LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • g 7/13 pp. 8-10
  • Għala Nixtru?

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Għala Nixtru?
  • Stenbaħ!—2013
  • Materjal Simili
  • Għala għandek tiċħad l-istampa li tpinġi l-midja?—L-1 Parti: Għat-tfajliet
    Iż-Żgħażagħ Jistaqsu
  • Kif Tikkontrolla Kemm Tonfoq
    Stenbaħ!—2013
  • Għala għandek tiċħad l-istampa li tpinġi l-midja?—It-2 parti: Għall-ġuvintur
    Iż-Żgħażagħ Jistaqsu
  • Tliet Affarijiet li Ma Jistgħux Jinxtraw bil-Flus
    Stenbaħ!—2013
Ara Iżjed
Stenbaħ!—2013
g 7/13 pp. 8-10

SUĠĠETT PRINĊIPALI: QEGĦDIN NIXTRU ŻŻEJJED?

Għala Nixtru?

Fi stħarriġ globali li ġie pubblikat fl-​2012, nofs dawk li wieġbu ammettew li jixtru affarijiet li ma kellhomx verament bżonnhom. Żewġ terzi minnhom jinkwetaw li l-​konsumaturi qed jixtru żżejjed. Tħassib bħal dan jistaʼ jkun ġustifikat. Ħafna konsumaturi ma jistgħux jaqtgħu d-​dejn tagħhom li dejjem qed jiżdied. Ir-​riċerkaturi jgħidu li minflok ma jagħmilna iktar sodisfatti, ix-​xiri sfrenat jistaʼ jwassal għal iktar stress u skuntentizza! Allura għala dan ix-​xiri kollu?

BĦALA konsumaturi, aħna suġġettati għal reklamar li ma jaqtaʼ qatt. X’inhi l-​mira tal-​industrija tar-​reklamar? Li x-​xewqat jinbidlu fi bżonnijiet. Min jaħdem f’dan il-​qasam jaf li l-​konsumaturi ġeneralment jimxu bl-​emozzjoni. Għalhekk, ir-​reklami u l-​istess esperjenza tax-​xiri huma disinjati biex kemm jistaʼ jkun jolqtu l-​emozzjonijiet tal-​konsumaturi.

Il-​ktieb Why People Buy Things They Don’t Need jgħid: “Meta jippjana li jixtri xi ħaġa ġdida, il-​konsumatur spiss jimmaġina lilu nnifsu jfittex prodott, isibu, u fl-​aħħar jakkwistah.” Xi esperti jaħsbu li x-​xerrejja jistgħu tant ikunu eċċitati waqt li jkunu qed jixtru li qalbhom tibda tħabbat b’rata ogħla u jibdew jieħdu n-​nifs iktar mgħaġġel min-​normal. Espert f’dan il-​qasam, Jim Pooler, jispjega: “Jekk il-​bejjiegħ jinduna b’dan l-​istat emozzjonali, hu jistaʼ jużah u jieħu vantaġġ mil-​livell għoli taʼ eċċitament u mid-​difiża dgħajfa tal-​konsumatur.”

Kif tistaʼ tipproteġi lilek innifsek milli ssir vittma taʼ reklami makakki? Timxix bl-​emozzjoni, u qabbel dak li jwiegħdu mar-​realtà.

IL-​WEGĦDA: “Tejjeb il-​Kwalità taʼ Ħajtek”

Huwa naturali li nkunu rridu ħajja aħjar. Dawk li jirreklamaw jibbombardjawna b’messaġġi li nistgħu naqtgħu x-​xewqat kollha tagħna—saħħa aħjar, sigurtà, serħan mill-​istress, u relazzjonijiet aħjar—billi nixtru l-​prodott it-​tajjeb.

IR-​REALTÀ:

Hekk kif jiżdidulna l-​affarijiet materjali, il-​kwalità taʼ ħajjitna tistaʼ fil-​fatt tonqos. Iktar ma jkollna affarijiet materjali iktar se jkollna bżonn ħin u flus biex nieħdu ħsiebhom. Jiżdidilna l-​istress minħabba l-​pressjoni mid-​dejn, u jkollna inqas ħin għall-​familja u l-​ħbieb.

Prinċipju: “Anki meta wieħed ikollu bl-​abbundanza, ħajtu ma tiddependix minn dak li għandu.”—Luqa 12:15.

IL-​WEGĦDA: “Ikseb Prominenza u Prestiġju”

Ftit nies jammettu li jixtru xi ħaġa biex jimpressjonaw lil oħrajn. Madankollu, Jim Pooler jinnota: “Aspett importanti ħafna tal-​imġiba tan-​nies meta jixtru hu li jkunu qed jikkompetu mal-​ħbieb, il-​ġirien, sħabhom tax-​xogħol, u l-​qraba.” Minħabba f’hekk, ir-​reklami spiss juru nies taʼ suċċess u għonja qed jużaw il-​prodotti li jiġu reklamati. Il-​messaġġ li reklami bħal dawn iwasslu lill-​konsumaturi hu: “Tistaʼ tkun int!”

IR-​REALTÀ:

Jekk biex ikollna stima tagħna nfusna rridu nqabblu lilna nfusna m’oħrajn qatt mhu se nkunu sodisfatti. Meta nkunu qtajna xewqitna, malajr jerġaʼ jkun hemm xi ħaġa oħra li nixxennqu għaliha.

Prinċipju: “Min iħobb il-​fidda ma jixbax bil-​fidda.”—Ekkleżjasti 5:10.

IL-​WEGĦDA: “Uri Min Int b’Dak li Għandek”

Il-​ktieb Shiny Objects jispjega: “Mod komuni kif ngħidu lil oħrajn min aħna (jew min nixtiequ nkunu) hu permezz tal-​affarijiet materjali li nużaw u l-​mod kif nuruhom.” Dawk li jirreklamaw jafu dan u jaħdmu biex jassoċjaw prodotti tad-​ditti—speċjalment ditti lussużi—maʼ stili taʼ ħajja u valuri speċifiċi.

Int kif tara lilek innifsek, u kif trid li oħrajn jarawk? Bħala li timxi mal-​moda? Li int atletiku? Hi x’inhi l-​immaġni li tixtieq, dawk li jirreklamaw iwegħduk li jekk sempliċement tixtri taʼ ċertu ditta, tistaʼ ssir l-​individwu li tixtieq.

IR-​REALTÀ:

L-​ebda ħaġa li nixtru ma tistaʼ tbiddel min aħna verament jew tagħtina kwalitajiet mill-​aqwa bħall-​onestà u l-​integrità persunali.

Prinċipju: “Tħallux it-​tiżjin tagħkom ikun . . . l-​ilbis t’ornamenti tad-​deheb jew taʼ ħwejjeġ, imma ħa jkun dak tal-​persuna minn ġewwa, fil-​qalb.”—1 Pietru 3:3, 4.

Ħarsa Bilanċjata tal-​Affarijiet Materjali

Dak li jwiegħdu r-​reklami rari jkun veru. Madankollu, hemm gwida taʼ min joqgħod fuqha għal ħajja bilanċjata u ferħana. Il-​prinċipji kollha li ġew ċitati f’dan l-​artiklu jinsabu fil-​Bibbja, il-​Kelma t’Alla. Il-​Bibbja ma tikkundannax il-​fatt li jkollna affarijiet materjali imma tgħallem li l-​akbar ferħ jiġi minn mod taʼ ħajja “ħieles mill-​imħabba għall-​flus.”—Ebrej 13:5.

Metodi Moderni tar-​Reklamar

Minbarra r-​reklami fuq it-​televixin, materjal stampat, u l-​Internet, dawk li jirreklamaw jużaw għadd li dejjem jikber taʼ metodi sofistikati.

Prodotti u affarijiet tad-​ditta jintwerew b’mod sottili fil-​programmi tat-​televixin, fil-​films, u fil-​logħob tal-​kompjuter.

Rappreżentanti mħallsin jużaw il-​prodotti u jitkellmu dwarhom b’entużjażmu fil-​ħajja taʼ kuljum mingħajr ma juru li qed jitħallsu biex jagħmlu dan.

Xi aġenti tar-​reklamar jiġu mħeġġin biex jitkellmu dwar il-​prodotti maʼ sħabhom u jħallu kummenti fuq netwerks soċjali. Dawn għandhom mnejn jingħataw kampjuni jew premjijiet oħra biex iħeġġuhom jipparteċipaw.

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja