Uża l-Websajt jw.org fil-ministeru tiegħek—“Sir Ħabib taʼ Ġeħova.”
Il-Websajt jw.org/mt tinkludi żewġ vidjows għat-tfal bl-isem “Sir Ħabib taʼ Ġeħova.” Fil-Websajt bl-Ingliż issib ukoll vidjows oħra, għanjiet, u attivitajiet. Ipprovajt tuża dawn l-affarijiet fil-ministeru? Jekk qed tistudja l-Bibbja maʼ ġenitur li għandu tfal żgħar, għax ma turihomlux? Għandu mnejn li dan iqanqlu jara iktar affarijiet fil-Websajt tagħna.
Waqt li ħu kien qed iqassam l-Aħbar tas-Saltna Nru. 38, iltaqaʼ maʼ mara li wara li offrielha l-fuljett, bdiet taqrah mill-ewwel. Hi kellha tfal żgħar li kienu kurjużi dwar il-fuljett. Il-ħu ddiskuta fil-qosor x’kien fih u ġibdilha l-attenzjoni lejn l-indirizz tal-Websajt li jinsab fuq in-naħa taʼ wara. Peress li l-mara wriet interess, hu ħataf l-opportunità biex isemmaʼ lilha u lil uliedha wieħed mill-vidjows taʼ Caleb, permezz tal-mowbajl tiegħu.
Oħt qalet lil kollega tax-xogħol li għandha tfal żgħar dwar il-Websajt tagħna u l-informazzjoni li fiha għall-familji. Il-mara daħlet f’jw.org mat-tfal tagħha. Imbagħad, qalet lill-oħt li t-tfal tagħha, huma u jduru ’l hemm u ’l hawn fid-dar, joqogħdu jkantaw “Xandar l-Aħbar,” waħda mill-għanjiet li hemm bl-Ingliż fis-serje taʼ “Sir Ħabib taʼ Ġeħova.”
Ikun tajjeb li ssir familjari maʼ din is-sezzjoni tal-jw.org, u li tiddawnlowdja xi vidjow, għanja, jew attività fuq l-apparat elettroniku tiegħek. Imbagħad tkun preparat biex tuża din is-sezzjoni tal-jw.org fil-ministeru. X’għodda mill-aħjar għandna biex nitjassru għal Mulej!—Atti 20:19.