LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • g 4/14 p. 8
  • Għax hemm l-għajnuna

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Għax hemm l-għajnuna
  • Stenbaħ!—2014
  • Materjal Simili
  • Għala M’Għandekx Taqbad u Ttemm Ħajtek?
    Stenbaħ!—2008
  • Id-Dipressjoni
    Stenbaħ!—2013
  • Id-​dipressjoni fost iż-​żgħażagħ—Għala? X’jistaʼ jgħinhom?
    Stenbaħ!—2017
  • Int Tistaʼ Ssib l-Għajnuna
    Stenbaħ!—2001
Ara Iżjed
Stenbaħ!—2014
g 4/14 p. 8

SUĠĠETT PRINĊIPALI SUBJECT | GĦALA TIBQAʼ TGĦIX?

2 Għax hemm l-​għajnuna

‘Itfgħu l-​ansjetà kollha tagħkom fuq Alla, għax hu jimpurtah minnkom.’—1 PIETRU 5:7.

Meta tħoss li m’hemm xejn li tistaʼ tagħmel biex ittejjeb is-​sitwazzjoni tiegħek, għandu mnejn tippreferi tmut milli tgħix. Imma kkunsidra ftit għajnuniet li hemm miftuħin għalik.

It-​Talb. It-​talb mhuwiex sempliċement mezz biex iġiegħlek tħossok aħjar; lanqas mhu xi ħaġa li għandek tagħmel meta tkun iddisprat. Huwa komunikazzjoni reali m’Alla Ġeħova, li jinteressah minnek. Ġeħova jridek tgħidlu b’dak li qed jikkonċernak. Infatti, il-​Bibbja tħeġġiġna: “Ixħet toqlok fuq Ġeħova, u jsostnik.”—Salm 55:22.

Għala ma titkellimx m’Alla fit-​talb illum? Uża ismu, Ġeħova, u tkellem mill-​qalb. (Salm 62:8) Ġeħova jridek issir tafu bħala ħabib. (Isaija 55:6; Ġakbu 2:23) It-​talb huwa bieb taʼ komunikazzjoni li jistaʼ jkun disponibbli għalik f’kull ħin u kullimkien.

Skont l-​American Foundation for Suicide Prevention, ‘studji konsistentament urew li l-​maġġoranza vasta tan-​nies li jmutu b’suwiċidju—90 fil-​mija jew iktar—kellhom diżordni mentali fiż-​żmien meta mietu. Però, spiss dawn id-​diżordnijiet ma kinux indunaw bihom u ma ġewx ikkurati’

Nies li jinteressahom minnek. Ħaddieħor jimpurtah minn ħajtek—inkluż il-​familjari tiegħek jew ħbiebek li jistaʼ jkun li diġà esprimew tħassib għalik. Nies li jimpurtahom minnek jinkludu wkoll uħud li qatt ma ltqajt magħhom. Pereżempju, kultant, fil-​ministeru tagħhom, ix-​Xhieda taʼ Ġeħova jiltaqgħu maʼ nies mifxulin, li wħud minnhom stqarrew li kienu ddisprati għall-​għajnuna u kienu ħasbu fuq li jtemmu ħajjithom. Il-​ministeru minn bieb għal bieb ta lix-​Xhieda taʼ Ġeħova opportunità unika biex jgħinu nies bħal dawn. Ix-​Xhieda taʼ Ġeħova jsegwu l-​eżempju taʼ Ġesù u jimpurtahom minn sħabhom il-​bnedmin. Huma jimpurtahom minnek.—Ġwanni 13:35.

Għajnuna professjonali. Ħsibijiet suwiċidali spiss jindikaw il-​preżenza taʼ diżordni fil-​burdata, bħal pereżempju d-​dipressjoni klinika. M’hemm xejn minn xiex tistħi jekk issofri minn marda emozzjonali—bħalma ma tistħix jekk ikollok marda fiżika. Infatti, id-​dipressjoni ġiet imsejħa “l-​influwenza komuni tal-​moħħ.” Kważi tistaʼ taqbad lil kulħadd—u tistaʼ tiġi kkurata.a

FTAKAR DAN: Ġeneralment ma jkunx possibbli li toħroġ mill-​ħofra fonda tad-​dipressjoni waħdek. Però, b’daqqa t’id jistaʼ jirnexxilek.

DAK LI TISTAʼ TAGĦMEL ILLUM: Sib tabib tajjeb li jikkura d-​diżordnijiet fil-​burdata bħalma hi d-​dipressjoni.

a Jekk jibqaʼ jkollok ħsibijiet kontinwi biex ittemm ħajtek, sir af x’għajnuniet hemm disponibbli għalik—forsi xi numru tat-​telefown għall-​prevenzjoni tas-​suwiċidju jew is-​servizz tal-​emerġenza tal-​isptar. Hemm issib nies imħarrġin biex jagħtu l-​għajnuna.

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja