LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • g20 Nru. 3 pp. 8-9
  • Agħraf il-Kwalitajiet Tajbin taʼ Oħrajn

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Agħraf il-Kwalitajiet Tajbin taʼ Oħrajn
  • Stenbaħ!—2020
  • Sottitli
  • Materjal Simili
  • Il-​Problema
  • Prinċipju mill-​Bibbja
  • Dak li Tistaʼ Tagħmel
  • It-Tmiem tal-Preġudizzju
    Stenbaħ!—2004
  • Il-Preġudizzju—Ġejt Infettat?
    Stenbaħ!—2020
  • Jalla nkunu lkoll ħaġa waħda bħalma huma Ġeħova u Ġesù
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova (Studju)—2018
  • L-Għeruq tal-Preġudizzju
    Stenbaħ!—2004
Ara Iżjed
Stenbaħ!—2020
g20 Nru. 3 pp. 8-9
Grupp taʼ stampi: 1. Koppja mgħaġġlin qed jiddejqu li mara nieqsa mid-dawl qed tfixkilhom huma u mexjin. 2. Iktar tard, l-istess koppja jammiraw il-mara li nieqsa mid-dawl u li qiegħda ddoqq vjolinċell f’kunċert.

Agħraf il-Kwalitajiet Tajbin taʼ Oħrajn

Il-​Problema

L-​egoiżmu jistaʼ jwassal għall-​preġudizzju. Xi ħadd egoist ikun minfuħ bih innifsu. Iqis lilu nnifsu superjuri u jiġġudika lin-​nies li huma differenti minnu bħala inferjuri. Kulħadd jistaʼ jaqaʼ f’din in-​nassa. L-​Encyclopædia Britannica tgħid: “Il-​biċċa l-​kbira tan-​nies iħossu li l-​ħajja, l-​ikel, l-​ilbies, id-​drawwiet, it-​twemmin, il-​valuri, u affarijiet oħra tagħhom, huma superjuri għal dawk taʼ gruppi oħra.” Kif nistgħu nevitaw dan il-​mod żbaljat taʼ kif naħsbu?

Prinċipju mill-​Bibbja

‘B’umiltà qisu lill-​oħrajn superjuri għalikom.’—FILIPPIN 2:3.

Xi jfisser? Biex nevitaw kburija żejda, aħna għandna bżonn nitgħallmu nkunu umli. L-​umiltà tgħinna nagħrfu li f’ċerti affarijiet, oħrajn huma aħjar minna. L-​ebda grupp taʼ nies m’għandu l-​kwalitajiet u l-​abbiltajiet tajbin kollha.

Ikkunsidra l-​eżempju taʼ Stefan. Hu trabba f’pajjiż Komunist imma għeleb is-​sentimenti taʼ preġudizzju kontra nies minn pajjiżi li ma kinux Komunisti. Hu jgħid: “Jien nemmen li hu importanti li tqis lil oħrajn superjuri għalik biex tkun tistaʼ tirreżisti l-​preġudizzju. Jien ma nafx kollox. Nistaʼ nitgħallem xi ħaġa mingħand kulħadd.”

Dak li Tistaʼ Tagħmel

Ipprova kun realistiku u ammetti li inti tiżbalja. Agħraf li oħrajn jistgħu jagħmlu xi affarijiet aħjar minnek. Taħsibx li n-​nies kollha minn grupp partikolari għandhom l-​istess affarijiet li jdejquk.

Minflok ma taħseb b’mod negattiv dwar persuna minn grupp partikolari taʼ nies, saqsi lilek innifsek:

Ammetti li oħrajn huma tajbin f’affarijiet li int ma tinqalax fihom

  • ‘Huma l-​kwalitajiet li ma nħobbx f’dik il-​persuna verament ħżiena, jew sempliċiment huma differenti?’

  • ‘Din il-​persuna se ssibli difetti?’

  • ‘Din il-​persuna fiex inhi iktar kapaċi minni?’

Jekk twieġeb dawn il-​mistoqsijiet b’mod onest, inti se tkun tistaʼ mhux biss tegħleb kull preġudizzju li għandek imma wkoll tistaʼ ssib affarijiet x’tammira f’dik il-​persuna.

Eżempju li Ġara: Nelson (L-Istati Uniti)

“Il-​biċċa l-​kbira taż-​żgħożija tiegħi qattajtha f’post fejn in-​nies fil-​maġġorparti kienu taʼ razza u background wieħed. Meta kelli 19-​il sena mort noqgħod f’belt kbira biex naħdem ġo fabbrika. Hawn sibt ruħi naħdem u ngħix maʼ nies taʼ ħafna razez, kulturi, u backgrounds differenti.

“Meta sirt naf lil dawk li jaħdmu miegħi u għamilt ħbieb magħhom, stajt nara li l-​kulur tal-​ġilda, il-​lingwa, u n-​nazzjonalità ma kinux jindikawli kemm kienu nies ħabrieka, taʼ min jafdahom, jew kif kienu jaħsbuha.

“Iktar tard iżżewwiġt mara li kienet minn pajjiż u razza differenti, u ħadt gost nitgħallem dwar tipi differenti taʼ ikel u mużika li kienu ġodda għalija. Il-​ħajja għallmitni li kulħadd għandu t-​tajjeb u l-​ħażin tiegħu. Biex ngħid il-​verità, sirt persuna aħjar minħabba li ammirajt u imitajt il-​kwalitajiet tajbin taʼ nies li għandhom razza u kultura differenti.”

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja