Il-Websajt Uffiċjali Tagħna—Użaha Biex Tgħin lil Xi Ħadd li Jitkellem b’Lingwa Differenti
Urih il-Websajt Tagħna: Urih kif jistaʼ juża l-lista “Il-Lingwa tal-Websajt” biex jaraha bil-lingwa tiegħu. (F’xi lingwi, mhux il-Websajt kollha hi disponibbli.)
Urih Paġna tal-Websajt bil-Lingwa Tiegħu: Uri paġna minn waħda mill-pubblikazzjonijiet tagħna, bħal mill-ktieb Il-Bibbja X’Tgħallem? jew il-fuljett Taf il-Verità. Agħżel il-lingwa tal-inkwilin mil-lista “Aqra b’Din il-Lingwa.”
Semmagħlu Artiklu: Sib artiklu bil-lingwa tal-individwu li hu bl-awdjo, u semmagħhulu. Jekk qed titgħallem lingwa oħra, tejjeb l-abbiltà tiegħek billi tismaʼ silta bl-awdjo b’dik il-lingwa int u taqraha.—Ikklikkja fuq “Pubblikazzjonijiet/Kotba u Browxers” jew “Pubblikazzjonijiet/Rivisti.”
Agħti Xhieda lil Dawk Neqsin mis-Smigħ: Jekk tiltaqaʼ maʼ xi ħadd nieqes mis-smigħ, urih vidjow bil-lingwa tas-sinjali taʼ kapitlu mill-Bibbja, taʼ ktieb, browxer, jew fuljett.—Ikklikkja fuq “Pubblikazzjonijiet/Lingwa tas-Sinjali.”
[Dijagramma f’paġna 6]
Għall-formazzjoni sħiħa tat-test, ara pubblikazzjoni)
Ipprovaha
1 Ikklikkja fuq ▸ biex tismaʼ l-awdjo li tixtieq (jekk hu disponibbli bil-lingwa tiegħek) jew waħda mill-buttuni taħt “Għażliet tad-Dawnlowds” biex tniżżel il-pubblikazzjoni.
2 Agħżel lingwa oħra mil-lista “Aqra b’Din il-Lingwa” biex turi l-paġna b’dik il-lingwa.
3 Ikklikkja “Li Jmiss” jew ħolqa fil-“Werrej” biex taqra artiklu jew kapitlu ieħor.