LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • g23 Nru. 1 pp. 6-8
  • L-Oċeani

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • L-Oċeani
  • Stenbaħ!—2023
  • Sottitli
  • Materjal Simili
  • Għala Hemm Bżonn Nipproteġu l-Oċeani
  • Id-Dinja—Iddisinjata b’Mod li Ma Tinqeridx
  • X’Qed Isir Biex Tissolva l-Problema
  • Raġunijiet li Jagħtuna Tama—Dak li Tgħid il-Bibbja
  • “L-Għana Kbir taʼ l-Ibħra”
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2004
  • Werrej
    Stenbaħ!—2023
  • Il-Bniedem X’Qed Jagħmel lill-Art?
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1990
  • X’Se Ssib f’Din ir-Rivista
    Stenbaħ!—2023
Ara Iżjed
Stenbaħ!—2023
g23 Nru. 1 pp. 6-8
Bugħaddas jogħdos f’baħar sabiħ mimli ħut u korall.

Georgette Douwma/Stone via Getty Images

X’SE JIĠRI MID-DINJA?

L-OĊEANI

L-OĊEANI ma jagħtuniex biss ikel imma anki ingredjenti li bihom issir il-mediċina. L-oċeani jipproduċu iktar minn nofs l-ossiġnu li għandna bżonn u jassorbu gassijiet perikolużi li fihom il-karbonju. Barra minn hekk, l-oċeani huma importanti biex iżommu t-temp stabbli.

Għala Hemm Bżonn Nipproteġu l-Oċeani

Il-bidla fil-klima tagħmel ħsara lill-korall, lill-frott tal-baħar, u lill-annimali ħajjin li nsibu fil-baħar. Ix-xjentisti qed jgħidu li l-pjanti u l-ħlejjaq kollha li jgħixu fis-sikek—li jammontaw għal kważi kwart tal-pjanti u l-ħlejjaq li hemm fil-baħar—qegħdin f’riskju li jmutu sa 30 sena oħra.

L-esperti jikkalkulaw li 90 fil-mija tal-għasafar li jieħdu l-ikel mill-baħar qed jieklu l-plastik. Ukoll, minħabba l-plastik li hemm fl-oċeani qed imutu miljuni taʼ annimali tal-baħar kull sena.

“Aħna ma ħadniex ħsieb l-oċeani,” qal is-Segretarju Ġenerali tal-Ġnus Magħquda, António Guterres fl-2022, “u llum qed niffaċċjaw dik li jien insejħilha ‘Emerġenza fl-Oċeani.’”

Id-Dinja—Iddisinjata b’Mod li Ma Tinqeridx

L-oċeani u l-ħajja li hemm fil-baħar ġew iddisinjati biex jibqgħu nodfa u f’kundizzjoni tajba, jekk il-bniedem ma jniġġishomx. Il-ktieb Regeneration: Ending the Climate Crisis in One Generation jispjega li meta l-bniedem ma jħammiġx il-baħar, “il-baħar kapaċi jnaddaf lilu nnifsu.” Ara xi ftit eżempji:

  • Organiżmi żgħar ħafna li jissejħu phytoplankton jieklu u jerfgħu d-dijossidu karboniku—l-iktar gass li jikkaġuna bidla fil-klima. Dawn il-phytoplankton weħidhom jerfgħu kważi l-istess ammont taʼ dijossidu karboniku li jerfgħu s-siġar, il-ħaxix, u l-pjanti kollha tal-art.

  • Il-mikrobi jieklu l-ġilda u l-għadam tal-ħut mejjet, u dan jgħin biex il-baħar ma jitħammiġx. Imbagħad ħut ieħor jiekol il-mikrobi. Skont is-Smithsonian Institution Ocean Portal, dan il-proċess “iżomm il-baħar nadif u ċar.”

  • Il-mod kif il-ħut jiddiġerixxi l-ikel jgħin biex inaqqas l-aċtu fil-baħar li jagħmel ħsara lill-korall, lill-frott tal-baħar, u lill-ħlejjaq ħajjin oħra.

    KONT TAF?

    L-Effett tal-Alka fl-Oċean

    Stampa turi mewġ dieħel mal-bajja. L-istampa turi l-qiegħ tal-baħar, l-alka, il-ħut, u annimali oħrajn tal-baħar. Xħin il-mewġ ikun dieħel mal-bajja, l-alka tnaqqas il-kobor u s-saħħa tal-mewġ u tnaddaf l-ilma. Il-ħut u l-annimali tal-baħar isibu l-ikel fl-alka. Il-baħar mal-bajjiet ikun iktar nadif u l-mewġ ikun iżgħar.

    L-alka tikber fil-qiegħ tal-baħar u tgħin biex ir-ramel jibqaʼ f’postu. L-alka żżomm il-korall b’saħħtu u tgħin biex il-mewġ ikun iżgħar, b’hekk il-bajjiet ma jinqerdux u l-kosta tkun protetta.

X’Qed Isir Biex Tissolva l-Problema

Grupp taʼ stampi: 1. Raġel ibattal l-affarijiet li xtara minn basket li jistaʼ jerġaʼ jintuża. 2. Mara timla flixkun tal-ilma li jistaʼ jerġaʼ jintuża mis-sink tal-kċina.

Jekk nużaw basktijiet u fliexken li jistgħu jerġgħu jintużaw, se nnaqqsu l-ammont taʼ plastik li jmur fil-baħar.

Jekk noqogħdu attenti ħalli l-ħmieġ ma jispiċċax fil-baħar, mhux se jkollna għalfejn innaddfuh. Għalhekk, esperti qed jinkuraġġixxu lin-nies biex minflok ma jużaw affarijiet tal-plastik u mbagħad jarmuhom, jużaw basktijiet, kontenituri, u affarijiet oħra li jistgħu jerġgħu jużaw.

Imma dan mhux biżżejjed. Dan l-aħħar, għaqda ambjentali, f’sena waħda biss, ġabret 9,200 tunnellata taʼ skart li telaʼ mill-baħar fuq il-bajjiet taʼ 112-il pajjiż. Però, dan hu ammont żgħir ħafna mill-iskart li jispiċċa fil-baħar kull sena.

In-National Geographic qal li “l-oċeani tant qed isiru aċidużi li hu impossibbli biex imorru lura għal kif kienu.” L-annimali tal-baħar huma ddisinjati biex iżommu l-baħar nadif. Imma n-nies tant qed jaħarqu fuels bħal żejt, gass, u faħam, li dawn l-annimali mhux qed jirnexxilhom jagħmlu dan.

Raġunijiet li Jagħtuna Tama—Dak li Tgħid il-Bibbja

“L-art hi mimlija b’dak li għamilt. Hemm il-baħar li hu kbir u wiesaʼ, mimli b’ħafna ħlejjaq kbar u żgħar.”—Salm 104:​24, 25.

Il-Ħallieq għamel l-oċeani u għamilhom b’tali mod li jżommu lilhom infushom nodfa. Aħseb ftit: Jekk Alla kapaċi joħloq il-baħar u kulma fih, ma jagħmilx sens li hu kapaċi jirranġa l-ħsara li saret fih? Ara l-artiklu “Alla Jwiegħed li d-Dinja Mhux Se Tinqered” f’paġna 15.

TGĦALLEM IKTAR

Baleni fil-baħar.

Blue Planet Archive/Doug Perrine

Minn ħliqa tal-baħar xjentisti tgħallmu kif jistgħu jnaddfu l-koċċli minn mal-vapuri kbar mingħajr ma tintuża kimika velenuża. Aqra l-artiklu “Il-ġilda li tnaddaf lilha nfisha tal-balena s-sewda” fuq jw.org.

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja