LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • ijwbq artiklu 43
  • Il-Bibbja X’Tgħid Dwar Żwiġijiet Bejn Razez Differenti?

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Il-Bibbja X’Tgħid Dwar Żwiġijiet Bejn Razez Differenti?
  • Mistoqsijiet Dwar il-Bibbja Mweġbin
  • Sottitli
  • Materjal Simili
  • It-tweġiba tal-Bibbja
  • Ir-razez kollha ġejjin mill-istess sors
  • Nies għaqlin “jikkonsultaw flimkien”
  • Ir-razzizmu
    Stenbaħ!—2014
  • Wara l-ġurnata tat-tieġ
    Kif tibqa’ fl-imħabba t’Alla
  • Iż-Żwieġ—Għotja Mingħand Alla taʼ Mħabba
    “Żommu Ruħkom fl-Imħabba t’Alla”
Mistoqsijiet Dwar il-Bibbja Mweġbin
ijwbq artiklu 43

Il-Bibbja X’Tgħid Dwar Żwiġijiet Bejn Razez Differenti?

It-tweġiba tal-Bibbja

Alla japprova ż-żwiġijiet bejn raġel u mara taʼ razez differenti għax ir-razez kollha huma ugwali f’għajnejh. Il-Bibbja tgħid: “Alla jittratta ’l-kulħadd fuq l-istess bażi . . . , ikun minn liema razza jkun.”—Atti 10:34, 35, Good News Translation.

Ikkunsidra xi prinċipji Bibliċi oħrajn li għandhom x’jaqsmu mal-ugwaljanza razzjali u ż-żwieġ.

Ir-razez kollha ġejjin mill-istess sors

Il-bnedmin kollha ġew mill-ewwel raġel, Adam, u martu, Eva, li l-Bibbja ssejħilha “omm il-ħajjin kollha.” (Ġenesi 3:20) Għal din ir-raġuni, il-Bibbja dwar Alla tgħid: “Minn raġel wieħed għamel il-ġnus kollha tal-bnedmin.” (Atti 17:26) Hi x’inhi r-razza tagħhom, il-bnedmin kollha huma parti minn familja waħda. Però, xi ngħidu jekk hemm ħafna preġudizzju razzjali jew distinzjoni bejn il-klassijiet fejn tgħix int?

Nies għaqlin “jikkonsultaw flimkien”

Filwaqt li żwieġ bejn ir-razez hu aċċettabbli għalkollox għal Alla, mhux in-nies kollha jarawha bħalu. (Isaija 55:8, 9) Jekk qed tikkunsidra li tiżżewweġ lil xi ħadd taʼ razza oħra, int u s-sieħeb jew is-sieħba prospettiva tiegħek għandkom tiddiskutu dan li ġej:

  • Kif se tkampaw mal-pressjonijiet li għandu mnejn tiffaċċjaw mill-komunità jew mill-familji tagħkom?

  • Kif se tgħinu lit-tfal tagħkom ikampaw mal-preġudizzju?

“Li ‘tikkonsultaw flimkien’ b’dan il-mod jistaʼ jgħin biex iż-żwieġ tagħkom ikun taʼ suċċess.—Proverbji 13:10; 21:5.

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja