LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • g 11/14 pp. 8-9
  • L-akwidotti Rumani—Meravilji tal-inġinerija

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • L-akwidotti Rumani—Meravilji tal-inġinerija
  • Stenbaħ!—2014
  • Sottitli
  • Materjal Simili
  • Għala kien hemm bżonn l-​akwidotti?
  • Bini u manutenzjoni
  • Akwidotti fil-​belt taʼ Ruma
  • Fl-Art tal-Banjijiet Sħan
    Stenbaħ!—2008
  • Werrej
    Stenbaħ!—2014
Stenbaħ!—2014
g 11/14 pp. 8-9
Fdalijiet taʼ akwidott Ruman tal-​qedem

L-akwidotti Rumani—Meravilji tal-​inġinerija

MILL-​għeġubijiet kollha tal-​inġinerija tal-​qedem, l-​akwidotti Rumani huma fost l-​iktar rimarkevoli. “Qabbel, jekk jogħġbok, din is-​sensiela taʼ strutturi indispensabbli li jġorru tant ilma mal-​Piramidi ċassi, jew max-​xogħlijiet tal-​Griegi famużi imma bla użu!” kiteb Sextus Julius Frontinus (35–c. 103 WK), is-​supretendent tal-​provvista tal-​ilma taʼ Ruma.a

Għala kien hemm bżonn l-​akwidotti?

Fil-​qedem, il-​bliet ġeneralment kienu jinbnew fil-​viċinanza taʼ sors abbundanti taʼ ilma, u Ruma ma kinitx eċċezzjoni. Oriġinalment, ix-​Xmara Tiber u l-​għejun u l-​bjar fil-​qrib ipprovdew ilma biżżejjed. Madankollu, mir-​rabaʼ seklu QK ’l quddiem, Ruma kibret malajr, u magħha kibret id-​domanda għall-​ilma.

Peress li ftit kienu n-​nies li kellhom l-​ilma ġieri fid-​djar tagħhom, ir-​Rumani bnew mijiet taʼ banjijiet privati u pubbliċi. L-​ilma tal-​ewwel banju pubbliku fil-​belt taʼ Ruma kien ġej mill-​Aqua Virgo, li kien ġie dedikat fis-​sena 19 QK. Dan l-​akwidott inbena minn Marku Agrippa, ħabib taʼ Ċesari Awgustu, li kien ħallas ħafna mill-​ġid kbir li kellu biex jagħmel manutenzjoni u jestendi s-​sistema tal-​provvista tal-​ilma taʼ Ruma.

Il-​banjijiet kienu saru wkoll postijiet soċjali, u banjijiet kbar saħansitra kellhom ġonna u libreriji. Wara li jitlaq mill-​banjijiet, l-​ilma tal-​akwidotti, li ma setax jitwaqqaf, kien imur fil-​kanali tad-​drenaġġ u kien il-​ħin kollu jaħsilhom mill-​iskart, inkluż ħmieġ mil-​latrini li kienu maġenb il-​banjijiet.

Bini u manutenzjoni

Jiġuk f’moħħok arkati għoljin li jibqgħu sejrin fil-​bogħod meta tismaʼ l-​frażi “Akwidott Ruman”? Fil-​fatt, l-​arkati kienu jagħmlu inqas minn 20 fil-​mija taʼ dawk il-​mogħdijiet tal-​ilma, li l-​biċċa l-​kbira minnhom kienu mirdumin. Dan id-​disinn iżjed ekonomiku mhux biss ipproteġa l-​akwidotti kontra l-​erożjoni imma naqqas ukoll l-​impatt li kien ikollhom li kieku għaddew minn għelieqi jew minn fost id-​djar. Pereżempju, l-​akwidott Aqua Marcia, li tlesta fis-​sena 140 QK, kien xi 92 kilometru twil u xi 11-​il kilometru minnu biss kellu arkati.

Qabel ma kien jinbena akwidott, l-​inġiniera kienu jqisu l-​kwalità taʼ sors potenzjali taʼ ilma billi jeżaminaw iċ-​ċarezza, is-​saħħa li kien jiġi biha, u t-​togħma tiegħu. Kienu jieħdu nota wkoll tal-​kundizzjoni fiżika tan-​nies li kienu jixorbu dak l-​ilma. Ladarba sit kien jiġi approvat, il-​periti kienu jikkalkulaw ir-​rotta t-​tajba li kellu jieħu u l-​qlib tal-​kanal, kif ukoll id-​daqs u t-​tul tal-​passaġġ tal-​ilma. Milli jidher l-​akwidotti nbnew mill-​iskjavi. Setgħu ħadu snin sħaħ biex jinbnew, u għalhekk kienu jqumu kemxa flus ġmielha—speċjalment jekk kien ikollhom bżonn l-​arkati.

Dijagramma li turi l-​partijiet taʼ sistema tal-​ilma taʼ akwidott

Iżjed minn hekk, l-​akwidotti kellha ssirilhom il-​manutenzjoni u kellhom jiġu protetti. Fi żmien partikulari, il-​belt taʼ Ruma kienet impjegat madwar 700 persuna biex jieħdu ħsiebhom. Kien jiġi ppjanat bil-​quddiem biex issir il-​manutenzjoni. Pereżempju, kien hemm aċċess għall-​partijiet mirdumin tal-​akwidotti permezz taʼ toqob għall-​ispezzjoni u xaftijiet. Meta kien ikun hemm bżonn taʼ tiswijiet kbar, l-​inġiniera setgħu jdawru r-​rotta tal-​ilma temporanjament mill-​parti bil-​ħsara.

Akwidotti fil-​belt taʼ Ruma

Sa kmieni fit-​tielet seklu WK, 11-​il akwidott ewlieni kienu jipprovdu l-​ilma lill-​belt taʼ Ruma. L-​ewwel wieħed, l-​Aqua Appia, li nbena fis-​sena 312 QK u li kien twil ftit iktar minn 16-​il kilometru, kien kważi kollu taħt l-​art. L-​Aqua Claudia, li parti minnu għadha preservata, kien twil xi 69 kilometru u xi 10 kilometri minnhom kienu arkati, uħud minnhom għoljin 27 metru!

Kemm kienu jġorru ilma l-​akwidotti tal-​belt? Ħafna! L-​Aqua Marcia li semmejna qabel, ġarr xi 190,000 metru kubu taʼ ilma lejn Ruma. Malli l-​ilma jkun laħaq il-​belt—immexxi bil-​gravità—kien imur f’tankijiet taʼ distribuzzjoni u mbagħad fi friegħi, li qassmu l-​ilma lejn tankijiet taʼ distribuzzjoni oħrajn jew lejn postijiet oħra għall-​użu tal-​ilma. Hemm min jgħid li s-​sistema għad-​distribuzzjoni tal-​ilma taʼ Ruma kibret sal-​punt li kuljum setgħet forniet ’il fuq minn 1,000 litru ilma għal kull abitant.

Hekk kif kiber l-​Imperu Ruman, “l-​akwidotti marru kull fejn marret Ruma,” jgħid il-​ktieb Roman Aqueducts & Water Supply. Min jivvjaġġa fl-​Asja Minuri, Franza, Spanja, u l-​Afrika taʼ Fuq għadu jistaʼ jara u jibqaʼ affaxxinat b’dawn il-​meravilji tal-​inġinerija tal-​qedem.

a Ir-​Rumani ma kinux l-​ewwel nies li bnew kanali għall-​ilma. Pajjiżi oħra tal-​qedem, bħall-​Assirja, l-​Eġittu, l-​Indja, u l-​Persja għamluhom qabilhom.

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja