LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • g17 Nru. 2 pp. 4-6
  • X’tgħallem il-​Bibbja dwar l-​ispiritiżmu?

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • X’tgħallem il-​Bibbja dwar l-​ispiritiżmu?
  • Stenbaħ!—2017
  • Sottitli
  • Materjal Simili
  • ORIĠINI DIŻGUSTANTI
  • Għala Għandek Tevita l-Ispiritiżmu
    Stenbaħ!—2008
  • Aċċetta l-għajnuna taʼ Ġeħova biex tirreżisti spirti mill-agħar
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova (Studju)—2019
  • L-Ispiritiżmu Għala Jinteressa Lil Ħafna Nies mad-Dinja Kollha?
    Stenbaħ!—2000
  • L-Ispirti Mill-Agħar Huma Potenti
    Int Tistaʼ Tgħix Għal Dejjem Fil-Ġenna Fuq L-Art
Ara Iżjed
Stenbaħ!—2017
g17 Nru. 2 pp. 4-6
Koppja qed iħarsu lejn riklami taʼ films spiritistiċi fuq it-televixin fuq it-televixin

Għalkemm l-industrija tad-divertiment tippreżenta suġġetti u karattri spiritistiċi b’mod affaxxinanti, hemm bżonn li nkunu konxji tal-perikli li għandhom x’jaqsmu magħhom

SUĠĠETT PRINĊIPALI | X’HEMM WARA S-SOPRANATURALI?

X’tgħallem il-​Bibbja dwar l-​ispiritiżmu?

ĦAFNA nies huma dubjużi dwar kull ħaġa li għandha x’taqsam mas-​sopranaturali u l-​ispiritiżmu. Huma jikkunsidrawhom ingann jew bħala xi ħaġa kreattiva tal-​kittieba tal-​industrija tal-​films. Madankollu, il-​Bibbja tqishom differenti. Din tipprovdi twissijiet ċari dwar l-​ispiritiżmu. Pereżempju, Dewteronomju 18:10-​13 jgħid: “M’għandux jinstab [fostkom] . . . xi ħadd li jeħber, min jipprattika l-​maġija jew xi ħadd li jfittex sinjali li bihom jaqra l-​futur jew saħħâr, jew min jagħmel xi magħmul fuq ħaddieħor jew xi ħadd li jikkonsulta maʼ medjum taʼ l-​ispirti jew min xogħlu hu li jbassar il-​ġrajjiet jew xi ħadd li jistħarreġ dwar il-​mejtin.” Għala le? L-​iskrittura tkompli tgħid: “Kulmin jagħmel dawn l-​affarijiet ikun xi ħaġa mistkerrha għal Ġeħova. . . . Għandek tkun bla nuqqas quddiem Ġeħova Alla tiegħek.”

Il-​Bibbja għala tikkundanna b’qawwa kull tip taʼ spiritiżmu?

ORIĠINI DIŻGUSTANTI

Il-​Bibbja tgħidilna li ħafna qabel ma Alla għamel l-​art, hu ħalaq miljuni taʼ ħlejjaq spirti, jew anġli. (Ġob 38:4, 7; Rivelazzjoni 5:11) Kull wieħed minn dawn l-​anġli kellu l-​libertà tal-​għażla—l-​abbiltà li jagħżel bejn dak li hu tajjeb u ħażin. Uħud minnhom iddeċidew li jirribellaw kontra Alla u abbandunaw il-​pożizzjoni li kellhom fis-​sema biex jaqilgħu l-​inkwiet fuq l-​art. B’hekk, l-​art “imtliet bil-​vjolenza.”—Ġenesi 6:2-​5, 11; Ġuda 6.

Il-​Bibbja tgħid li dawn l-​anġli mill-​agħar jinfluwenzaw bil-​kbir billi jqarrqu b’miljuni taʼ nies. (Rivelazzjoni 12:9) Huma saħansitra jieħdu vantaġġ mill-​fatt li n-​nies huma kurjużi dwar il-​futur.—1 Samwel 28:5, 7; 1 Timotju 4:1.

Vera, xi qawwiet sopranaturali donnhom jgħinu lin-​nies. (2 Korintin 11:14) Però, fir-​realtà, l-​anġli mill-​agħar qed jipprovaw jagħmu l-​imħuħ tan-​nies biex ma jarawx il-​verità dwar Alla.—2 Korintin 4:4.

Għaldaqstant, skont il-​Bibbja, il-​kuntatt mal-​ispirti mill-​agħar mhuwiex divertiment li ma jagħmilx ħsara. Fil-​fatt, meta wħud li xtaqu jsiru dixxipli taʼ Ġesù ġew mgħallma l-​verità dwar dawn l-​attivitajiet, “dawk [fosthom] li kienu jipprattikaw metodi sopranaturali ġabru l-​kotba kollha tagħhom u ħarquhom,” avolja kienu jqumu ħafna flus.—Atti 19:19, Byington.

Mara taqra ktieb dwar is-sopranaturali

“Jistaʼ jkun li t-​tfajliet qed jemmnu iżjed fil-​maġija minħabba li qed jiġu influwenzati minn sħaħar attraenti u seduċenti li jidhru fuq it-​televixin, fil-​films, u fil-​kotba.”—Gallup Youth Survey, 2014

Bl-​istess mod, ħafna llum iddeċidew li ma jkollhom xejn x’jaqsmu m’attivitajiet u divertiment li għandhom oriġini spiritistiċi. Pereżempju, meta Mariaa kellha 12-​il sena, donna setgħet tgħid bil-​quddiem ċerti ġrajjiet jew perikli li kienu se jseħħu. Hi kienet taqra l-​karti tax-​xorti għal sħabha tal-​iskola, u ladarba dak li kienet tbassar kien iseħħ, saret affaxxinata bl-​okkult.

Maria ħasbet li kellha don minn Alla biex tgħin lin-​nies. “Imma xi ħaġa bdiet iddejjaqni,” tammetti hi. “Meta kont naqra l-​karti, kont naqrahom għal ħaddieħor. Ma stajtx nużahom għalija nnifsi għalkemm xtaqt inkun naf il-​futur tiegħi.”

Peress li Maria kienet konfuża minħabba li kellha ħafna mistoqsijiet mhux imwieġba, hi talbet lil Alla. Imbagħad ġiet ikkuntattjata mix-​Xhieda taʼ Ġeħova u bdiet studju tal-​Bibbja magħhom. Maria tgħallmet mill-​Bibbja li l-​abbiltà li kellha biex tgħid il-​futur ma kinitx ġejja minn Alla. Hi tgħallmet ukoll li dawk li jridu jkunu ħbieb t’Alla għandhom ineħħu kwalunkwe ħaġa li għandha x’taqsam mal-​ispiritiżmu. (1 Korintin 10:21) X’kien ir-​riżultat? Maria rmiet il-​kotba u l-​affarijiet li kellhom x’jaqsmu mal-​okkult. Issa hi qed tgħid lil oħrajn il-​veritajiet eżatti li tgħallmet mill-​Bibbja.

Meta Michael kien għadu żagħżugħ, kien iħobb jaqra stejjer tal-​fantaxjenza dwar karattri sopranaturali. “Kont nieħu pjaċir inpoġġi lili nnifsi flok il-​protagonisti li kienu jesploraw dinjiet immaġinarji,” jgħid hu. Ftit ftit, għal Michael saret xi ħaġa normali li jaqra kotba dwar il-​maġija u dwar ritwali Sataniċi. “Il-​kurżità kienet tegħlibni, u allura kont naqra kotba u nara films li kellhom x’jaqsmu maʼ dawn is-​suġġetti,” jammetti hu.

Madankollu, meta Michael studja l-​Bibbja, fehem kemm kellu bżonn jeżamina sew dak li kien qed jaqra. “Għamilt lista taʼ dak kollu li kellu x’jaqsam mal-​ispiritiżmu u ħlist minnu,” jgħid hu. “Tgħallimt lezzjoni importanti. Fl-​1 Korintin 10:31, il-​Bibbja tgħid: ‘Agħmlu kollox għall-​glorja t’Alla.’ Issa nsaqsi lili nnifsi, ‘Hemm xi ħaġa f’dan il-​ktieb li Alla jaraha ħażina?’ Jekk iva, mela mhux għall-​glorja t’Alla, u allura jien ma naqrahx.”

Mara tfittex fil-jw.org websajt

Il-​Bibbja b’mod xieraq hi deskritta bħala fanal. Din hi sors uniku taʼ dawl li jikxef x’inhu verament l-​ispiritiżmu. (Salm 119:105) Imma l-​Bibbja tgħid iktar minn hekk. Fiha nsibu wegħda meraviljuża taʼ dinja meħlusa mill-​qawwa tal-​ispirti mill-​agħar. L-​effett fuq il-​bnedmin se jkun kbir ħafna. Pereżempju, Salm 37:10, 11 jgħid: “Ftit ieħor biss, u l-​ħażin ma jkunx iktar; u int tħares bir-​reqqa fejn kien, u ma jkunx hemm. Imma l-​ġwejdin se jirtu l-​art, u bi sliem kotran jitgħaxxqu ferm.”

a L-​ismijiet f’dan l-​artiklu ġew mibdulin.

X’inhu l-​ispiritiżmu?

L-​interess fl-​ispiritiżmu jidher f’attivitajiet bħall-​astroloġija, il-​maġija, u l-​okkult. F’ħafna partijiet tad-​dinja, in-​nies jipprovaw jikkomunikaw maʼ spirti mill-​agħar bl-​għajnuna taʼ xi psikiku jew saħħar. Ħafna jużaw it-​teħbir biex ikunu jafu l-​futur. Huma jħarsu lejn l-​istilel, ifittxu sinjali li bihom ikunu jafu l-​futur, jużaw ballun tal-​kristall, jaqraw l-​id taʼ ħaddieħor, jew xi ħadd jaqralhom idejhom.

Il-​kotba, ir-​rivisti, u l-​films jippreżentaw l-​ispiritiżmu bħala xi ħaġa affaxxinanti jew li ma tagħmilx ħsara. Xi esperti tal-​komunikazzjoni jissuġġerixxu li l-​mod kif il-​programmi tat-​televixin u l-​films juru l-​paranormali influwenza bil-​kbir x’jemmnu n-​nies.

Il-Bibbja X’Tgħallem Verament?

Nistidnuk biex titgħallem iktar billi taqra kapitlu 10 tal-​ktieb Il-​Bibbja X’Tgħallem Verament? Dan huwa ppubblikat mix-​Xhieda taʼ Ġeħova u hu disponibbli biex tniżżlu b’xejn minn fuq jw.org/mt.

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja