LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • g19 Nru. 2 pp. 4-5
  • Il-benefiċċji taʼ li jikkontrollaw lilhom infushom

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Il-benefiċċji taʼ li jikkontrollaw lilhom infushom
  • Stenbaħ!—2019
  • Sottitli
  • Materjal Simili
  • X’JINVOLVI LI TIKKONTROLLA LILEK INNIFSEK?
  • GĦALA HU IMPORTANTI LI T-​TFAL JIKKONTROLLAW LILHOM INFUSHOM?
  • KIF TGĦALLIMHOM JIKKONTROLLAW LILHOM INFUSHOM
  • Nikkultivaw il-Frott tal-Kontroll Fuqna Nfusna
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1992
  • Aħdem fuq ir-rażan
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova (Studju)—2017
  • Sabiex Tirbaħ il-Premju, Eżerċita r-Rażna!
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2003
  • Il-kontroll Fuqek Innifsek—Għala Tant Importanti?
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1992
Ara Iżjed
Stenbaħ!—2019
g19 Nru. 2 pp. 4-5
Omm tgħid le waqt li t-​tifel żgħir tagħha jipprova jieħu l-​ħelu minn ħanut

L-1 LEZZJONI

Il-​benefiċċji taʼ li jikkontrollaw lilhom infushom

X’JINVOLVI LI TIKKONTROLLA LILEK INNIFSEK?

Li tikkontrolla lilek innifsek jinvolvi l-​abbiltà li

  • tkun kapaċi tistenna biex taqtaʼ x-​xewqat tiegħek

  • iżżomm lura milli tgħid jew tagħmel xi ħaġa mingħajr ma taħsibha

  • tlesti xi ħaġa li għandek bżonn tagħmel anki jekk tiddejjaq tagħmilha

  • tpoġġi lil oħrajn qabel lilek innifsek

GĦALA HU IMPORTANTI LI T-​TFAL JIKKONTROLLAW LILHOM INFUSHOM?

Tfal li kapaċi jikkontrollaw iktar lilhom infushom jistgħu jirreżistu t-​tentazzjoni, anki jekk tkun xi ħaġa li tidher li se jieħdu pjaċir jagħmluha. Għall-​kuntrarju, tfal li ma tantx huma kapaċi jikkontrollaw lilhom infushom għandhom iktar ċans li

  • ikunu aggressivi

  • ibatu minn dipressjoni

  • ipejpu jew jabbużaw mill-​alkoħol jew drogi

  • jagħmlu għażliet ħżiena fejn jidħol l-​ikel

Skont studju wieħed, dawk li kienu kapaċi jikkontrollaw iktar lilhom infushom meta kienu tfal, iktar tard f’ħajjithom kellhom inqas problemi taʼ saħħa u taʼ flus u kienu jobdu l-​liġi iktar. Wara dan l-​istudju, il-​Professur Angela Duckworth tal-​Università taʼ Pennsylvania kkonkludiet: “Dejjem hu taʼ ġid li tikkontrolla lilek innifsek.”

KIF TGĦALLIMHOM JIKKONTROLLAW LILHOM INFUSHOM

Tgħallem għid le u żomm kelmtek.

PRINĊIPJU TAL-​BIBBJA: “Il-​kelma tagħkom Iva ħa tfisser Iva, u l-​Le, Le.”—Mattew 5:37.

It-​tfal żgħar jistgħu jipprovaw jaraw kemm il-​ġenitur ħa jżomm kelmtu billi jagħmlu xi xenata bil-​biki u t-​twerżiq, forsi anke fil-​pubbliku. Jekk il-​ġenitur iċedi, it-​tfal jitgħallmu li meta jaġixxu b’dan il-​mod, il-​le se tinbidel f’iva.

Mill-​banda l-​oħra, jekk il-​ġenitur jgħid le u jżomm kelmtu, it-​tifel jitgħallem fatt bażiku tal-​ħajja, li aħna mhux dejjem nistgħu nieħdu dak li rridu. “Ironikament, nies li jitgħallmu din il-​lezzjoni jidhru li huma l-​iktar sodisfatti,” jikteb Dr. David Walsh. “Ma nkunux qed ngħinu lit-​tfal tagħna jekk ngħallmuhom li jistgħu jieħdu dak kollu li jridu.”a

Li tgħid le issa lit-​tifel tiegħek se jgħinu biex ’il quddiem jgħid le lilu nnifsu—pereżempju, jekk jiġi ttantat jieħu d-​droga, jagħmel is-​sess qabel iż-​żwieġ, jew jagħmel kwalunkwe ħaġa li tistaʼ tkun taʼ periklu għalih u għal oħrajn.

Għin lit-​tfal tiegħek jifhmu li se jkun hemm konsegwenzi, kemm tajbin u anki ħżiena.

PRINĊIPJU TAL-​BIBBJA: “Dak li bniedem jiżraʼ, dak ukoll jaħsad.”—Galatin 6:7.

It-​tifel tiegħek għandu bżonn jifhem li għal kull azzjoni hemm il-​konsegwenzi, u li nuqqas taʼ kontroll se jirriżulta f’affarijiet mhux mixtiqin. Pereżempju, jekk ibnek taqbiżlu malajr, oħrajn jistgħu jibdew iwarrbuh. Imma jekk jiżviluppa l-​abbiltà li jikkontrolla lilu nnifsu meta jiġi provokat—jew li jistenna bil-​paċenzja minflok ma jinterrompi—in-​nies se jinġibdu lejh. Għin lit-​tifel tiegħek jifhem li ħajtu se tkun ħafna aħjar jekk jikkontrolla lilu nnifsu.

Għallem lit-​tifel tiegħek biex jagħmel prijoritajiet.

PRINĊIPJU TAL-​BIBBJA: ‘Aċċertaw ruħkom minn dak li hu iktar importanti.’—Filippin 1:10.

Li tikkontrolla lilek innifsek ma jfissirx biss li toqgħod attent biex ma tagħmilx xi ħaġa ħażina. Jinkludi wkoll li tagħmel dak li hu neċessarju, anke jekk dan ma jkunx xi ħaġa eċitanti jew li tieħu pjaċir tagħmlu. Hu importanti li t-​tifel tiegħek jitgħallem kif jistabbilixxi l-​prijoritajiet u jżomm magħhom. Kun ċert li t-​tifel jagħmel l-​affarijiet importanti l-​ewwel. Pereżempju, il-​homework għandu jiġi qabel ir-​rikreazzjoni.

Kun eżempju tajjeb.

PRINĊIPJU TAL-​BIBBJA: “Ħallejtilkom mudell sabiex, bħalma għamiltilkom jien, tagħmlu intom ukoll.”—Ġwanni 13:15.

It-​tifel tiegħek se jara kif taġixxi meta tiġri xi ħaġa li ddejqek. Bl-​eżempju tiegħek uri li meta tikkontrolla lilek innifsek se jkollok riżultati aħjar. Pereżempju, meta t-​tifel tiegħek jagħmel xi ħaġa ħażina, int tirreaġixxi bir-​rabja jew tibqaʼ kalm?

a Mill-​ktieb No: Why Kids—of All Ages—Need to Hear It and Ways Parents Can Say It.

Omm tgħid le waqt li t-​tifel żgħir tagħha jipprova jieħu l-​ħelu minn ħanut

ĦARRIĠHOM ISSA

Li tgħid le issa lit-​tfal tiegħek se jgħinhom biex ’il quddiem jgħidu le lilhom infushom, bħal pereżempju, jekk jiġu ttantati jieħdu d-​droga jew jagħmlu xi ħaġa li tistaʼ tkun taʼ periklu għalihom u għal oħrajn

Għallem bl-​eżempju

  • It-​tifel tiegħi jara li ma taqbiżlix anke meta nkun f’sitwazzjoni diffiċli ħafna?

  • Spjegajt jien lit-​tifel tiegħi għala nipprova nsolvi l-​problemi bil-​kalma?

  • It-​tifel tiegħi kieku kif jiddeskrivini, bħala li ngħid u nagħmel affarijiet mingħajr ma naħsibhom u jitilgħuli malajr, jew bħala li jien iddixxiplinat u li nikkontrolla lili nnifsi?

Dak li għamilna . . .

“Għalkemm konna nippermettu li t-​tifla tagħna ssir frustrata jew tirrabja, ma konniex inħalluha ddejjaq lil taʼ madwarha. Jekk ma setgħetx tikkontrolla r-​rabja tagħha, ma konniex inħalluha toqgħod fejn nies oħra sakemm tikkalma.”—Theresa.

“Meta jien u marti konna nkunu kuntenti bil-​mod kif jaġixxu t-​tfal, dejjem għednielhom li konna kburin bihom. Konna nfaħħruhom meta kienu jikkontrollaw lilhom infushom anke f’sitwazzjonijiet diffiċli.”—Wayne.

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja