Uża l-Websajt tagħna fil-ministeru—“Mistoqsijiet dwar il-Bibbja mweġbin”
Is-sezzjoni “Tagħlim tal-Bibbja” tal-jw.org/mt għandha parti li tissejjaħ “Mistoqsijiet dwar il-Bibbja mweġbin.” Jekk inkunu familjari maʼ dawn il-mistoqsijiet komuni, inkunu nistgħu niggwidaw l-inkwilini għall-Websajt tagħna biex isibu tweġibiet Skritturali għal dak li saqsew. Dawn il-mistoqsijiet jistgħu jintużaw ukoll biex tinbeda konversazzjoni fil-ministeru. Nistgħu nagħżlu mistoqsija li se tinteressa lin-nies fit-territorju tagħna, insaqsu lill-inkwilin għall-opinjoni tiegħu, u ngħidulu x’tgħid il-Bibbja, billi nużaw l-irraġunar tal-Websajt jw.org/mt. Imbagħad, nistgħu nispjegaw jew nuruh fejn sibna l-informazzjoni tagħna. Għażla oħra hi billi nħalluh jaqra direttament mill-Websajt. Mara taʼ indokratur li jivvjaġġa kellha suċċess billi tgħid: “Ħafna nies isaqsu, huwa Alla li jaħti għat-tbatija tagħna? Tixtieq tkun taf it-tweġiba f’51 sekonda?” Imbagħad issemmgħalhom it-tweġiba permezz tal-awdjo bl-Ingliż li ddawnlowdjat fuq il-mowbajl tagħha. Hi tikkonkludi billi tintroduċi l-ktieb Il-Bibbja X’Tgħallem? kapitlu 11.