LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • km 11/09 pp. 3-5
  • Niżviluppaw it-Territorju tal-Lingwa Barranija

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Niżviluppaw it-Territorju tal-Lingwa Barranija
  • Il-Ministeru tas-Saltna—2009
  • Materjal Simili
  • Meta Inkwilin Jitkellem Lingwa Oħra
    Il-Ministeru tas-Saltna—2008
  • Intejbu l-abbiltajiet tagħna fil-ministeru—Nagħtu xhieda lil xi ħadd li jitkellem lingwa oħra
    Il-Ministeru tas-Saltna—2015
  • Metodi taʼ kif tiġi pritkata l-aħbar tajba
    Organizzati biex Nagħmlu r-Rieda ta’ Ġeħova
  • Qiegħed Int Titkellem il-“Lingwa Pura” b’Mod Fluwenti?
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2008
Ara Iżjed
Il-Ministeru tas-Saltna—2009
km 11/09 pp. 3-5

Niżviluppaw it-​Territorju tal-​Lingwa Barranija

1. Liema opportunità qed ikun hemm aħna u nieħdu sehem fix-​xogħol tal-​ippritkar fit-​territorji assenjati lilna?

1 Ġesù Kristu bassar li l-​aħbar tajba kellha tiġi pritkata fl-​art kollha “bħala xiehda lill-​ġnus kollha.” Kull min jieħu sehem fix-​xogħol tal-​ippritkar u t-​tagħlim jagħraf l-​importanza taʼ dan il-​kliem. (Mt. 24:14; 28:19, 20) Aħna u nippritkaw u nagħmlu dixxipli, forsi nsibu nies taʼ diversi nazzjonalitajiet li jitkellmu b’lingwa differenti minn tagħna. Dawn ukoll jistħoqqilhom li jkollhom opportunità li jisimgħu l-​messaġġ tas-​Saltna u jieħdu l-​verità bis-​serjetà qabel ma jasal il-​jum taʼ Ġeħova li jqanqal il-​biżaʼ. (Mal. 3:18) Kif nistgħu niżviluppaw it-​territorju tal-​lingwa barranija fit-​territorju assenjat lilna?

2. B’liema mod nimitaw lil Ġeħova meta nkellmu lil dawk li jitkellmu b’lingwa barranija?

2 Irrifletti l-​Ħarsa taʼ Ġeħova Lejn Dawk li Jitkellmu b’Lingwa Barranija: Aħna rridu nirriflettu l-​imħabba imparzjali taʼ Ġeħova maʼ kulħadd fit-​territorju tagħna. Biex nagħmlu dan, irid ikollna xewqa kbira li ngħinu lin-​nies jiksbu għarfien eżatt dwar l-​Alla l-​veru, Ġeħova, jitkellmu b’liema lingwa jitkellmu. (Salm 83:18; Atti 10:34, 35) Għalkemm niffokaw primarjament fuq dawk li jitkellmu bil-​lingwa tal-​kongregazzjoni tagħna, irridu nagħtu kas u noqogħdu attenti għall-​bżonnijiet taʼ dawk li jitkellmu b’lingwa barranija u nfittxu modi kif naqsmu l-​messaġġ tas-​Saltna t’Alla magħhom. Jekk tinjora lil dawk li jitkellmu b’lingwa barranija ma tkunx qed taġixxi fi qbil mal-​iskop taʼ Ġeħova li tingħata xhieda lin-​nies tal-​ġnus kollha. Mela kif nistgħu ngħinu lil dawk li ma jitkellmux bil-​lingwa tagħna?

3. Liema għodda utli ġiet provduta għalina, u kif nistgħu nħejju lilna nfusna biex nużawha?

3 Uża l-​Ktejjeb Good News for People of All Nations: Dan il-​ktejjeb ġie mħejji biex jintuża meta niltaqgħu maʼ wħud li jitkellmu b’lingwa differenti minn tagħna. Ġorr dan il-​ktejjeb dejjem miegħek, sir af x’aspetti differenti fih, u kun lest biex tużah. Ħalli marka fejn jinstabu l-​lingwi differenti li tiltaqaʼ magħhom fit-​territorju tiegħek. B’hekk, tkun tistaʼ ssibhom malajr. Jekk hemm letteratura disponibbli b’dawn il-​lingwi, jistaʼ jkun prattiku li tikseb ftit letteratura ħalli tqassamha wara li tuża l-​messaġġ li hemm fil-​ktejjeb.

4. Kif jistaʼ jintuża l-​ktejjeb Good News for People of All Nations fit-​territorju tagħna?

4 Jekk fil-​ministeru tiltaqaʼ maʼ xi ħadd li jitkellem b’lingwa barranija u ma tkunx taf eżatt liema hi, ibda billi turih il-​qoxra tal-​ktejjeb. Sib il-​mappa tad-​dinja fuq ġewwa tal-​qoxra, ipponta lejk innifsek u lejn il-​pajjiż fejn tgħix, u uri li tixtieq tkun taf minfejn hu l-​inkwilin u b’liema lingwa jitkellem. Wara li ssir taf b’liema lingwa jitkellem, sib il-​paġna li trid fil-​werrej u iftaħha. Imbagħad iġbed l-​attenzjoni tal-​inkwilin lejn is-​sentenza b’ittri skuri fil-​parti taʼ fuq tal-​paġna u urih li tixtiequ jaqra l-​messaġġ. Meta jkun lest, offrilu fuljett bil-​lingwa tiegħu, jew urih is-​sentenza mmarkata bil-​griż li ssemmi li int tistaʼ tmur lura b’xi pubblikazzjoni bil-​lingwa tal-​inkwilin stess. Imbagħad urih il-​kelma b’ittri skuri “x’jisimni,” u għid x’jismek b’mod ċar. Urih il-​kelma b’ittri skuri “x’jismek,” u stenna t-​tweġiba tal-​inkwilin. Irranġaw il-​jum u l-​ħin eżatti għal meta se ssir iż-​żjara lura.

5. Wara li dawk taʼ lingwa barranija jkunu wrew interess, xi jmissna nagħmlu biex tingħatalhom attenzjoni xierqa?

5 Arranġamenti Biex Xi Ħadd Imur Lura: Għandu jsir kull sforz possibbli biex issir żjara lil dawk li juru interess fil-​messaġġ tas-​Saltna, jitkellmu b’liema lingwa jitkellmu. Ladarba nkunu ċerti li jkollhom interess f’Alla u fil-​Kelma tiegħu, il-​Bibbja, għandna nimlew il-​formola Please Follow Up (S-43). Imbagħad, minnufih għandna nagħtuha lis-​segretarju tal-​kongregazzjoni ħalli tingħata lill-​kongregazzjoni adattata biex lill-​individwu interessat issirlu żjara minn xi ħadd li jitkellem bil-​lingwa tiegħu. Is-​segretarju, jew ħu responsabbli ieħor, fil-​kongregazzjoni li tirċievi l-​formola se jagħmel arranġamenti biex l-​individwu jiġi kuntattjat malajr. Is-​segretarju jistaʼ jagħti kopja tal-​formola lill-​indokratur tas-​servizz ħalli jżommu informat dwar l-​interess li qed jintwera minn individwi taʼ lingwa partikulari. Din il-​formola għandha tintuża biss meta l-​individwu jkun tassew interessat.

6. Liema responsabbiltà jkollna jekk niltaqgħu m’individwu interessat li jitkellem b’lingwa barranija?

6 Jistaʼ jgħaddi ftit taż-​żmien minn meta timtela l-​formola S-​43 sakemm l-​individwu interessat issirlu żjara minn pubblikatur mibgħut li jkun jitkellem bil-​lingwa tiegħu. Għalhekk, biex l-​interess li jintwera jiġi żviluppat, il-​pubblikatur li jkun ta l-​formola S-​43 jistaʼ jkompli jkabbar l-​interess li jkun intwera sakemm l-​individwu jiġi kuntattjat minn xi ħadd li jitkellem bil-​lingwa tiegħu. Kultant jistaʼ jsir studju tal-​Bibbja mal-​individwu interessat. Madankollu, matul dan il-​perijodu, kif jistaʼ pubblikatur jikseb letteratura bil-​lingwa tal-​individwu li jkun qed juri interess?

7. Liema provvediment jeżisti biex inkunu nistgħu niksbu letteratura bil-​lingwa taʼ dawk li niltaqgħu magħhom?

7 Letteratura Għal Lingwi Barranin: Il-​kongregazzjonijiet m’għandhomx ikollhom ħażna kbira taʼ letteratura b’lingwi barranin. Madankollu, jekk l-​indokratur tas-​servizz jara li hemm interess li qed jikber minn nies taʼ lingwa partikulari, għandu mnejn iħoss li jkun xieraq li jkun hemm ħażna moderata taʼ letteratura b’din il-​lingwa ħalli l-​pubblikaturi jkunu jistgħu jużawha. Tistaʼ tiġi ordnata l-​letteratura li l-​kongregazzjoni jistaʼ ma jkollhiex. Jistaʼ jgħaddi daqsxejn żmien biex tasal il-​letteratura li tiġi ordnata b’ċerta lingwa. Għalhekk, hemm provvediment biex il-​letteratura titniżżel mill-​individwu permezz tal-​indirizz elettroniku www.watchtower.org. Hemm diversi pubblikazzjonijiet li jidhru b’mijiet taʼ lingwi biex il-​pubblikatur jew l-​individwu interessat ikun jistaʼ jiksibhom malajr. Żgur li dan il-​provvediment se jkun utli meta nkabbru l-​interess li juru dawk li jitkellmu b’lingwa barranija.

8. Liema rwol għandha l-​kongregazzjoni biex tkabbar l-​interess taʼ dawk li jitkellmu b’lingwa barranija?

8 L-​Irwol tal-​Kongregazzjoni: F’ċerti każi meta jkun hemm komunità mhux ħażin li qed tikber taʼ nies li jitkellmu b’lingwa barranija, forsi ma jkunx hemm kongregazzjoni fil-​qrib li tikkonduċi l-​laqgħat b’din il-​lingwa. Għalhekk, uħud interessati li jitkellmu l-​lingwa barranija għandhom jiġu mistidnin biex jattendu l-​laqgħat tagħkom. Meta jiġu milqugħin bi mħabba u jintwera interess persunali lejhom jistgħu jħossuhom imqanqlin biex jissieħbu mal-​kongregazzjoni regolarment. Għall-​ewwel jistaʼ jkun hemm ostaklu minħabba l-​lingwa u l-​kultura; però, m’hemm ebda ostaklu għall-​imħabba Kristjana vera fil-​fratellanza globali tax-​Xhieda taʼ Ġeħova. M’għandniex xi ngħidu, jekk l-​individwu jitkellem xi ftit bl-​Ingliż għandu jiġi mistieden biex jattendi l-​kongregazzjoni tal-​lingwa Ingliża. (Sof. 3:9; Ġw. 13:35) Fluwenti int f’xi lingwa barranija? Jekk iva, u int lest li żżur lil nies li jitkellmu b’din il-​lingwa, jekk jogħġbok informa lis-​segretarju tal-​kongregazzjoni tiegħek ħalli din l-​informazzjoni tingħata lill-​uffiċċju lokali. Dan se jkun t’għajnuna meta l-​uffiċċju lokali jkun qed ifittex xi pubblikatur biex ikabbar l-​interess.

9. Meta jistaʼ jkun utli li jsiru lezzjonijiet b’ċerta lingwa għall-​pubblikaturi, u dawn kif jiġu organizzati?

9 Tagħlim taʼ Lingwa: Meta tkun qed tgħin lil dawk li jitkellmu lingwa barranija, ikun l-​aħjar li tinkuraġġihom biex jibdew jattendu f’kongregazzjoni bil-​lingwa tagħhom jekk dan ikun possibbli u raġunevoli fiċ-​ċirkustanzi tagħhom. Jistgħu jattendu l-​kongregazzjoni tal-​Ingliż jekk jafu xi ftit b’din il-​lingwa. Madankollu, meta dan ma jkunx possibbli, xi pubblikaturi għandhom mnejn jiddeċiedu li jitgħallmu l-​lingwa barranija, u b’hekk lill-​uħud interessati jkunu jistgħu jgħinuhom aħjar. Jekk m’hemm ebda kongregazzjoni fil-​qrib, l-​uffiċċju lokali għandu mnejn jiddeċiedi li minħabba l-​komunità kbira mhux ħażin t’immigranti jew nies barranin, lezzjonijiet b’ċerta lingwa jistgħu jkunu utli. Jekk dan ikun il-​każ, l-​uffiċċju lokali jistaʼ jinforma lill-​kongregazzjonijiet fil-​qrib dwar dan il-​bżonn u jirranġa biex isir avviż dwar lezzjonijiet tal-​lingwa. Dawk li japplikaw biex jattendu dawn il-​lezzjonijiet għandhom ikollhom il-​mira li jibdlu l-​grupp jew il-​kongregazzjoni ħalli jgħinu biex iktar nies li jitkellmu b’din il-​lingwa jiġu fil-​verità.

10. Meta għandu mnejn jiġi fformat grupp taʼ lingwa barranija, u dan kif jiġi deċiż?

10 Jiġi Fformat Grupp: Iridu jintlaħqu erbaʼ bżonnijiet bażiċi biex jiġi fformat grupp taʼ lingwa partikulari. (1) Irid ikun hemm biżżejjed interess u potenzjal li l-​qasam tal-​lingwa partikulari se jikber. (2) Fost il-​grupp irid ikun hemm uħud li jafu l-​lingwa jew li qed jitgħallmuha. (3) Anzjan jew qaddej ministerjali kwalifikat irid ikun disponibbli biex imexxi u jikkonduċi mill-​inqas laqgħa waħda fil-​ġimgħa bil-​lingwa tal-​grupp. (4) Ġemgħa t’anzjani għandha tkun lesta li tappoġġa l-​grupp. Meta dawn il-​bżonnijiet jintlaħqu b’mod raġunevoli, imbagħad il-​ġemgħa tal-​anzjani tikteb lill-​uffiċċju lokali dwar id-​dettalji tal-​grupp u titlob approvazzjoni formali bħala kongregazzjoni li tappoġġa grupp taʼ lingwa barranija. (Ara l-​ktieb Organizzati, pġi. 106-107.) L-​anzjan jew il-​qaddej ministerjali li jmexxi jiġi meqjus bħala l-​“indokratur tal-​grupp” jew “il-​qaddej tal-​grupp” li hu responsabbli biex jieħu ħsieb il-​grupp.

11. Għala hu privileġġ tassew kbir li nkabbru l-​qasam tal-​lingwa barranija fit-​territorju inkarigat lilna?

11 Ix-​xogħol tat-​tkabbir tal-​qasam tal-​lingwa barranija fit-​territorju inkarigat lilna hu parti vitali mill-​kampanja globali taʼ ppritkar li beda Ġesù Kristu, l-​Eżempju tagħna. Jalla nkomplu nagħtu sehemna biż-​żelu u naraw kif Ġeħova jkompli jriegħed il-​ġnus u jiġbor lil dawk li jixtieq. (Ħag. 2:7) Kemm iġġibilna sodisfazzjon il-​kooperazzjoni bis-​sħiħ tagħna f’din il-​biċċa xogħol! Jalla Ġeħova jbierek l-​isforzi magħqudin tagħna biex inkabbru l-​qasam tal-​lingwa barranija fit-​territorji tagħna hekk kif dejjem niftakru li minkejja l-​ostakli li għandha l-​lingwa umana, Alla jibqaʼ jkabbar!—1 Kor. 3:6-9.

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja