LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • g23 Nru. 1 pp. 3-5
  • L-Ilma li Nixorbu

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • L-Ilma li Nixorbu
  • Stenbaħ!—2023
  • Sottitli
  • Materjal Simili
  • L-Ilma tax-Xorb Hu fil-Periklu
  • Id-Dinja—Iddisinjata b’Mod li Ma Tinqeridx
  • X’Qed Isir Biex Tissolva l-Problema
  • Raġunijiet li Jagħtuna Tama—Dak li Tgħid il-Bibbja
  • Il-Likwidu Prezzjuż tal-Ħajja—l-Ilma
    Stenbaħ!—2003
Stenbaħ!—2023
g23 Nru. 1 pp. 3-5
Mara ttellaʼ ilma nadif minn xmara.

X’SE JIĠRI MID-DINJA?

L-ILMA LI NIXORBU

XEJN ma jistaʼ jibqaʼ ħaj fid-dinja mingħajr l-ilma. Fil-fatt, l-ilma hu essenzjali għal kull ħaġa ħajja. L-ilma li jinġabar fl-għadajjar, fix-xmajjar, u taħt il-blat jintuża biex nixorbu, għall-annimali, u għall-ħxejjex u l-pjanti.

L-Ilma tax-Xorb Hu fil-Periklu

Il-biċċa l-kbira tad-dinja miksija bl-ilma. Però, skont l-Organizzazzjoni Meteoroloġika Dinjija, “minn dan l-ilma persentaġġ żgħir taʼ 0.5 fil-mija biss nistgħu nużawh għax-xorb.” Għalkemm dan l-ammont żgħir taʼ ilma hu biżżejjed biex ngħixu, ħafna minnu qed jitniġġes jew qed isir diffiċli biex ikollna aċċess għalih minħabba d-domanda kbira u l-bidla fil-klima. Esperti qed jgħidu li fi żmien 30 sena, ħames biljun ruħ jaf ma jkollhomx biżżejjed ilma biex jixorbu.

Id-Dinja—Iddisinjata b’Mod li Ma Tinqeridx

Id-dinja ġiet iddisinjata b’mod li dejjem ikun hemm biżżejjed ilma fiha. Barra minn hekk, il-ħamrija, il-pjanti u l-ħut tal-baħar, kif ukoll id-dawl tax-xemx iżommu l-ilma nadif. Ara l-evidenza li turi li d-dinja tagħna hi ddisinjata b’mod li ma tinqeridx.

  • Il-ħamrija tistaʼ tgħin biex tneħħi ħafna affarijiet li jniġġsu l-ilma. F’artijiet fejn hemm ħafna ilma sabu li ċertu pjanti jneħħu n-nitroġenu, il-fosfru, u l-pestiċidi.

  • Ix-xjentisti skoprew kif l-ilma jibqaʼ nadif fin-natura. Meta sustanzi perikolużi jitħalltu mal-ilma li ma jkunx qiegħed, il-batterji jistgħu jippurifikaw l-ilma.

  • Il-gandoffli (clams) u l-mussels tal-ilma ħelu jistgħu jneħħu ċertu kimiki taʼ ħsara li jkun hemm fl-ilma fi ftit ġranet. Dawn kapaċi jagħmlu xogħol aħjar mis-sistema tal-impjant tal-ilma.

  • Il-pjaneta tagħna terfaʼ l-ilma permezz taċ-ċiklu tal-ilma. Dan iċ-ċiklu flimkien maʼ proċessi oħra fin-natura ma jħallux l-ilma joħroġ mill-atmosfera jew jisparixxi.

    KONT TAF?

    Il-Ħamrija—Sistema Naturali Kif Jitnaddaf l-Ilma

    L-ilma li jiġi mill-blat ikun nadif għax il-ħamrija tistaʼ tneħħi biċċiet tal-metall, kimiki perikolużi, skart organiku, u affarijiet oħra li jniġġsu l-ilma. Maż-żmien, l-ilma taʼ taħt il-blat jistaʼ jkun tajjeb biex nixorbuh.

    Stampa li turi kif jissaffa l-ilma. L-ilma tax-xita jgħaddi mill-ħamrija, mill-ġebel, u mill-partiċelli tat-tafal, u mbagħad jinġabar taħt il-blat.

    Ir-Ramel u l-Blat Inaddfu l-Ilma

    Ir-ramel u l-blat huma bħal filters li jżommu xi affarijiet kontaminati fihom.

    Il-Batterji Jnaddfu l-Ilma

    Fil-ħamrija hemm batterji li jistgħu jbiddlu materjal li jagħmel il-ħsara lill-bniedem. Xi batterji jistgħu anki jbiddlu żjut tossiċi f’dijossidu karboniku (carbon dioxide) u ilma.

    Ir-Reazzjoni fil-Kimika Tnaddaf l-Ilma

    Ħamrija li jkollha ftit electric charge negattiv tiġbed kimiki ħżiena li għandhom electric charge pożittiv. Pereżempju, il-partiċelli tat-tafal li jkollhom electric charge negattiv jistgħu jneħħu l-partiċelli tal-ammonju mill-ilma li jagħmlu ħsara u li għandhom electric charge pożittiv.

X’Qed Isir Biex Tissolva l-Problema

Grupp taʼ stampi: 1. Raġel jirranġa karozza li qed tagħmel iż-żejt. Hu juża bowl biex iż-żejt jaqaʼ fih. 2. Raġel jieħu xi laned tal-kimika fil-post fejn suppost jintremew.

Meta xi ħaġa tibda tagħmel iż-żejt, tajjeb li nsewwuha mill-ewwel u narmu kimiki perikolużi kif suppost. B’hekk inkunu qed ngħinu biex ikollna ilma tajjeb għax-xorb.

L-esperti jgħidulna biex noqogħdu attenti ħalli ma naħlux ilma. Biex innaqqsu t-tinġis fl-ilma huma jissuġġerixxu li jekk karozza tkun qed tagħmel iż-żejt insewwuha mill-ewwel, u ma narmux mediċina jew kimiki perikolużi fis-sistema tad-dranaġġ.

L-inġiniera sabu modi ġodda kif ineħħu l-melħ mill-ilma baħar. Il-mira tagħhom hi li jkun hawn iktar ilma tajjeb biex jintuża.

Imma dan mhux biżżejjed. Biex ineħħu l-melħ mill-ilma baħar, jiswa ħafna flus u hemm bżonn ammont kbir taʼ enerġija. Fl-2021, il-Ġnus Magħquda ħarġet rapport dwar kif nistgħu nipproteġu l-ilma tax-xorb u qalet: “Madwar id-dinja sar progress dwar dan imma għad fadal ħafna iktar xi jsir.”

Raġunijiet li Jagħtuna Tama—Dak li Tgħid il-Bibbja

“Alla . . . itellaʼ l-qtar tal-ilma; imbagħad dan isir xita u nida. Wara, dawn jinżlu mis-sħab u jagħtu l-ilma lil kulħadd.”—Ġob 36:​26-28.

Alla ħalaq ċikli naturali biex jipproteġu l-ilma li hawn fid-dinja.—Ekkleżjasti 1:7.

Aħseb ftit: Jekk Alla ħalaq id-dinja u ddisinjaha b’mod li żżomm l-ilma nadif, ma jagħmilx sens li hu jixtieq u kapaċi jsolvi l-problemi li ġab il-bniedem? Ara l-artiklu “Alla Jwiegħed li d-Dinja Mhux Se Tinqered” f’paġna 15.

TGĦALLEM IŻJED

Bżieżaq tal-ilma.

L-ilma fih affarijiet uniċi li jagħmlu l-ħajja possibbli. Ara l-vidjow The Wonders of Creation Reveal God’s Glory—Water fuq jw.org.

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja