LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • g18 Nru. 2 p. 11
  • 8 L-eżempju

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • 8 L-eżempju
  • Stenbaħ!—2018
  • Sottitli
  • Materjal Simili
  • DAN XI JFISSER
  • GĦALA HU IMPORTANTI
  • DAK LI TISTAʼ TAGĦMEL
  • Tistaʼ l-Bibbja Tgħinek Tħarreġ lil Uliedek?
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2004
  • Ġenituri—Għinu lit-Tfal Tagħkom Iħobbu lil Ġeħova
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova (Studju)—2022
  • Ġenituri—Ħarrġu lil Uliedkom bl-Imħabba
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2007
  • Għallem lil Uliedek Iħobbu lil Ġeħova
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2007
Ara Iżjed
Stenbaħ!—2018
g18 Nru. 2 p. 11
Tifla timxi fil-passi taʼ missierha fis-silġ

Int liema triq qed tħejji għal uliedek?

GĦALL-ĠENITURI

8 L-eżempju

DAN XI JFISSER

Ġenituri li jagħtu l-​eżempju jgħixu skont dak li jgħallmu. Pereżempju, ma tistax tippretendi li ibnek jgħid il-​verità jekk jismaʼ lilek tgħid, “Għidlu li m’iniex id-​dar,” meta ma tkunx trid tkellem lil xi ħadd li ħabbatlek il-​bieb.

“Hawn min jgħid, ‘Agħmel kif ngħidlek u mhux kif nagħmel.’ Imma dan il-​metodu ma jaħdimx mat-​tfal. Huma bħal sponża, jassorbu kull ħaġa li ngħidu u nagħmlu, u żgur li se jgħidulna meta l-​eżempju tagħna ma jkunx fi qbil maʼ dak li nkunu qed nipprovaw ngħallmuhom.”—David.

PRINĊIPJU BIBLIKU: “Int li tippriedka ‘Tisraqx,’ tisraq int?”—Rumani 2:21.

GĦALA HU IMPORTANTI

It-​tfal u saħansitra ż-​żgħażagħ jiġu influwenzati iktar mill-​ġenituri tagħhom milli minn xi persuna oħra—inkluż dawk taʼ madwarhom. Dan ifisser li intom qegħdin fl-​aħjar pożizzjoni biex tidderieġu lil uliedkom fit-​triq it-​tajba—naturalment, jekk intom tagħmlu dak li tgħallmu.

“Aħna nistgħu nirripetu xi ħaġa mitt darba u ma nkunux ċerti jekk it-​tifel hux jismagħna, imma dik id-​darba li ma nagħmlux dak li ngħallmu, it-​tifel żgur jgħidilna. It-​tfal jinnotaw kull ħaġa li nagħmlu, anki meta naħsbu li ma jkunux qed jagħtu kas.”—Nicole.

PRINĊIPJU BIBLIKU: “L-​għerf li ġej minn fuq . . . mhux ipokrita.”—Ġakbu 3:17.

DAK LI TISTAʼ TAGĦMEL

Eżamina l-​livelli morali tiegħek stess. X’tip taʼ programmi tħobb tara int? Kif tittratta lill-​persuna l-​oħra fiż-​żwieġ u lil uliedek? X’tip taʼ ħbieb għandek? Taħseb f’ħaddieħor? Fi ftit kliem, int tixtieq li uliedek isegwu l-​eżempju tiegħek?

“Jien u r-​raġel tiegħi ma nippretendux li wliedna jgħixu maʼ ċerti livelli morali li aħna stess m’aħniex nimxu magħhom.”—Christine.

Skuża ruħek meta tiżbalja. It-​tfal jafu li m’intix perfett. Meta tgħid “skużani” kull darba li tagħmel żball—lir-​raġel jew il-​mara tiegħek kif ukoll lit-​tfal—tkun qed tagħti lezzjoni importanti f’dik li hi onestà u umiltà.

“Uliedna għandhom bżonn jisimgħuna nammettu li żbaljajna u niskużaw ruħna għall-​iżball li nkunu għamilna. Jekk ma nagħmlux hekk, huma mhumiex se jitgħallmu jammettu meta jiżbaljaw.”—Robin.

“Bħala ġenituri, aħna ninfluwenzaw bil-​kbir lil uliedna, u l-​eżempju tagħna huwa l-​aqwa għodda li għandna għax huma jarawh il-​ħin kollu. Hu bħallikieku qed jiġu mgħallmin kontinwament bil-​mod kif il-​ġenituri jkunu qed jgħixu ħajjithom.”—Wendell.

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja