LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • g 8/14 p. 16
  • Il-ġewnaħ tal-farfett li jassorbi d-dawl

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Il-ġewnaħ tal-farfett li jassorbi d-dawl
  • Stenbaħ!—2014
  • Materjal Simili
  • Ġewnaħ il-farfett
    Stenbaħ!—2014
  • Il-Wiċċ tal-Ġwienaħ tal-Farfett
    Stenbaħ!—2012
  • Il-Lezzjonijiet Tiegħi mill-Bibbja
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2012
  • Lezzjoni 1
    Nitgħallem mill-Bibbja
Ara Iżjed
Stenbaħ!—2014
g 8/14 p. 16
Farfett

ĠIE DISINJAT?

Il-ġewnaħ tal-farfett li jassorbi d-dawl

SABIEX inaqqsu d-​dipendenza tal-​umanità fuq il-​faħam u ż-​żejt, ix-​xjentisti huma ħerqanin biex itejbu l-​effiċjenza li biha l-​pannelli solari jassorbu d-​dawl. “Is-​soluzzjoni taʼ din il-​problema,” qal wieħed xjentist, “setgħet kienet qed . . . tittajjar quddiem għajnejna.”

Ġewnaħ farfett qxur għamla taʼ xehda tal-għasel

Il-qxur fuq ġewnaħ il-farfett fih toqob f’għamla taʼ xehda tal-għasel

Ikkunsidra: Biex iżommu lilhom infushom sħan f’temp kiesaħ, il-​friefet jiftħu ġwinħajhom fix-​xemx. Il-​ġwienaħ taʼ xi speċi taʼ friefet tal-​bużbież huma effiċjenti b’mod straordinarju f’li jaqbdu u jassorbu d-​dawl tax-​xemx. Is-​sigriet tal-​insett qiegħed mhux biss fil-​kulur skur li għandu imma wkoll fl-​istruttura tal-​qxur mikroskopiku mrikkeb fuq xulxin li jiksi ġwinħajh. Il-​qxur fih ringieli taʼ toqob f’għamla taʼ xehda tal-​għasel separati bi xfar forma taʼ V bil-​maqlub li jidderieġu d-​dawl għal ġot-​toqob. Din l-​istruttura magħmula bis-​sengħa taqbad id-​dawl tax-​xemx li jidħol fiha. Dan jagħmel lill-​ġwienaħ suwed skuri, u b’hekk il-​farfett jisħon b’effiċjenza liema bħalha.

“Il-​ġwienaħ tal-​friefet huma fost l-​iktar strutturi delikati fin-​natura,” jgħid Science Daily, “imma taw lir-​riċerkaturi ispirazzjoni qawwija għal teknoloġija ġdida li tirdoppja l-​produzzjoni tal-​gass idroġenu—fjuwil li ma jagħmilx ħsara lill-​ambjent—mill-​ilma u d-​dawl tax-​xemx.” Użu promettenti ieħor jinkludi strumenti tal-​ottika u apparat li jipproduċi l-​elettriku mir-​raġġi tax-​xemx.

Int x’taħseb? Id-​disinn li jassorbi d-​dawl tal-​ġewnaħ tal-​farfett ġie bl-​evoluzzjoni? Jew ġie disinjat?

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja