LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • g16 Nru. 6 pp. 12-13
  • Il-​clown fish—Ħut straordinarju

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Il-​clown fish—Ħut straordinarju
  • Stenbaħ!—2016
  • Sottitli
  • Materjal Simili
  • ‘MA NISTAX NGĦIX MINGĦAJREK’
  • IMORRU FEJN OĦRAJN JIBŻGĦU JGĦUMU
  • Werrej
    Stenbaħ!—2016
  • Ġliba Ħut
    Stenbaħ!—2012
  • Il-Pixxi San Pietru
    Stenbaħ!—2002
  • Ix-Xibka l-Kbira u l-Ħut X’Ifissru Għalik?
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1992
Stenbaħ!—2016
g16 Nru. 6 pp. 12-13

Il-​clown fish—Ħut straordinarju

Clown fish oranġjo

Clown fish oranġjo

FTIT hemm ħut li jiġbed l-​attenzjoni tagħna bħalma jagħmel il-​clown fish. Dan il-​ħut forsi jogħġobna minħabba l-​kuluri ħelwin tiegħu, li jista’ jfakkarna f’buffu taċ-​ċirku. Jew forsi jimpressjonana minħabba fejn jagħżel li jagħmel id-​dar tiegħu—fost it-​tentakli li jniggżu tal-​anemoni tal-​baħar. Mhux taʼ b’xejn li isem ieħor taʼ dan il-​ħut hu anemonefish.

Bħal ħafna atturi taʼ Hollywood, il-​clown fish ma jiddejqux li jittiħdulhom ir-​ritratti. Il-​bugħaddasa normalment jistennew li l-​clown fish “jippożawlhom” għar-​ritratti, għax dawn rari jitbiegħdu mid-​dar u ma tantx huma mistħijin.

Imma dak li hu straordinarju rigward dan il-​ħut hu l-​ħajja riskjuża li donnu jgħix. Li tgħix fost it-​tentakli velenużi jistaʼ jitqabbel maʼ li tagħmel dar f’bejta tas-​sriep. Xorta waħda, il-​clown fish u l-​anemoni li l-​clown fish jagħżel li jgħix fihom ma joqogħdux mingħajr xulxin. X’jagħmel lil din is-​sħubija stramba possibbli u taʼ suċċess?

‘MA NISTAX NGĦIX MINGĦAJREK’

Clown fish b’żewġ strixxi

Clown fish b’żewġ strixxi

Bħal kull sħubija tajba, il-​clown fish u l-​anemoni jgħinu lil xulxin. Ir-​relazzjoni hija vitali għall-​clown fish—mhux biss konvenjenza. Bijologi tal-​baħar ikkonfermaw li l-​clown fish ma jistgħux jgħixu fis-​salvaġġ mingħajr ma jkollhom anemoni li jilqgħuhom. Huma mhumiex għawwiema mill-​aqwa u mingħajr il-​protezzjoni tal-​anemoni jispiċċaw jittieklu mill-​predaturi. Però, billi jużaw l-​anemoni bħala bażi fejn joqogħdu u post taʼ sigurtà meta jkunu mhedda, il-​clown fish jistgħu jgħixu sa għaxar snin.

Minbarra li jipprovdu dar għall-​clown fish, l-​anemoni jipprovdulhom ukoll post fejn ibejtu. Il-​clown fish ipoġġu l-​bajd tagħhom fil-​bażi tal-​anemoni li jgħixu fihom u ż-​żewġ ġenituri jżommu sebaʼ għajnejn fuq il-​bajd. Xi żmien wara, tkun tistaʼ tara l-​familja tal-​clown fish tgħum madwar l-​istess anemoni.

L-​anemoni x’takkwista minn din ir-​relazzjoni? Il-​clown fish iservu bħala gwardjani tal-​baħar billi jkeċċu l-​butterfly fish li tħobb tiekol it-​tentakli tal-​anemoni. Minn tal-​inqas speċi waħda tal-​anemoni ma tibqax ħajja jekk ma jkollhiex clown fish li tgħix fiha. Meta xi riċerkaturi neħħew il-​clown fish, fi żmien 24 siegħa biss, l-​anemoni kienet sparixxiet kompletament. Milli jidher, kien kielha kollha l-​butterfly fish.

Jidher li l-​clown fish jipprovdu wkoll enerġija lill-​anemoni li jgħixu fihom. L-​ammonju li jarmu l-​clown fish jgħin biex l-​anemoni jikbru. U hekk kif il-​clown fish jgħumu fost it-​tentakli, jgħinu biex ikun hemm iktar ossiġnu fl-​ilma jiċċirkola madwar l-​anemoni.

IMORRU FEJN OĦRAJN JIBŻGĦU JGĦUMU

Clown fish roża

Clown fish roża

Il-​protezzjoni tal-​clown fish qiegħda fuq il-​ġilda tagħhom. Fuq il-​ġilda għandhom tip taʼ likwidu li permezz tiegħu ma jkunux jistgħu jiġu mniggżin. Milli jidher, grazzi għal dan il-​likwidu maʼ ġisimhom, l-​anemoni jikkunsidraw il-​clown fish bħala anemoni oħra.

Xi studji jindikaw li meta l-​clown fish jagħżlu anemoni ġdida fejn joqogħdu, jgħaddu minn proċess biex jaddattaw ruħhom. Ġie osservat li meta l-​ħut jersaq lejn anemoni għall-​ewwel darba, jagħmel ftit sigħat imissha kultant ħin. Milli jidher, dan il-​kuntatt jippermetti lill-​clown fish jadattaw il-​ġilda tagħhom biex jipproteġu ruħhom mill-​velenu partikulari tal-​anemoni l-​ġdida. Jistaʼ jkun li l-​clown fish jitniggżu xi ftit matul dan il-​proċess. Imma wara dan, isiru qishom ħobż u sikkina.

Il-​fatt li ħlejjaq tant differenti jaħdmu id f’id jagħtina tagħlima affaxxinanti dwar kif nistgħu naħdmu flimkien. Fil-​ħafna sforzi tal-​bnedmin biex iwettqu xi ħaġa, nies minn kulturi u trobbija differenti jiksbu riżultati rimarkevoli meta jagħtu mir-​riżorsi tagħhom. Bħall-​clown fish, jaf nieħdu ftit tal-​ħin biex naddattaw ruħna biex naħdmu m’oħrajn, imma r-​riżultati jkunu worth it.

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja