LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • g24 Nru. 1 pp. 10-12
  • X’Sar Minnu r-Rispett fil-Familja?

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • X’Sar Minnu r-Rispett fil-Familja?
  • Stenbaħ!—2024
  • Sottitli
  • Materjal Simili
  • GĦALA HU IMPORTANTI LI NIRRISPETTAW LILL-MEMBRI TAL-FAMILJA
  • KIF TISTAʼ TURI RISPETT LILL-MEMBRI TAL-FAMILJA?
  • IX-XHIEDA TAʼ ĠEĦOVA X’QED JAGĦMLU?
  • Iktar għajnuna għall-familja
    Stenbaħ!—2018
  • Sib l-Għerf għall-Ħajja taʼ Kuljum Fuq JW.ORG
    Fuljett għal-Laqgħa—Il-Ħajja u l-Ministeru Kristjan Tagħna—2022
  • Idea Biex Tistudja
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova (Studju)—2023
  • Uża l-​Websajt jw.org fil-​ministeru tiegħek—“Sir Ħabib taʼ Ġeħova.”
    Il-Ministeru tas-Saltna—2015
Ara Iżjed
Stenbaħ!—2024
g24 Nru. 1 pp. 10-12
Raġel miżżewweġ bil-mowbajl f’idu mhux jagħti kas x’inhi tgħidlu l-mara. It-tifel qed jinnotahom.

X’Sar Minnu r-Rispett fil-Familja?

GĦALA HU IMPORTANTI LI NIRRISPETTAW LILL-MEMBRI TAL-FAMILJA

Meta r-raġel, il-mara, u t-tfal jirrispettaw lil xulxin se jkun hemm il-paċi fil-familja.

  • Il-ktieb The Seven Principles for Making Marriage Work jgħid li meta koppja miżżewġa jirrispettaw lil xulxin, huma se juru mħabba lejn xulxin “mhux biss f’affarijiet kbar imma anki f’affarijiet żgħar fil-ħajja taʼ kuljum.”

  • Skont riċerka, tfal li jitgħallmu jirrispettaw lil oħrajn iħossuhom aħjar dwarhom infushom, ikollhom relazzjoni aħjar mal-ġenituri tagħhom, u jkollhom inqas problemi emozzjonali u mentali.

KIF TISTAʼ TURI RISPETT LILL-MEMBRI TAL-FAMILJA?

Agħmel pjan. L-ewwel, ikun tajjeb li kull membru tal-familja jifhem x’jiġifieri li turi rispett. It-tieni, ikteb x’għandu jagħmel u x’m’għandux jagħmel kull persuna fil-familja. It-tielet, iddiskutu l-pjan bħala familja ħalli b’hekk kulħadd ikun jaf xi jrid jagħmel biex juri r-rispett.

“Il-pjanijiet taʼ min jaħdem iebes żgur li jwasslu għal suċċess.”—Proverbji 21:5.

Kun t’eżempju. Aħseb dwar kif taġixxi int. Staqsi lilek innifsek: Nikkritika lill-membri tal-familja minħabba l-iżbalji tagħhom? Inwaqqaʼ għaċ-ċajt l-opinjoni tagħhom? Jew meta jkellmuni ninjorahom jew inwaqqafhom?

Suġġeriment: Uri r-rispett u mhux tistenna li l-membri tal-familja jirrispettaw lilek l-ewwel.

“Kunu minn taʼ quddiem biex tirrispettaw lill-oħrajn.”—Rumani 12:10.

Irrispetta lill-persuna anki jekk ma taqbilx magħha. Meta tesprimi ruħek evita kliem bħal “inti dejjem” jew “inti qatt.” Kummenti bħal dawn iweġġgħu lil tal-familja u jiggravaw is-sitwazzjoni.

“Meta wieħed iwieġeb bil-ħlewwa, itaffi r-rabja, imma meta jwieġeb b’mod li jweġġaʼ, iżidha.”—Proverbji 15:​1, nota taʼ taħt.

Żagħżugħa qed tara vidjow fuq jw.org.

IX-XHIEDA TAʼ ĠEĦOVA X’QED JAGĦMLU?

Ix-Xhieda taʼ Ġeħova jinkuraġġixxu lill-familji biex jirrispettaw lil xulxin. Spiss l-artikli, il-kotba, il-browxers, u l-vidjows tagħna jitkellmu dwar dan is-suġġett. Dawn kollha huma bla ħlas.

GĦALL-KOPPJI MIŻŻEWĠIN: Is-serje taʼ artikli Għajnuna għall-Familja tistaʼ tgħin lill-irġiel u lin-nisa miżżewġin biex . . .

  • jisimgħu sew lil xulxin

  • jitkellmu meta jkun hemm nuqqas taʼ qbil bejniethom

  • jieqfu jargumentaw

(Fittex “Għajnuna għall-Familja” fuq jw.org)

GĦALL-ĠENITURI: Is-serje taʼ artikli Għajnuna għall-Familja tistaʼ tgħin lill-ġenituri jittrennjaw lit-tfal biex . . .

  • ikunu ubbidjenti

  • jgħinu fix-xogħol tad-dar

  • jgħidu “jekk jogħġbok” u “grazzi”

(Fittex “Trobbija tat-tfal” u “Trobbija taż-żgħażagħ” fuq jw.org)

Ara wkoll l-appendiċi, “Il-Ġenituri Jistaqsu,” fil-ktieb Iż-Żgħażagħ Jistaqsu Tweġibiet Prattiċi—għall-Mistoqsijiet Tagħhom, l-1 Volum. (Fittex “Il-Ġenituri Jistaqsu” fuq jw.org)

GĦAŻ-ŻGĦAŻAGĦ: Is-sezzjoni Teenagers u Żgħażagħ fuq jw.org fiha artikli, vidjows, u worksheets li jistgħu jgħinu liż-żgħażagħ biex . . .

  • jingwalawha mal-ġenituri u ħuthom

  • jitkellmu b’rispett mal-ġenituri dwar ir-regoli li jagħmlulhom

  • il-ġenituri jafdawhom

(Fittex “Teenagers u Żgħażagħ” fuq jw.org)

Il-website jw.org hija bla ħlas biex tużaha. Ma tridx tħallas, m’għandekx għalfejn tagħmel subscription jew membership, u mhux se jkollok tagħti informazzjoni personali.

Joseph Ehrenbogen.

TGĦALLEM IKTAR

Meta Joseph Ehrenbogen iżżewweġ, kellu l-vizzju tad-droga u kien vjolenti. Biex tkun taf kif l-istudju tal-Bibbja max-Xhieda taʼ Ġeħova biddillu ħajtu, fittex l-artiklu “Tgħallimt nirrispetta lin-nisa u lili nnifsi” fuq jw.org.

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja