LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • g20 Nru. 3 pp. 10-11
  • Agħmel Ħbieb ma’ Nies Differenti Minnek

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Agħmel Ħbieb ma’ Nies Differenti Minnek
  • Stenbaħ!—2020
  • Sottitli
  • Materjal Simili
  • Il-​Problema
  • Prinċipju mill-​Bibbja
  • Li Nagħmluha maʼ Nies Differenti Minna Kif Se Jgħinna?
  • Dak li Tistaʼ Tagħmel
  • Nies li Għelbu l-Preġudizzju
    Stenbaħ!—2020
  • Uri l-Imħabba
    Stenbaħ!—2020
  • Għandi nagħmel ħbieb ġodda?
    Iż-Żgħażagħ Jistaqsu
  • Nissodisfaw ix-Xewqa Kbira Tagħna għall-Ħbiberija
    Stenbaħ!—2004
Ara Iżjed
Stenbaħ!—2020
g20 Nru. 3 pp. 10-11
Erba’ nisa ta’ razza differenti jitkellmu u jidħqu waqt li t-tfal tagħhom jilagħbu fil-playground.

Agħmel Ħbieb maʼ Nies Differenti Minnek

Il-​Problema

Jekk inwarrbu nies minn gruppi li ma jogħġbuniex, nistgħu nibdew nuru iżjed preġudizzju. U jekk nagħmlu ħbieb biss maʼ dawk li jogħġbuna, nistgħu nibdew naħsbu li l-​mod taʼ kif naħsbuha, inħossuna, u naġixxu hu l-​uniku mod aċċettabbli.

Prinċipju mill-​Bibbja

“Wessgħu qalbkom.”—2 KORINTIN 6:13.

Xi jfisser? “Il-​qalb” tagħna tistaʼ tirreferi għall-​emozzjonijiet u l-​affezzjonijiet tagħna. Jekk twessaʼ qalbek għal nies li huma bħalek biss, tkun qed tillimita l-​emozzjonijiet u l-​affezzjonijiet tiegħek. Biex nevitaw din il-​problema, irridu nkunu lesti biex nagħmlu ħbieb maʼ dawk li huma differenti minna.

Li Nagħmluha maʼ Nies Differenti Minna Kif Se Jgħinna?

Meta nsiru nafu lil oħrajn b’mod personali, aħna nibdew nifhmu għala jagħmlu l-​affarijiet differenti. U meta nibdew inħobbuhom, ninsew li huma differenti minna. Dan iwassalna biex napprezzawhom iżjed, u nibdew nifirħu u nibku magħhom.

Ejja naraw l-​eżempju taʼ Nazaré. Darba kienet preġudikata kontra l-​immigranti. Hi tispjega x’għenha: “Jien qattajt il-​ħin magħhom u ħdimt magħhom. Iltqajt maʼ nies li kienu propju l-​oppost taʼ dak li l-​bqija tan-​nies qalu dwarhom. Ladarba tagħmel ħbieb minn kulturi differenti, inti titgħallem ma tittimbrahomx, u tibda tħobbhom u tapprezzahom bħala individwi.”

Oqgħod Attent!

Xi nies jagħżlu stili taʼ ħajja bi drawwiet li jagħmlu ħsara lilhom u lil oħrajn. Għalhekk, għandna noqogħdu attenti lil min nagħżlu bħala ħbieb tagħna. Ma nkunux qed nuru preġudizzju jekk nevitaw li nagħmlu ħbieb maʼ xi ħadd li hu diżonest jew immorali. Waqt li m’għandekx tagħmel ħsara lil nies li jmorru kontra l-​livelli morali tiegħek jew li tmur kontra d-​drittijiet tagħhom, ikun għaqli li ma tagħmilx ħbieb magħhom.—Proverbji 13:20.

Dak li Tistaʼ Tagħmel

Sib opportunitajiet biex titkellem maʼ nies li huma minn pajjiż, grupp etniku, jew lingwa differenti minn tiegħek. Int tistaʼ:

  • Issaqsihom xi ħaġa dwarhom stess.

  • Tistidinhom jieklu miegħek.

  • Tismaʼ sew x’jgħidulek dwar il-​ħajja tagħhom u tara x’inhu importanti għalihom.

Jekk tipprova tifhem kif l-​esperjenzi tagħhom ifformawlhom il-​personalità, int forsi jibda jkollok attitudni pożittiva lejn nies minn dan il-​grupp.

Eżempju li Ġara: Kandasamy u Sookammah (Il-​Kanada)

“Aħna trabbejna fl-​Afrika t’Isfel fi żmien l-​apartheid. Fi kliem ieħor, nies taʼ razez differenti ġew sforzati jgħixu f’komunitajiet separati. Dan għen biex jiżdied il-​preġudizzju fost diversi gruppi razzjali. Aħna ma konniex bojod, u b’mod partikolari ma konniex inħobbu lill-​bojod għaliex uħud minnhom trattawna bħala inferjuri. Dak iż-​żmien, ma konniex naħsbu li konna qed nuru preġudizzju. Pjuttost ħassejna li konna aħna l-​vittmi.

“Biex nibdlu l-​attitudni tagħna, bdejna nagħmlu ħbieb maʼ wħud minn backgrounds differenti. Hekk kif bdejna nassoċjaw mal-​bojod, irrealizzajna li kellna ħafna affarijiet komuni bejnietna. Irrealizzajna li dak li jgħaddu minnu huma, ngħaddu minnu aħna wkoll.

“Ukoll ħadna l-​opportunità li nżommu magħna koppja bajda għal żmien twil. Sirna nafuhom sew. Malajr bdejna nqisuhom l-​istess bħalna u ħbieb tagħna. Minħabba f’hekk, bdejna nqisu lin-​nies bojod b’mod iżjed pożittiv.”

Aħwa taʼ veru

Johny u Gideon jilqgħu t-tfal barra s-Sala tas-Saltna tax-Xhieda ta’ Ġeħova.

Għalkemm Johny u Gideon kienu minn razez differenti u kellhom politika differenti, huma fformaw ħbiberija mill-​qrib.

Ara l-​vidjow Johny u Gideon: Kienu għedewwa, issa aħwa. Fittex it-​titlu tal-​vidjow f’jw.org.

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja