Il-Websajt Uffiċjali Tagħna—Disinjata għall-Ġid Tagħna u t’Oħrajn
Ġesù kkmandana biex nippritkaw l-aħbar tajba tas-Saltna “fl-art abitata kollha bħala xiehda lill-ġnus kollha.” (Mt. 24:14) Sabiex niġu megħjunin ‘inwettqu bis-sħiħ il-ministeru tagħna,’ is-siti watchtower.org, jw-media.org, u jw.org ġew magħqudin flimkien fil-websajt jw.org, li għandha dehra ġdida.—2 Tim. 4:5.
“L-Art Abitata Kollha”: Madwar terz tal-popolazzjoni tad-dinja juża l-Internet. Sar is-sors ewlieni taʼ informazzjoni għal ħafna wħud, speċjalment għaż-żgħażagħ. Is-sit tagħna jagħti lil dawk li jużaw l-Internet tweġibiet veri għal mistoqsijiet dwar il-Bibbja. Jintroduċihom mal-organizzazzjoni taʼ Ġeħova u jagħmilhielhom faċli biex jitolbu għal studju tal-Bibbja fid-dar bla ħlas. Dan jgħin biex l-aħbar tajba tilħaq postijiet fid-dinja fejn in-nies għandhom inqas opportunitajiet biex jisimgħu l-messaġġ tas-Saltna.
“Lill-Ġnus Kollha”: Sabiex nagħtu xhieda “lill-ġnus kollha,” irridu nippreżentaw il-verità tal-Bibbja b’lingwi differenti. Dawk li jidħlu fis-sit jw.org jistgħu faċilment isibu informazzjoni b’madwar 400 lingwa, iktar minn kwalunkwe Websajt oħra.
Agħmel Użu Tajjeb Minnha: Il-Websajt jw.org b’dehra ġdida mhijiex biss biex nagħtu xhieda lil dawk li ma jemmnux. Ġiet disinjata wkoll biex jużawha x-Xhieda taʼ Ġeħova. Jekk għandek aċċess għall-Internet, ninkuraġġuk issir midħla tal-Websajt jw.org. Dawn li ġejjin huma xi suġġerimenti dwar kif nużawha.
[Dijagramma f’paġna 3]
(Għall-formazzjoni sħiħa tat-test, ara pubblikazzjoni)
Ipprovaha
1 Daħħal www.jw.org/mt fejn tikteb l-indirizz tas-sit elettroniku fil-kompjuter tiegħek.
2 Fittex fis-sit billi tikklikkja fuq it-titli tas-sezzjonijiet, l-għażliet fil-menù, u l-ħoloq (links).
3 Ipprova uża jw.org fuq kwalunkwe apparat elettroniku li fuqu għandek l-Internet. Il-paġna tadatta waħedha biex toqgħod fuq skrin iżgħar, imma l-informazzjoni tkun l-istess.