LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • g21 Nru. 2 pp. 13-15
  • It-Teknoloġija Kif Teffettwa Lilek?

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • It-Teknoloġija Kif Teffettwa Lilek?
  • Stenbaħ!—2021
  • Sottitli
  • Materjal Simili
  • X’GĦANDEK TKUN TAF
  • DAK LI TISTAʼ TAGĦMEL
  • F’Din il-Ħarġa
    Stenbaħ!—2021
  • Introduzzjoni
    Stenbaħ!—2021
  • It-Teknoloġija Kif Teffettwa ż-Żwieġ Tiegħek?
    Stenbaħ!—2021
  • It-Teknoloġija Kif Teffettwa Lilek u l-Ħbieb Tiegħek?
    Stenbaħ!—2021
Ara Iżjed
Stenbaħ!—2021
g21 Nru. 2 pp. 13-15
Raġel qed jimxi maʼ riċetta fuq vidjow.

It-​Teknoloġija Kif Teffettwa Lilek?

In-​nies jitgħallmu ħafna affarijiet għall-​iskola, għax-​xogħol, jew għal affarijiet oħra. It-​teknoloġija tistaʼ tgħin lin-​nies biex jitgħallmu. Qatt qabel ma stajna naraw jew naqraw daqshekk informazzjoni mingħajr ma noħorġu minn darna stess.

Imma dawk li jużaw ħafna t-​teknoloġija jkollhom problemi bħal . . .

  • isibuha diffiċli biex jikkonċentraw meta jaqraw.

  • ma jistgħux jiffokaw fuq ħaġa waħda.

  • jixbgħu malajr meta jkunu waħedhom.

X’GĦANDEK TKUN TAF

Żagħżugħa qed tibgħat messaġġ fuq il-mowbajl, tkellem lill-ħabiba tagħha fuq video call, u tistudja fuq il-kompjuter fl-istess ħin.

META TAQRA

Nies li jużaw ħafna t-​teknoloġija jistaʼ ma jkollhomx il-​paċenzja biex jaqraw artiklu sħiħ. Allura jaqrawh taʼ malajr biex jaraw fuqiex qed jitkellem.

Li taqra xi ħaġa taʼ fuq fuq hu tajjeb biex issib tweġiba malajr. Imma mhux tajjeb li taqra hekk meta tipprova tistudja u tifhem suġġett.

AĦSEB DWAR DAN: Jirnexxili naqra xi ħaġa twila? Għala se nitgħallem aħjar jekk ikolli l-​paċenzja naqra? —PROVERBJI 18:15.

META TRID TIFFOKA

Ħafna nies jużaw it-​teknoloġija biex jagħmlu iżjed minn ħaġa waħda fl-​istess ħin. Pereżempju jibagħtu lill-​ħbieb tagħhom waqt li jistudjaw. Imma huma jiġu aljenati u ma jirnexxilhom jiffokaw fuq l-​ebda ħaġa.

Għalkemm huwa diffiċli biex tikkonċentra u ma tiġix aljenat, se jgħinek biex titgħallem. Żagħżugħa jisimha Grace tgħid: “Se tagħmel inqas żbalji u jkollok inqas stress. Tgħallimt li aħjar tiffoka fuq ħaġa waħda u tevita li tiġi aljenat.”

AĦSEB DWAR DAN: It-​teknoloġija tagħmilhieli diffiċli biex niffoka u niftakar dak li studjajt?—PROVERBJI 17:24.

META TKUN WAĦDEK

Ħafna nies ma jiħdux pjaċir ikunu waħedhom, allura jużaw it-​teknoloġija biex ikollhom x’jagħmlu. Mara jisimha Olivia tammetti: “Ma jirnexxilix nagħmel kwarta mingħajr ma niċċekkja l-​mowbajl, it-​tablet, jew it-​televixin.”

Imma biex jirnexxilna nitgħallmu, irridu nagħmlu ħin waħedna biex naħsbu fuq dak li studjajna.

AĦSEB DWAR DAN: Meta nkun waħdi, nuża dak il-​ħin biex naħseb?—1 TIMOTJU 4:15.

DAK LI TISTAʼ TAGĦMEL

ARA KIF QED TUŻA T-​TEKNOLOĠIJA

Kif tistaʼ tuża t-​teknoloġija biex titgħallem iżjed? It-​teknoloġija kif tistaʼ tfixklek milli tiffoka u titgħallem?

PARIR TAL-​BIBBJA: “Ħares l-​għaqal u l-​abbiltà li taħseb.”—PROVERBJI 3:21.

SAQSI LILEK INNIFSEK . . .

  • Insibha diffiċli biex nikkonċentra meta naqra minn fuq tablet jew mowbajl? Jekk iva, x’jaljenani?

  • X’nistaʼ nagħmel biex innaqqas jew inneħħi l-​affarijiet li jaljenawni?

Idea: Ibda billi taqra paragrafu wieħed. Imbagħad bil-​mod ibda aqra iżjed. Biex tibqaʼ ffokat fuq dak li qed taqra, taqrax f’qalbek.

  • Nieħu l-​ħin biex naħseb fuq dak li għadni kif qrajt?

Idea: Meta tistudja uża l-​aħħar għaxar minuti biex taħseb fuq dak li għadek kif tgħallimt.

  • Meta l-​iżjed li niġi aljenat?

  • X’nistaʼ nagħmel biex nikkonċentra aħjar?

Idea: Meta tkun qed tistudja, neħħi l-​affarijiet li jistgħu jaljenawk ħalli tkun tistaʼ tikkonċentra fuq dak li qed tistudja.

PARIR TAL-​BIBBJA: “Ikseb l-​għerf, ikseb l-​abbiltà li tifhem.”—PROVERBJI 4:5.

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja