LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • g17 Nru. 6 p. 3
  • Hemm tama għal din id-dinja jew le?

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Hemm tama għal din id-dinja jew le?
  • Stenbaħ!—2017
  • Materjal Simili
  • Ix-Xjentisti Mexxew id-Doomsday Clock ’il Quddiem—X’Tgħid il-Bibbja?
    Iktar Suġġetti
  • Werrej
    Stenbaħ!—2012
  • L-Aħħar tad-Dinja Iqanqal Interess Kbir
    Stenbaħ!—2012
  • Se Tispiċċa Dalwaqt id-Dinja?
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova (Pubbliku)—2021
Ara Iżjed
Stenbaħ!—2017
g17 Nru. 6 p. 3
Id-Doomsday Clock

SUĠĠETT PRINĊIPALI | HEMM TAMA GĦAL DIN ID-DINJA?

Hemm tama għal din id-​dinja jew le?

IS-​SENA 2017 bdiet bi stqarrija taʼ swied il-​qalb mix-​xjentisti. F’Jannar, grupp taʼ xjentisti ddikjaraw li d-​dinja resqet eqreb lejn l-​agħar katastrofi li qatt jistaʼ jkun hawn. Billi użaw l-​arloġġ simboliku taʼ jum il-​qerda (id-​Doomsday Clock), ix-​xjentisti taw stampa taʼ kemm id-​dinja hi qrib taʼ diżastru globali billi mexxew il-​minutiera bi 30 sekonda ’l quddiem. Dan l-​arloġġ jonqsu żewġ minuti u nofs biss għal nofsillejl. Il-​katastrofi globali qatt ma kienet daqshekk viċin f’dawn l-​aħħar 60 sena!

Ix-​xjentisti qed jippjanaw li fl-​2018 jerġgħu jikkunsidraw kemm aħna qrib taʼ tmiem id-​dinja. Dan id-​Doomsday Clock, se jibqaʼ juri li dalwaqt ġejja katastrofi li qatt ma kien hawn bħalha? Int x’taħseb? Hemm tama għal din id-​dinja? Forsi ssibha diffiċli biex twieġeb. Wara kollox, lanqas l-​esperti ma jaqblu bejniethom fuq dan is-​suġġett. Mhux kulħadd jemmen li żgur ġejja qerda.

Fil-​fatt, miljuni taʼ nies jemmnu li se jkun hemm futur mill-​isbaħ. Huma jsostnu li għandhom evidenza li turi li l-​bniedem u l-​pjaneta tagħna se jibqgħu jeżistu għal dejjem u li l-​kwalità taʼ ħajjitna se titjieb. Huwa taʼ min joqgħod fuqha din l-​evidenza? Hemm tama għal din id-​dinja jew le?

“Id-​Doomsday Clock huwa arloġġ simboliku li hu aċċettat minn ħafna pajjiżi. Dan juri kemm aħna qrib biex neqirdu lilna nfusna b’teknoloġija perikoluża li qed nagħmlu aħna stess. L-​ewwel u qabel kollox, fost dawn l-​affarijiet hemm l-​armi nukleari. Imma l-​perikli jinkludu wkoll bdil fil-​klima minħabba t-​teknoloġija, żvilupp fil-​bijoteknoloġija, u t-​teknoloġija tal-​internet. Dawn jistgħu jagħmlu ħsara li ma tissewwiex lil ħajjitna u l-​pjaneta tagħna. Din il-​ħsara tistaʼ ssir b’intenzjoni, b’kalkolu ħażin, jew bi żball.”—Bulletin of the Atomic Scientists.

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja