LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • g 4/14 pp. 14-15
  • Ir-razzizmu

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Ir-razzizmu
  • Stenbaħ!—2014
  • Sottitli
  • Materjal Simili
  • Kif bdew ir-​razez tal-​bnedmin?
  • Hemm xi razza superjuri għal oħra?
  • Qatt se jispiċċa r-​razziżmu?
  • Huwa Possibbli li Kulħadd Jiġi Trattat l-Istess?—X’Tgħid il-Bibbja?
    Iktar Suġġetti
  • Il-Bibbja X’Tgħid Dwar Żwiġijiet Bejn Razez Differenti?
    Mistoqsijiet Dwar il-Bibbja Mweġbin
Stenbaħ!—2014
g 4/14 pp. 14-15
Raġel iswed u raġel abjad

IL-​ĦARSA TAL-​BIBBJA

Ir-​razziżmu

Kif bdew ir-​razez tal-​bnedmin?

“Adam lil martu beda jsejħilha Eva, għax kellha ssir omm il-​ħajjin kollha.” —Ġenesi 3:20.

DAK LI JGĦIDU L-​ESPERTI

Il-​United Nations Educational, Scientific and Cultural Organization (UNESCO) tgħid li “l-​bnedmin kollha jagħmlu parti minn speċi waħda u huma dixxendenti minn antenat komuni.”—Declaration on Race and Racial Prejudice, 1978.

DAK LI TGĦID IL-​BIBBJA

Alla ħalaq żewġ bnedmin, Adam u Eva, u qalilhom: “Nisslu u oktru u imlew l-​art u rażżnuha.” (Ġenesi 1:28) B’hekk, Adam u Eva saru missier u omm l-​umanità kollha. Iktar tard, meta d-​dulluvju qered il-​biċċa l-​kbira tal-​popolazzjoni tad-​dinja, erbaʼ koppji salvaw—Noè u martu flimkien mat-​tliet uliedhom u n-​nisa tagħhom. Il-​Bibbja tgħallem li aħna lkoll dixxendenti taʼ wlied Noè.—Ġenesi 9:18, 19.

Hemm xi razza superjuri għal oħra?

“Minn raġel wieħed [Alla] għamel il-​ġnus kollha tal-​bnedmin, biex jgħammru fuq il-​wiċċ kollu taʼ l-​art.”—Atti 17:26.

DAK LI QALU XI WĦUD

Matul is-​seklu 20, numru taʼ gruppi adottaw ideat razzisti. In-​Nazi, pereżempju, irraġunaw li kien hemm bażi bijoloġika għal twemmin rigward is-​superjorità razzjali. Mill-​banda l-​oħra, id-​dokument tal-​UNESCO kkwotat iktar kmieni rrikonoxxa “l-​unità essenzjali tar-​razza umana, u b’hekk l-​ugwaljanza fundamentali tal-​bnedmin u l-​ġnus kollha.”

DAK LI TGĦID IL-​BIBBJA

Atti 10:34, 35 jgħid: “Alla mhux parzjali, imma f’kull ġens min jibżaʼ minnu u jagħmel is-​sewwa hu aċċettat minnu.” Għal din ir-​raġuni, ħadd ma jistaʼ bi dritt iqis razza waħda superjuri għal oħra.

Ġesù stabbilixxa l-​livell għall-​Kristjani meta qal lid-​dixxipli tiegħu: “Intom ilkoll aħwa.” (Mattew 23:8) Hu talab li s-​segwaċi tiegħu jkunu uniti u “perfezzjonati bħala ħaġa waħda,” mhux mifrudin jew segregati.—Ġwanni 17:20-​23; 1 Korintin 1:10.

Qatt se jispiċċa r-​razziżmu?

“Fl-​aħħar parti tal-​jiem il-​muntanja tad-​dar taʼ Ġeħova ssir stabbilita fis-​sod . . . ; u lejha jiġru l-​ġnus kollha.” —Isaija 2:2.

DAK LI JAĦSBU XI WĦUD

Tensjoni razzjali li tieħu fit-​tul twassal lil nies f’ħafna pajjiżi biex jiddubitaw jekk is-​soċjetà għamlitx progress sinifikanti f’li tittratta r-​razziżmu. Uħud jikkonkludu li qatt mhu se jaraw ugwaljanza razzjali.

DAK LI TGĦID IL-​BIBBJA

Alla mhux se jittollera l-​mibegħda razzjali għal dejjem. Għall-​kuntrarju, taħt is-​Saltna tiegħu, irġiel u nisa “minn kull ġens u tribù u poplu u lsien” se jaqduh f’unità, u juru mħabba ġenwina għal sħabhom il-​bnedmin. (Rivelazzjoni 7:9) Is-​Saltna t’Alla mhix xi kundizzjoni astratta fil-​qalb. Minflok, hi gvern li se jkollu effetti profondi fuq l-​art tagħna—proprju l-​istess post fejn Alla ried li n-​nies kollha jgħixu mingħajr frid razzjali.a

a Għal iktar informazzjoni, ara kapitlu 3 tal-​ktieb Il-​Bibbja X’Tgħallem Verament? ippubblikat mix-​Xhieda taʼ Ġeħova.

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja