LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • g 4/10 p. 10
  • Il-Ġilda tal-Kelb il-Baħar

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Il-Ġilda tal-Kelb il-Baħar
  • Stenbaħ!—2010
  • Materjal Simili
  • Il-Kelb il-Baħar l-Abjad—Attakkat
    Stenbaħ!—2000
  • Mostri Kbar tal-Ibħra Fondi
    Stenbaħ!—2010
  • Is-Sensi taʼ l-Għaġeb fid-Dinja taʼ l-Annimali
    Stenbaħ!—2003
Stenbaħ!—2010
g 4/10 p. 10

Ġiet Disinjata?

Il-​Ġilda tal-​Kelb il-​Baħar

● Mad-​daqqa t’għajn, il-​ġilda tal-​kelb il-​baħar tidher lixxa. Iżda kieku kellek tħossha—naturalment mingħajr ma tkun fil-​periklu—tiskopri li meta tmiss kelb il-​baħar minn denbu u tibqaʼ tielaʼ sa rasu, il-​ġilda tiegħu fil-​fatt tinħass bħal karta tal-​ixkatlar.a

Ikkunsidra: Il-​qxur żgħir imdaħħal fil-​ġilda li fih ix-​xquq, joħloq dan l-​effett u jgħin lill-​kelb il-​baħar b’żewġ modi. L-​ewwel, il-​qxur jofroq l-​ilma u b’hekk jippermetti lill-​kelb il-​baħar jgħum bl-​inqas reżistenza possibbli. It-​tieni, hekk kif il-​kelb il-​baħar ikun qed jgħum, il-​qxur jitgħawweġ u joħloq wiċċ instabbli sabiex il-​parassiti ma jfittxux kenn hemmhekk.

Il-​karatteristiki li għandha l-​ġilda tal-​kelb il-​baħar jiġu applikati f’għadd kbir taʼ affarijiet. Pereżempju, ix-​xjenzati diġà ħalqu malja tal-​għawm li proprju minħabba li għandha l-​istess karatteristiki tal-​ġilda tal-​kelb il-​baħar, il-​veloċità tal-​għawwiem li jilbisha tiżdied b’madwar tlieta fil-​mija. Dawn jemmnu li l-​istess prinċipji jistgħu jiġu applikati fil-​manifattura tal-​karozzi u d-​dgħajjes ħalli dawn ikunu jiġru iktar.

Ir-​riċerkaturi jittamaw ukoll li jimitaw il-​karatteristiki iġjeniċi li għandha l-​ġilda tal-​kelb il-​baħar sabiex jipproduċu żebgħa tad-​dgħajjes kontra l-​mikrobi li tagħmel inqas ħsara lill-​ambjent minn żebgħa oħra li hi velenuża u li tintuża biex ma jitrabbewx koċċli u organiżmi oħrajn maʼ qiegħ id-​dgħajsa. Użi oħrajn jinkludu prodotti u apparat mediku li jnaqqsu r-​riskju taʼ infezzjonijiet li jittieħdu mill-​isptar.

Int x’taħseb? Il-​ġilda tal-​kelb il-​baħar li ma tantx tikkonsma enerġija u li għandha karatteristiki iġjeniċi, ġiet b’kumbinazzjoni? Jew ġiet disinjata?

[Nota taʼ taħt]

a Meta tmiss kelb il-​baħar minn rasu u tibqaʼ nieżel sa denbu ma tintebaħx li l-​ġilda hi ħarxa.

[Stampa f’paġna 10]

Il-​qxur imdaħħal fil-​ġilda tal-​kelb il-​baħar—kif jidher taħt il-​lenti

[Sorsi tal-istampa f’paġna 10]

Qxur imdaħħal fil-​ġilda: © Eye of Science/Photo Researchers, Inc.; kelb il-​baħar: © Image Source/age fotostock

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja