LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • g21 Nru. 2 pp. 10-12
  • It-Teknoloġija Kif Teffettwa ż-Żwieġ Tiegħek?

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • It-Teknoloġija Kif Teffettwa ż-Żwieġ Tiegħek?
  • Stenbaħ!—2021
  • Sottitli
  • Materjal Simili
  • X’GĦANDEK TKUN TAF
  • DAK LI TISTAʼ TAGĦMEL
  • Meta Jkun Hemm Ħbiberija Żejda
    Stenbaħ!—2013
  • “Ħa Jkun iż-Żwieġ Onorabbli”
    “Żommu Ruħkom fl-Imħabba t’Alla”
  • 3 Uru rispett
    Stenbaħ!—2018
  • Kif turi apprezzament
    Stenbaħ!—2017
Ara Iżjed
Stenbaħ!—2021
g21 Nru. 2 pp. 10-12
Raġel l-airport qed iċempel b’video call lill-mara tiegħu li qiegħda d-dar.

It-​Teknoloġija Kif Teffettwa ż-​Żwieġ Tiegħek?

It-​teknoloġija tistaʼ tgħin lill-​koppji miżżewġin. Pereżempju, koppji jistgħu jużaw it-​teknoloġija biex ikellmu lil xulxin matul il-​ġurnata. Dan jistaʼ jgħinhom biex iħossuhom eqreb taʼ xulxin.

Imma xi koppji jużaw it-​teknoloġija ħażin. Dawn jistaʼ jkollhom problemi bħal . . .

  • jużaw il-​ħin li jistaʼ jkollhom flimkien fuq it-​teknoloġija.

  • jaħdmu meta ma jkollhomx bżonn.

  • jaħbu affarijiet minn xulxin, jew anke jaqilbuha lil xulxin.

X’GĦANDEK TKUN TAF

Mara u raġel qed jużaw il-mowbajl fis-sodda billejl.

META TKUNU FLIMKIEN

Raġel jismu Michael jgħid: “Xi kultant jien u l-​mara nkunu fl-​istess kamra imma ma tagħtix kasi. Tkun qiegħda fuq il-​mowbajl u tgħid: ‘Għax ma kellix ċans niċċekkjah.’” Meta jiġri hekk, raġel jismu Jonathan jgħid: “Mara u raġel jistgħu jkunu fl-​istess kamra, imma fl-​istess ħin qishom qegħdin f’kamra differenti.”

AĦSEB DWAR DAN: Kemm-​il darba nkellem jew nibgħat messaġġ lil xi ħadd waqt li suppost inkun qed inkellem lir-​raġel jew il-​mara tiegħi?—EFESIN 5:33.

XOGĦOL

Xi nies ikollhom iwieġbu l-​mowbajl jew emails il-​ħin kollu minħabba x-​xogħol tagħhom. Imma anke nies li m’għandhomx għalfejn jagħmlu dan, jispiċċaw jaħdmu meta jkunu d-​dar. Raġel jismu Lee jammetti: “Meta niddeċiedi li nqattaʼ ħin mal-​mara, insibha diffiċli biex ma niċċekkjax il-​mowbajl minħabba x-​xogħol.” Mara jisimha Joy tgħid: “Jien naħdem mid-​dar, allura nsibha diffiċli biex nieqaf naħdem. Irrid nagħmel sforz kbir biex insib il-​bilanċ.”

AĦSEB DWAR DAN: Nagħti kas x’qed jgħid ir-​raġel jew il-​mara tiegħi meta tkellimni?—LUQA 8:18.

PERIKLI GĦAŻ-​ŻWIEĠ

Ħafna nies jgħidu li minħabba s-​social media jispiċċaw jargumentaw ħafna għax jaħsbu ħażin f’xulxin. Xi nies ammettew ukoll li bil-​moħbi jitfgħu affarijiet online li ma jridux lill-​mara jew lir-​raġel tagħhom ikunu jafu bihom.

Ħafna nies jgħidu li s-​social media fih ħafna perikli għan-​nies miżżewġin u anke jagħmilha faċli biex jaqilbuha lil xulxin. Ma niħduhiex bi kbira li l-​avukati jgħidu li ħafna jiddivorzjaw minħabba s-​social media.

AĦSEB DWAR DAN: Nipprova naħbi mir-​raġel jew il-​mara tiegħi meta nkellem lil xi ħadd tas-​sess oppost? —PROVERBJI 4:23.

DAK LI TISTAʼ TAGĦMEL

ARA X’INHU L-​IŻJED IMPORTANTI

Persuna li ma tikolx ma tkunx b’saħħitha. Bl-​istess mod, persuna li ma tqattax ħin mar-​raġel jew il-​mara tagħha se jkollha problemi fiż-​żwieġ tagħha.—Efesin 5:28, 29.

PARIR TAL-​BIBBJA: ‘Aċċertaw ruħkom minn dak li hu iktar importanti.’—FILIPPIN 1:10.

Iddiskuti liema minn dawn tixtieq tagħmel, jew ikteb ideat oħra, biex it-​teknoloġija ma tkunx problema fiż-​żwieġ tiegħek.

  • Minn tal-​inqas darba kuljum, kulu ikla flimkien

  • Agħmlu ħin biex tkunu flimkien mingħajr mowbajls jew tablets

  • Ippjanaw biex tagħmlu xi ħaġa speċjali flimkien

  • Itfu l-​mowbajls jew it-​tablets billejl u żżommuhomx fejn torqdu

  • Agħmlu kwarta kuljum biex tkellmu lil xulxin mingħajr mowbajls jew tablets

  • Ieqfu użaw l-​internet f’ċertu ħin kuljum

MISTOQSIJIET LI JISTGĦU JIDDISKUTU L-​KOPPJI

Aqra u aħseb dwar il-​mistoqsijiet li ġejjin waħdek, imbagħad iddiskutihom mar-​raġel jew il-​mara tiegħek.

  • Kif tistaʼ tuża t-​teknoloġija biex issaħħaħ iż-​żwieġ tiegħek?

  • Inti kemm taħseb li t-​teknoloġija qiegħda ttellef mill-​ħin li jkollkom flimkien?

  • X’taħseb li tistgħu tagħmlu aħjar?

  • Taħseb li int kapaċi tħalli x-​xogħol fil-​ħin tiegħu? Taħseb li l-​mara jew ir-​raġel jaqblu mat-​tweġiba tiegħek?

  • Kif tistaʼ tkun raġonevoli mill-​ħin u l-​attenzjoni li tistenna mill-​mara jew ir-​raġel tiegħek?

    PARIR TAL-​BIBBJA: “Ħalli ħadd ma jibqaʼ jfittex dak li jaqbel lilu, imma dak li jaqbel lil ħaddieħor.” —1 KORINTIN 10:24.

Jason u Alexandra.

“Jien naħdem mid-​dar, allura nagħżel fi x’ħin se nieqaf naħdem. Wara ċertu ħin, nitfi wkoll in-​notifications tal-​emails. B’hekk inkun nistaʼ nuża l-​mowbajl għal affarijiet oħra, bħal biex niċċekkja x’ħin hu, mingħajr ma niġi aljenat bix-​xogħol.”—JASON, MAL-​MARA TIEGĦU, ALEXANDRA

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja