LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • g21 Nru. 2 pp. 7-9
  • It-Teknoloġija Kif Teffettwa lit-Tfal Tiegħek?

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • It-Teknoloġija Kif Teffettwa lit-Tfal Tiegħek?
  • Stenbaħ!—2021
  • Sottitli
  • Materjal Simili
  • X’GĦANDEK TKUN TAF
  • DAK LI TISTAʼ TAGĦMEL
  • Qegħdin Uliedek Jużaw l-Internet?
    Stenbaħ!—2009
  • It-Tfal u l-Ismartphones—L-Ewwel Parti: Għandhom it-Tfal Tiegħi Jkollhom Smartphone?
    Għajnuna għall-Familja
  • It-Tfal u l-Ismartphones—It-Tieni Parti: Għallem lit-Tfal Jużaw l-Ismartphone b’Mod Tajjeb
    Għajnuna għall-Familja
  • Tuża int it-teknoloġija diġitali bil-għaqal?
    Stenbaħ!—2015
Ara Iżjed
Stenbaħ!—2021
g21 Nru. 2 pp. 7-9
Tfal taʼ etajiet differenti qed jilagħbu b’affarijiet elettroniċi minflok jilagħbu bit-toys.

It-​Teknoloġija Kif Teffettwa lit-​Tfal Tiegħek?

Għall-​kbar jistaʼ jkun diffiċli biex jitgħallmu jużaw it-​teknoloġija, imma għat-​tfal faċli ħafna għax kibru biha.

Imma ħafna nies innotaw li żgħażagħ li jqattgħu ħafna ħin online għandhom problemi bħal . . .

  • ma jkunux jistgħu joqogħdu mingħajr il-​mowbajl jew affarijiet elettroniċi oħra.

  • hemm iżjed ċans li jiġu bbuljati min-​nies online.

  • għandhom ċans ikbar li jaraw il-​pornografija, anke jekk ma jridux.

X’GĦANDEK TKUN TAF

Tifel għandu mowbajl u qed jagħlaq il-bieb tal-kamra tiegħu x’ħin tgħaddi ommu.

MA JOQOGĦDUX MINGĦAJRHOM

Xi affarijiet u logħob fuq l-​internet huma ddisinjati apposta biex ikun diffiċli tieqaf tużahom. Il-​ktieb Reclaiming Conversation jgħid: “L-​apps fuq il-​mowbajl huma ddisinjati biex aħna nibqgħu nużawhom.” Dawk li jagħmlu r-​reklami jaqilgħu l-​flus meta aħna narawhom. Allura iżjed ma nużaw apps li fihom reklami, iżjed se jagħmlu flus.

AĦSEB DWAR DAN: It-​tfal tiegħi dejjem imwaħħlin mal-​mowbajl jew affarijiet elettroniċi oħra? Kif nistaʼ ngħinhom jużaw il-​ħin tagħhom aħjar?—EFESIN 5:15, 16.

BULLYING FUQ L-​INTERNET

Ħafna nies meta jkunu online ma jittrattawx lil oħrajn sew. Allura għandhom iżjed ċans li jibbuljaw lil oħrajn.

Nies bħal dawn jagħmlu hekk għax vera jridu jsiru popolari. Xi nies oħra jistgħu jħossuhom imweġġgħin jew li mhux qed jiġu ttrattati sew. Pereżempju, dan jistaʼ jiġri meta jaraw li kien hemm party u ma ġewx mistidnin.

AĦSEB DWAR DAN: It-​tfal tiegħi kif jittrattaw lil oħrajn meta jkunu online? (Efesin 4:31) Huma jħossuhom imweġġgħin meta jaraw li oħrajn jagħmlu affarijiet mingħajrhom?

IL-​PORNOGRAFIJA

Hu faċli ħafna biex tara affarijiet immorali fuq l-​internet. Kultant il-​ġenituri jistgħu jissettjaw x’jistgħu jaraw it-​tfal tagħhom. Imma dan mhux dejjem jaħdem u t-​tfal xorta jkunu jistgħu jaraw affarijiet ħżiena.

Is-​sexting hu li tirċievi jew tibgħat messaġġi jew ritratti immorali. Dan jistaʼ jkun kontra l-​liġi. F’ħafna każi, żgħażagħ li jaraw jew jibagħtu ritratti immorali taʼ żgħażagħ oħra jiġu akkużati bil-​pornografija tat-​tfal.

AĦSEB DWAR DAN: Kif nistaʼ ngħin lit-​tfal tiegħi biex iżommu lura milli jaraw jew jibagħtu ritratti immorali?—EFESIN 5:3, 4.

DAK LI TISTAʼ TAGĦMEL

ITTRENNJA T-​TFAL TIEGĦEK

Avolja faċli ħafna għat-​tfal biex jużaw it-​teknoloġija, imma xorta għandhom bżonn l-​għajnuna. Il-​ktieb Indistractable jgħid li hu perikoluż ħafna li tħalli t-​tfal jużaw l-​internet mingħajr ma jiġu ttrennjati. Dan qisu ħallejthom jaqbżu fil-​baħar mingħajr ma jafu jgħumu.

PARIR TAL-​BIBBJA: “Ħarreġ tifel skond it-​triq xierqa għalih; lanqas meta jixjieħ ma jwarrab minnha.”—PROVERBJI 22:6.

Agħżel liema minn dawn tixtieq tagħmel, jew ikteb xi ideat oħra.

  • Tkellem mat-​tfal tiegħek fuq kif għandhom jittrattaw lil oħrajn online

  • Għin lit-​tfal tiegħek ma jħossuhomx imwarrbin minn oħrajn

  • Agħmel li tistaʼ biex tgħin lit-​tfal ma jarawx affarijiet ħżiena fuq l-​internet

  • Kultant iċċekkja l-​mowbajl tat-​tfal tiegħek

  • Iddeċiedi kemm jistgħu jdumu jużaw il-​mowbajl kuljum

  • Tħallix lit-​tfal jużaw il-​mowbajl fil-​kamra tagħhom billejl

  • Tużawx il-​mowbajls meta tieklu flimkien bħala familja

MISTOQSIJIET LI JISTGĦU JAĦSBU FUQHOM IL-​ĠENITURI

  • Nagħtu l-​mowbajl jew it-​tablet lit-​tfal biex joqogħdu kwieti?

  • It-​tfal għandhom bżonn mowbajl jew tablet bl-​internet? Jekk iva, għala?

  • X’riskji jistaʼ jkun hemm meta nagħtu mowbajl jew tablet bl-​internet lit-​tfal?

  • It-​tfal tagħna kapaċi jieħdu deċiżjonijiet tajbin waħedhom?

  • It-​tfal tagħna kif juru li huma responsabbli għal dak li jagħmlu?

  • X’regoli se nagħmlu?

  • Kif nistgħu ngħinu lit-​tfal tagħna jagħmlu affarijiet oħra u mhux jużaw il-​mowbajl biss?

    PARIR TAL-​BIBBJA: “In-​nies maturi . . . għandhom is-​sensi tagħhom imħarrġin biex jagħrfu jagħżlu kemm it-​tajjeb u kemm il-​ħażin.”—EBREJ 5:14.

Laureta u David.

“It-​tfal tiegħek għala jridu mowbajl? Kif jużaw il-​mowbajl tiegħek? F’liema websites jidħlu? X’logħob jilagħbu? Kemm idumu jużaw il-​mowbajl? Qabel ma ttihom mowbajl jew tablet, ara kemm huma maturi u jekk jiħdux deċiżjonijiet tajbin.”​—LAURETA, MAR-​RAĠEL TAGĦHA, DAVID

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja