-​ċentru tas-​sistema ċirkulatorja tiegħek u hi ħaddiema bieżla ħafna. Jekk int adult, qalbek x’aktarx li tħabbat iktar minn 100,000 darba kuljum. Anki meta tkun qed tistrieħ, il-​muskoli taʼ qalbek jaħdmu iebes—fil-​fatt, jaħdmu d-​doppju tal-​muskoli taʼ riġlejk meta tiġri. U meta jkun hemm bżonn, qalbek tistaʼ tirdoppja t-​taħbit tagħha f’ħames sekondi. Fl-​adulti, ir-​rata li biha l-​qalb tippompja d-​demm tvarja minn 5 litri fil-​minuta—5 litri huma l-​ammont bejn wieħed u ieħor taʼ demm fil-​ġisem—għal 20 litru fil-​minuta matul l-​eżerċizzju.

It-​taħbit taʼ qalbek hu kontrollat minn dik li b’mod xieraq ġiet imsejħa sistema tan-​nervituri disinjata b’mod tal-​għaġeb. Din is-​sistema taċċerta li l-​kavitajiet taʼ fuq tal-​qalb (atrija) jinġibdu qabel il-​kavitajiet taʼ taħt (ventrikli) billi ddewwem il-​kontrazzjoni tal-​ventrikli bi frazzjoni taʼ sekonda. Taʼ interess li l-​ħoss li t-​tobba jisimgħu mill-​istetoskopju tagħhom jiġi minn valvijiet tal-​qalb li jkunu qed jingħalqu, mhux mit-​taħbit tal-​muskoli tal-​qalb.

Biljun Taħbita

Bħala regola ġenerali, ir-​rata taʼ qalb t’annimal tvarja bil-​kbir skont id-​daqs taʼ ġismu—jiġifieri, iktar ma jkun kbir l-​annimal, iktar ir-​rata tal-​qalb tkun bil-​mod. Pereżempju, qalb taʼ ljunfant tħabbat, bejn wieħed u ieħor, 25 darba fil-​minuta, filwaqt li dik taʼ kanarin tħabbat madwar 1,000 darba fil-​minuta! Fil-​bnedmin, ir-​rata tonqos minn madwar 130 taħbita fil-​minuta fit-​twelid għal madwar 70 meta jkunu adulti.

Il-​biċċa l-​kbira mill-​mammali jidhru li jgħixu, bejn wieħed u ieħor, għal biljun taħbita. Għalhekk, ġurdien, li qalbu tħabbat 550 darba fil-​minuta, jistaʼ jgħix kważi 3 snin; filwaqt li baliena kaħla, li qalbha tħabbat kważi 20 darba fil-​minuta, tistaʼ tgħix iktar minn 50 sena. Il-​bnedmin huma eċċezzjoni. Skont ir-​rata taʼ qalbna, suppost ngħixu madwar 20 sena. Madankollu, qalb umana f’saħħitha tistaʼ tħabbat tliet biljun darba jew iktar, u b’hekk tgħix iktar minn 70 jew 80 sena!a

Minkejja dan, ħadd minna ma jixtieq jillimita t-​tul taʼ ħajtu għal numru stabbilit taʼ taħbit il-​qalb, għax il-​bnedmin, fil-​fond taʼ qalbhom, jixxennqu biex jgħixu għal dejjem. Fil-​fatt, din ix-​xewqa hi naturali, għax Alla poġġieha ġo fina. Iktar minn hekk, iż-​żmien qed joqrob b’pass mgħaġġel meta d-​dnub—il-​kaġun tal-​mewt—se jispiċċa. (Rumani 5:12) Minħabba f’hekk, “ma jkunx hemm iżjed mewt,” jgħid Rivelazzjoni 21:3, 4.

[Nota taˈ taħt]

a Il-​figuri huma bejn wieħed u ieħor. Kemm ir-​rata tal-​qalb kif ukoll it-​tul tal-​ħajja taʼ ħlejjaq individwali jistgħu jvarjaw mhux ħażin mill-​medja.

[Dijagramma/​Stampa f’paġna 30]

(Għall-formazzjoni sħiħa tat-test, ara pubblikazzjoni)

MUDELL TAʼ QALB

Atriju tal-​lemin

Atriju tax-​xellug

Ventriklu tal-​lemin

Ventriklu tax-​xellug

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja