LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • g 1/14 pp. 10-11
  • Kif tirreżisti l-pressjoni minn dawk tamparek

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Kif tirreżisti l-pressjoni minn dawk tamparek
  • Stenbaħ!—2014
  • Sottitli
  • Materjal Simili
  • L-​ISFIDA
  • Il-Pressjoni minn taʼ Madwarek—Veru Hija Daqshekk Qawwija?
    Stenbaħ!—2002
  • Żgħażagħ—Irreżistu l-Pressjoni Minn Tamparkom
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2010
  • Kif Nistaʼ Nkampa mal-Pressjoni minn taʼ Madwari?
    Stenbaħ!—2003
  • Il-Pressjoni Minn Dawk taʼ Mparek—Tistaʼ Din Tkun taʼ Vantaġġ Għalik?
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1999
Ara Iżjed
Stenbaħ!—2014
g 1/14 pp. 10-11
Adoloxxent jiġi offrut is-​sigaretti

GĦAJNUNA GĦALL-​FAMILJA | IŻ-​ŻGĦAŻAGĦ

Kif tirreżisti l-​pressjoni minn dawk tamparek

L-​ISFIDA

Student tal-​iskola sekondarja qed iħalli l-​pressjoni minn dawk tamparu jikkontrollawlu l-​azzjonijiet tiegħu

“Fl-​iskola primarja ma kontx aċċettata minn ħafna mit-​tfal, u dan weġġagħni. Għalhekk, meta bdejt is-​sekondarja, biddilt id-​dehra u l-​attitudni tiegħi—u mhux għall-​aħjar. Tant kont iddisprata biex ikolli l-​ħbieb li ċedejt għall-​pressjoni minn dawk tampari, sempliċement biex nintgħoġob minn sħabi tal-​iskola.”—Jennifer, 16.a

Int tiffaċċja pressjoni minn dawk tamparek? Jekk inhu hekk, dan l-​artiklu se jgħinek tittratta magħha.

Meta ċċedi għall-​pressjoni minn dawk tamparek, int issir bħal robot bla moħħ għax tħalli lil oħrajn jikkontrollawk. Għala tħallihom ikollhom dik is-​setgħa fuqek?—Rumani 6:16.

X’GĦANDEK TKUN TAF

Il-​pressjoni minn dawk tamparhom tistaʼ ġġiegħel lil nies tajbin jagħmlu affarijiet ħżiena.

“Kumpanija ħażina tħassar id-​drawwiet siewja.”—1 Korintin 15:33.

“Hu bħallikieku nkunu nafu li ċerta triq hi ħażina, imma meta niġu wiċċ imb wiċċ mas-​sitwazzjoni, l-​emozzjonijiet jirkbuna u nkunu rridu nogħġbu lin-​nies!”—Dana.

Il-​pressjoni minn dawk tamparek mhix l-​unika pressjoni li jkollok.

“Meta nixtieq nagħmel dak li hu sewwa, dak li hu ħażin ikolli fija.”—Rumani 7:21.

“Il-​pressjoni li nħoss spiss tkun ġejja minni; tabilħaqq inkun jien li nixtieq l-​affarijiet li dwarhom ikunu qed jitkellmu sħabi u li huma jagħmluhom jidhru tant eċċitanti.”—Diana.

Meta ma ċċedix għall-​pressjoni minn dawk tamparek ikollok għal xiex tkun kburi.

“Żommu kuxjenza tajba.”—1 Pietru 3:16.

“Kien hemm żmien meta kien diffiċli ħafna għalija li ma nċedix għall-​pressjoni minn dawk tampari, imma issa ma nibżax inkun differenti u jien soda fid-​deċiżjonijiet tiegħi. M’hemm xejn aħjar milli tmur torqod billejl b’kuxjenza nadifa.”—Carla.

DAK LI TISTAʼ TAGĦMEL

Meta tiffaċċja l-​pressjoni minn dawk tamparek biex tagħmel il-​ħażin, ipprova dan li ġej:

Qis il-​konsegwenzi. Staqsi lilek innifsek, ‘Xi ngħidu jekk inċedi għall-​pressjoni u mbagħad ninqabad? Il-​ġenituri tiegħi x’se jaħsbu dwari? Jien kif se nqis lili nnifsi?’—Prinċipju Bibliku: Galatin 6:7.

“Il-​ġenituri jistaqsuni mistoqsijiet bħal, ‘Kieku kellek iċċedi, x’jistaʼ jiġrilek?’ Huma jgħinuni nara kif il-​pressjoni minn dawk tampari tistaʼ twassalni fit-​triq il-​ħażina.”—Olivia.

Kun konvint minn dak li temmen. Staqsi lilek innifsek, ‘Għala nemmen li din it-​triq hija taʼ ħsara, sew għalija u sew għal oħrajn?’—Prinċipju Bibliku: Ebrej 5:14.

“Meta kont żgħira, kont ngħid le jew inwieġeb fil-​qosor, imma issa nistaʼ nagħti spjegazzjoni tajba dwar għala se nagħmel xi ħaġa jew għala mhux se nagħmilha. Jien soda f’dak li nemmen dwar x’inhu tajjeb u x’inhu ħażin. It-​tweġiba tiġi mingħandi—u mhux mingħand xi ħadd ieħor.”—Anita.

Aħseb dwar x’tip taʼ persuna int. Staqsi lilek innifsek, ‘X’tip taʼ persuna rrid inkun?’ Imbagħad aħseb dwar il-​pressjoni li tkun qed tiffaċċja u staqsi, ‘Din it-​tip taʼ persuna x’kienet tagħmel f’din is-​sitwazzjoni?’—Prinċipju Bibliku: 2 Korintin 13:5.

“Jien kuntenta bija nnifsi, u għalhekk ma tantx jimpurtani x’jaħsbu fuqi oħrajn. Fuq kollox, il-​biċċa l-​kbira min-​nies jieħdu gost ikunu mal-​persuna li verament jien.”—Alicia.

Aħseb dwar il-​futur. Jekk għadek l-​iskola, fi ftit snin—jew saħansitra xhur—l-​istess nies li int qed tipprova timpressjona jistgħu lanqas biss ikunu għadhom f’kuntatt miegħek.

“Ħarist lejn ritratt taʼ meta kont l-​iskola, u lanqas biss ftakart l-​ismijiet taʼ xi wħud minn sħabi tal-​klassi. Imma meta kont l-​iskola magħhom, l-​opinjoni tagħhom kienet importanti iktar milli nibqaʼ leali lejn it-​twemmin tiegħi. Xi bluha!”—Dawn, issa għandha 22 sena.

Ipprepara: Il-​Bibbja tgħid: ‘Kun af kif għandek twieġeb lil kulħadd.’—Kolossin 4:6.

“Il-​ġenituri jgħinu lili u lil oħti biex inġibu quddiem għajnejna ċerti sitwazzjonijiet, u mbagħad nirreċtawhom sabiex meta niffaċċjawhom fir-​realtà nkunu nafu xi rridu nagħmlu.”—Christine.

a Xi ismijiet f’dan l-​artiklu ġew mibdulin.

SKRITTURI PRINĊIPALI

  • “Dak li bniedem jiżraʼ, dak ukoll jaħsad.”—Galatin 6:7.

  • “Nies maturi . . . għandhom is-​sensi tagħhom imħarrġin biex jagħrfu jagħżlu kemm it-​tajjeb u kemm il-​ħażin.”—Ebrej 5:14.

  • “Agħtu prova taʼ x’intom.”—2 Korintin 13:5.

Jessica

JESSICA

“Il-​mod kif tħossok dwarek innifsek għandu impatt kbir fuq kif tittratta mal-​pressjoni minn dawk tamparek. Jekk ikollok fiduċja fik innifsek, ma jimpurtakx x’jaħseb ħaddieħor dwarek—u l-​pressjoni minn dawk tamparek f’daqqa waħda ma tibqax importanti.”

Kayley

KAYLEY

“Jekk għandek stima baxxa tiegħek innifsek, forsi tipprova tingwalaha maʼ oħrajn sempliċement biex tħossok tajba dwarek innifsek. Imma jekk ikollok fiduċja fik innifsek, ikun iktar faċli li tinduna bil-​pressjoni minn dawk tamparek u tinjoraha.”

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja