Il-Websajt Uffiċjali Tagħna—Użaha fil-Ministeru Tiegħek
Ħeġġeġ lin-Nies Biex Jużaw il-Websajt: Xi wħud li jżommu lura milli jkellmuna jew milli jaċċettaw il-letteratura jkunu lesti jitgħallmu dwar ix-Xhieda taʼ Ġeħova billi jidħlu fis-sit jw.org fil-privatezza taʼ darhom. Allura għid lil oħrajn dwar il-Websajt f’kull opportunità adattata.
Wieġeb il-Mistoqsijiet: Kultant inkwilin, persuna interessata, jew xi ħadd li nafu jistaqsi mistoqsija dwar ix-Xhieda taʼ Ġeħova jew it-twemmin tagħna. Urih ir-risposta mill-ewwel billi tuża kompjuter jew apparat ieħor li jaqbad mal-Internet. Spiss ikun aħjar jekk taqra l-iskritturi msemmijin direttament mill-Bibbja. Jekk ma jkollokx aċċess għall-Internet, spjega kif l-individwu jistaʼ juża s-sit jw.org biex isib it-tweġibiet hu nnifsu.—Ikklikkja fuq “Tagħlim tal-Bibbja/Mistoqsijiet Dwar il-Bibbja Mweġbin” jew “Dwarna/Mistoqsijiet Komuni.”
Ibgħat Artiklu jew Pubblikazzjoni lil Xi Ħadd li Taf: Ibgħat PDF iddawnlowdjat jew EPUB bl-e-mail. Jew niżżel verżjoni taʼ pubblikazzjoni bl-awdjo fuq CD. Kull darba li tagħti lil xi ħadd mhux mgħammed ktieb, browxer, jew rivista elettronika sħiħa, tistaʼ tniżżilha fir-rapport tas-servizz. M’għandux jintbagħat materjal b’mod anonimu jew ħafna f’daqqa. Lanqas m’għandek tapplowdjah fuq xi Websajt oħra.—Ikklikkja fuq “Pubblikazzjonijiet.”
Uri l-Aħbarijiet l-Aktar Reċenti Dwar ix-Xhieda taʼ Ġeħova: Dan se jgħin lill-istudenti tal-Bibbja u lil oħrajn li qed iżżur biex jiżviluppaw apprezzament għall-kobor tax-xogħol tagħna madwar id-dinja u għall-unità Kristjana tagħna. (Salm 133:1)—Ikklikkja fuq “News.”
[Dijagramma f’paġna 5]
Għall-formazzjni shiħa tat-test, ara pubblikazzjoni
Ipprovaha
1 Ikklikkja fuq “Pubblikazzjonijiet,” sib dak li tixtieq tniżżel, u kklikkja l-buttuna għall-format bil-kitba jew bl-awdjo li tixtieq.
2 Ikklikkja l-buttuna MP3 biex tara lista t’artikli individwali. Ikklikkja fuq it-titlu tal-artiklu biex tniżżlu jew ▸ biex tisimgħu onlajn.
3 Agħżel lingwa oħra minn din il-lista jekk trid tniżżel pubblikazzjoni b’dik il-lingwa.