LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • g17 Nru. 1 pp. 8-9
  • It-​tbissima tiegħek—Tferraħ lilek u lil ħaddieħor!

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • It-​tbissima tiegħek—Tferraħ lilek u lil ħaddieħor!
  • Stenbaħ!—2017
  • Sottitli
  • Materjal Simili
  • IT-​TBISSIM “KIEN IQAWWILI QALBI”
  • Tbissem Jagħmillek Tajjeb!
    Stenbaħ!—2000
  • Il-Qawwa taʼ Tbissima
    Stenbaħ!—2003
  • Lezzjoni 5
    Nitgħallem mill-Bibbja
  • Ġesti u Espressjonijiet tal-​Wiċċ
    Ibbenefika mill-Edukazzjoni tal-Iskola tal-Ministeru Teokratiku
Ara Iżjed
Stenbaħ!—2017
g17 Nru. 1 pp. 8-9
Nies taʼ etajiet differenti u minn diversi razez jitbissmu

It-​tbissima tiegħek—Tferraħ lilek u lil ħaddieħor!

META xi ħadd jitbissimlek, x’tagħmel? Aktarx li titbissem lura. U probabbilment tħossok iktar ferħan ukoll. Iva, tbissim ġenwin—kemm jekk minn ħbieb u kemm jekk min-​nies li ma tafx—jittieħed u jġiegħlek tħossok aħjar. Mara li jisimha Magdalena qalet: “Żewġi, Georg, kellu tbissima ħelwa. Meta għajnejna kienu jiltaqgħu, kont inħossni rilassata u fis-​sigurtà.”

Tbissima sinċiera tindika emozzjonijiet pożittivi bħal gost, ferħ, u pjaċir. Fil-​fatt, “it-​tbissim . . . donnu hu parti minn kif aħna magħmulin,” jispjega artiklu fl-​Observer, ġurnal fuq l-​Internet tal-​Association for Psychological Science. L-​artiklu jgħid li anki t-​trabi tat-​twelid jistgħu “jinterpretaw espressjoni tal-​wiċċ b’eżattezza kbira.” Jgħid ukoll: “In-​nies mhux biss jifhmu informazzjoni utli minn tbissima, imma wkoll jużaw dan l-​għarfien biex ikunu jafu kif għandhom iġibu ruħhom.”

Riċerkaturi mill-​Università taʼ Harvard fl-​Istati Uniti għamlu studju fuq grupp taʼ pazjenti anzjani u raw kif irreaġixxew l-​anzjani għall-​espressjoni tal-​wiċċ taʼ dawk li kienu qed jieħdu ħsiebhom. Meta l-​espressjoni taʼ wiċċ dawk li jieħdu ħsiebhom “kienet tagħti l-​idea li huma dħulin, li jimpurtahom, li jagħtu kashom, u li jifhmuhom iktar,” qalu r-​riċerkaturi, il-​pazjenti kienu jħossuhom iktar sodisfatti u l-​benesseri fiżiku u mentali tagħhom kien imur għall-​aħjar. Mill-​banda l-​oħra, il-​pazjenti marru għall-​agħar meta l-​espressjoni taʼ wiċċ dawk li jieħdu ħsiebhom kienet turi li ma tantx kien jimpurtahom minnhom.

Meta titbissem jistaʼ jkun ukoll li tkun qed tagħmel pjaċir lilek innifsek. L-​istudju juri li l-​benefiċċji jinkludu li tkun iktar kunfidenti u ferħan u li tħossok inqas stressat. Għall-​kuntrarju, li titkerrah għandu l-​effett oppost.

IT-​TBISSIM “KIEN IQAWWILI QALBI”

Magdalena, li ssemmiet qabel, kienet waħda mix-​Xhieda taʼ Ġeħova matul it-​Tieni Gwerra Dinjija. Hi ntbagħtet maʼ membri oħra tal-​familja tagħha fil-​kamp tal-​konċentrament taʼ Ravensbrück fil-​Ġermanja talli rrifjutat li taċċetta t-​twemmin Nazista. “Kultant il-​gwardjani kienu jwaqqfuna milli nitkellmu maʼ priġunieri oħra,” tiftakar hi. “Imma ma kellhom ebda kontroll fuq l-​espressjoni taʼ wiċċna. Is-​sempliċi fatt li kont nara tbissima fuq wiċċ ommi u oħti kien iqawwili qalbi u kien isaħħaħli d-​determinazzjoni tiegħi biex nibqaʼ nissaporti.”

Forsi tħoss li minħabba l-​ansjetajiet tal-​ħajja ma tantx għandek għalfejn titbissem. Però, ftakar li l-​ħsibijiet normalment jiġu qabel is-​sentimenti. (Proverbji 15:15; Filippin 4:8, 9) Allura hu kemm hu diffiċli, għax ma tipprovax taħseb fuq affarijiet pożittivi u pjaċevoli kull meta jkun possibbli?a Il-​qari tal-​Bibbja u t-​talb għenu lil ħafna biex jagħmlu preċiż hekk. (Mattew 5:3; Filippin 4:6, 7) Fil-​fatt, il-​kliem “ferħ” u “hena” u kliem li ġej minnhom jidhru mijiet taʼ drabi fil-​Bibbja! Għax ma taqrax paġna jew tnejn kuljum? Min jaf? Int ukoll għandu mnejn tibda titbissem iktar.

Barra minn hekk, tistenniex lil ħaddieħor biex jitbissimlek. Ħu l-​inizjattiva u ferraħ ftit lil ħaddieħor. Iva, ikkunsidra t-​tbissima tiegħek għal dak li hi verament—għotja minn Alla li ssebbaħ il-​ħajja tiegħek u taʼ dawk li jarawha.

a Ara l-​artiklu “Tinsab ‘f’Festa l-​Ħin Kollu’?” fil-​ħarġa taʼ Stenbaħ! taʼ Novembru 2013.

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja