LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • g 2/14 p. 16
  • Il-musbieħ tal-Photuris firefly

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Il-musbieħ tal-Photuris firefly
  • Stenbaħ!—2014
  • Materjal Simili
  • “Dawl Perfett”
    Stenbaħ!—2002
  • Werrej
    Stenbaħ!—2014
  • Ġewnaħ il-farfett
    Stenbaħ!—2014
  • Il-Ġilda tal-Kelb il-Baħar
    Stenbaħ!—2010
Ara Iżjed
Stenbaħ!—2014
g 2/14 p. 16
Photuris firefly

ĠIE DISINJAT?

Il-​musbieħ tal-​Photuris firefly

IL-​MUSBIEĦ, jew l-​organu tad-​dawl, taʼ firefly partikulari tal-​ispeċi Photuris hu miksi bi qxur imrikkeb li jżid mhux ħażin il-​qawwa tad-​dawl li jipproduċi l-​insett.a

Qxur imrikkeb

Qxur imrikkeb

Ikkunsidra: Ir-​riċerkaturi sabu li l-​qxur ċkejken fuq il-​wiċċ tal-​musbieħ taʼ xi wħud minn dawn il-​fireflies jifforma disinn immewweġ, li jixbah il-​qxur tal-​ħut, waħda mrikkba fuq l-​oħra. Il-​qxur jixxaqleb ’il fuq minn naħa waħda bi tliet mikrometri biss—inqas minn waħda minn għoxrin tal-​ħxuna taʼ xagħra umana. Madankollu, dan ix-​xaqlib żgħir jippermetti li l-​musbieħ jiddi b’qawwa taʼ kważi 50 fil-​mija iktar milli kien li kieku l-​qxur kien jifforma wiċċ lixx!

Jistaʼ dan il-​konċett iżid l-​effiċjenza tad-​dajowds li jarmu d-​dawl (LEDs) u li jintużaw f’apparat elettroniku? Biex jiċċekkjaw, ix-​xjentisti ksew l-​LEDs b’wiċċ immewweġ li jixbah lil dak tal-​musbieħ taʼ dan l-​insett. X’kien ir-​riżultat? L-​LEDs tefgħu sa 55 fil-​mija iktar dawl! Il-​fiżiku Annick Bay tgħid: “L-​iktar aspett importanti taʼ dan ix-​xogħol hu li juri kemm nistgħu nitgħallmu billi nosservaw in-​natura b’attenzjoni.”

Int x’taħseb? Il-​musbieħ tal-​Photuris firefly ġie bl-​evoluzzjoni? Jew ġie disinjat?

a Ix-​xjentisti ma studjawx l-​ispeċi kollha taʼ dawn il-​fireflies.

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja