LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • g 5/15 pp. 14-15
  • Tuża int it-teknoloġija diġitali bil-għaqal?

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Tuża int it-teknoloġija diġitali bil-għaqal?
  • Stenbaħ!—2015
  • Sottitli
  • Materjal Simili
  • “Detox diġitali”
  • It-Teknoloġija Kif Teffettwa lit-Tfal Tiegħek?
    Stenbaħ!—2021
  • Introduzzjoni
    Stenbaħ!—2021
  • Werrej
    Stenbaħ!—2015
  • Affarijiet t’Għajnuna fil-ktieb “Għix Ħajja Ferħana għal Dejjem!”
    Fuljett għal-Laqgħa—Il-Ħajja u l-Ministeru Kristjan Tagħna—2022
Ara Iżjed
Stenbaħ!—2015
g 5/15 pp. 14-15
Koppja miżżewġa jieklu f’restorant jużaw l-apparat elettroniku tagħhom minflok ma jitkellmu maʼ xulxin

Tuża int it-teknoloġija diġitali bil-għaqal?

Jenni hi mitlufa wara logħba tal-​kompjuter. “Qed nilgħabha tmien sigħat kuljum issa,” tgħid hi, “u saret problema kbira.”

Dennis ipprova jgħaddi mingħajr l-​apparat elettroniku tiegħu u l-​aċċess għall-​internet għal sebat ijiem sħaħ. Irnexxielu jissaporti 40 siegħa biss.

Jenni u Dennis mhumiex żgħażagħ. Jenni, omm taʼ erbat itfal, għandha 40 sena. Dennis għandu 49.

TUŻAHA int it-​teknoloġija diġitali?a Ħafna jgħidu iva, u jkollhom raġun. L-​apparat elettroniku għandu rwol prominenti u bżonjuż fuq ix-​xogħol, fil-​ħajja soċjali, u fid-​divertiment.

Madankollu, bħal Jenni u Dennis, ħafna nies jidhru li huma ggranfati mal-​użu taʼ ċerta teknoloġija. Pereżempju, Nicole, t’20 sena, tgħid, “Nobgħod nammetti, imma l-​ħabib tal-​qalb tiegħi hu l-​mowbajl. Nagħmel ċert li dejjem ikun qribi l-​ħin kollu. Niġġennen jekk inkun f’post fejn il-​mowbajl ma jaqbadx, u wara nofsiegħa, ikolli sebaʼ mitt sena sakemm inkun nistaʼ nerġaʼ niċċekkja l-​messaġġi. Hu naqra banali!”

Xi nies saħansitra jiċċekkjaw l-​apparat elettroniku tagħhom għal messaġġi u aġġornamenti matul il-​lejl. Jistgħu jesperjenzaw sintomi taʼ rtirar (withdrawal symptoms) meta jkunu ’l bogħod minn seħibhom diġitali. Xi riċerkaturi jiddeskrivu dan it-​tip taʼ aġir bħala vizzju—kemm jekk għat-​teknoloġija diġitali inġenerali jew speċifikament għall-​Internet jew xi apparat partikulari bħal xi smartphone (mowbajl li jistaʼ jaqbad mal-​Internet). Oħrajn jaħsbuha darbtejn biex jużaw il-​kelma “vizzju” u jippreferu jiddeskrivu fissazzjoni bħal din bħala problema, nuqqas taʼ kontroll, jew ossessjoni.

Issejjaħlu xi ssejjaħlu, l-​użu ħażin tat-​teknoloġija diġitali jistaʼ jkun problema. F’xi każi, bena ħajt bejn il-​membri tal-​familja. Pereżempju, tfajla t’20 sena tgħid: “Missieri m’għadux jaf x’inhu jiġri f’ħajti. Joqgħod bilqiegħda fis-​salott jikteb l-​e-​mails fl-​istess ħin li jkun qed jitkellem miegħi. Ma jistax jitlaq il-​mowbajl minn idejh. Missieri aktarx li jimpurtah minni, imma kultant jidher li dan mhux minnu.”

“Detox diġitali”

Biex jgħinu lin-​nies jegħlbu l-​użu ħażin tat-​teknoloġija, xi pajjiżi bħaċ-​Ċina, il-​Korea t’Isfel, ir-​Renju Unit, u l-​Istati Uniti waqqfu ċentri taʼ “detox diġitali,” fejn dak li jkun ma jkollux aċċess għall-​Internet u l-​apparat diġitali għal diversi jiem. Pereżempju, ikkunsidra lil Brett, adult żagħżugħ li jgħid li kien hemm żmien meta kien jilgħab logħba onlajn għal xi 16-​il siegħa kuljum. “Kull meta kont immur onlajn, kont inkun qisni taħt l-​influwenza tad-​drogi,” jgħid hu. Sakemm Brett daħal f’ċentru tad-​detox diġitali, kien bla xogħol, kien ittraskura l-​iġjene tiegħu u kienu telquh sħabu. Kif tistaʼ tipprevieni sitwazzjoni taʼ ħasra bħal din?

QIS L-​UŻU TIEGĦEK TAT-​TEKNOLOĠIJA. Ara x’impatt għandha fuq ħajtek it-​teknoloġija. Staqsi lilek innifsek mistoqsijiet bħal:

  • Nitbaqbaq għalxejn, forsi anki jitilgħuli, meta ma nkunx nistaʼ naqbad mal-​Internet jew nuża l-​apparat elettroniku tiegħi?

  • Nibqaʼ nuża l-​Internet jew l-​apparat elettroniku ħafna wara l-​ħin li nkun iddeċidejt li nieqaf nużah?

  • Qiegħed jien nitlef l-​irqad bżonjuż għax ma nistax nieqaf niċċekkja l-​messaġġi li jidħluli?

  • L-​użu tiegħi tat-​teknoloġija qed iġegħelni nittraskura ’l familti? Il-​membri tal-​familja jaqblu mat-​tweġiba tiegħi għal din il-​mistoqsija?

Jekk l-​użu tiegħek tat-​teknoloġija qed iġiegħlek tittraskura “dak li hu iktar importanti”—inkluż lil familtek u responsabbiltajiet oħra—issa hu ż-​żmien biex tagħmel it-​tibdil. (Filippin 1:10) Kif?

TGĦALLEM AGĦMEL LIMITI RAĠUNEVOLI. Iż-​żejjed minn anki ħaġa tajba jistaʼ jkun taʼ ħsara. Għalhekk, kemm jekk tuża t-​teknoloġija għax-​xogħol u kemm għad-​divertiment, illimita kemm se ddum tagħmel dan, u mbagħad żomm maʼ dak il-​limitu.

Suġġeriment: Għala ma tistaqsix membru tal-​familja jew ħabib jgħinek? Il-​Bibbja tgħid: “Tnejn aħjar minn wieħed, . . . għax jekk wieħed minnhom jaqaʼ, l-​ieħor jistaʼ jqajjem lil sieħbu.”—Ekkleżjasti 4:9, 10.

Tħallix il-​ħajra twassal għall-​vizzju

Hekk kif apparat ġdid li joħroġ jagħmilha iżjed faċli u veloċi biex tiġi trasmessa l-​informazzjoni, l-​użu ħażin tat-​teknoloġija bla dubju se jikber. Tħallix il-​ħajra twassal għall-​vizzju. Billi ‘tuża l-​ħin bl-​aħjar mod,’ tistaʼ tevita li tuża ħażin it-​teknoloġija diġitali.—Efesin 5:16.

a F’dan l-​artiklu, il-​frażi “teknoloġija diġitali” tirreferi għal apparat elettroniku li jaċċessa jew jibgħat informazzjoni diġitali inkluż e-​mails, telefonati, messaġġi bil-​mowbajl, vidjows, mużika, logħob, u ritratti.

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja