LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • g 4/14 p. 3
  • Ħarsa lejn id-dinja

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Ħarsa lejn id-dinja
  • Stenbaħ!—2014
  • Sottitli
  • Materjal Simili
  • L-​Istati Uniti
  • Id-​Dinja
  • Il-​Gżira Midway
  • L-​Afrika t’Isfel
  • Ir-​Ritorn Taʼ L-​Għasfur Kbir Abjad
    Stenbaħ!—1998
  • ‘L-Iktar Tajra Grandjuża fid-Dinja’
    Stenbaħ!—2010
  • L-Obeżità—Hija Verament Problema?
    Stenbaħ!—2004
Stenbaħ!—2014
g 4/14 p. 3

ĦARSA LEJN ID-​DINJA

L-​Istati Uniti

Dwal tat-​traffiku sinkronizzati tul triq taʼ belt

Fil-​belt taʼ Los Angeles, Kalifornja, hemm ftit inqas minn 4,500 dawl tat-​traffiku mifruxin fuq xi 1,215-​il kilometru kwadru u dawn kollha ġew sinkronizzati. Skont The New York Times, Los Angeles hi “l-​ewwel metropoli maġġura fid-​dinja li għamlet dan.”

Id-​Dinja

Minn stima globali dwar is-​saħħa nstab li kien hemm qabża taʼ 82 fil-​mija fl-​obeżità bejn l-​1990 u l-​2010. Il-​piż żejjed jikkaġuna iktar minn tliet darbiet iktar imwiet mill-​malnutrizzjoni—għalkemm in-​nuqqas t’ikel għadu problema f’ħafna pajjiżi. Però, fil-​verità, “morna minn dinja t’20 sena ilu fejn in-​nies ma kellhomx biżżejjed x’jieklu għad-​dinja t’issa fejn l-​ikel żejjed u mhux bnin—anke f’pajjiżi li qed jiżviluppaw—qed imarradna,” jgħid Majid Ezzati, wieħed mir-​ riċerkaturi ewlenin.

Il-​Gżira Midway

Albatross taʼ Laysan

Albatross mara taʼ Laysan, li jintqal li hi “l-​ixjeħ tajra salvaġġa magħrufa fid-​dinja,” faqqset ieħor mill-​ħafna flieles tagħha. Kemm għandha żmien din l-​omm? L-​ewwel darba li tlibbset ċurkett kien fl-​1956 meta kellha mill-​inqas ħames snin, u b’hekk issa jiġi għandha ’l fuq sew minn 60 sena. Tul ħajjitha, din l-​albatross aktarx taret bejn tliet u erbaʼ miljun kilometru—daqs erbaʼ sa sitt vjaġġi mid-​dinja sal-​qamar u lura.

L-​Afrika t’Isfel

Mara mill-​Afrika t’Isfel tapplika krim li jibbliċja l-​ġilda maʼ wiċċha

Studju wieħed jissuġġerixxi li terz tan-​nisa mill-​Afrika t’Isfel jużaw sapun u kremi li jibbliċjaw il-​ġilda biex jiċċaraw il-​kulur tal-​ġilda tagħhom. Prodotti bħal dawn li jiċċaraw il-​ġilda huma perikolużi, u diversi pajjiżi pprojbewhom. Fost il-​perikli hemm tipi differenti taʼ kanċer, ħsara fil-​kliewi, dipressjoni, ansjetà, raxxijiet, u tbajjaʼ.

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja