LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • km 6/08 p. 8
  • Meta Inkwilin Jitkellem Lingwa Oħra

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Meta Inkwilin Jitkellem Lingwa Oħra
  • Il-Ministeru tas-Saltna—2008
  • Materjal Simili
  • Niżviluppaw it-Territorju tal-Lingwa Barranija
    Il-Ministeru tas-Saltna—2009
  • Metodi taʼ kif tiġi pritkata l-aħbar tajba
    Organizzati biex Nagħmlu r-Rieda ta’ Ġeħova
  • Nikkooperaw biex nippritkaw f’territorju li fih ħafna lingwi
    Fuljett għal-Laqgħa—Il-Ħajja u l-Ministeru Kristjan Tagħna—2018
  • Intejbu l-abbiltajiet tagħna fil-ministeru—Nagħtu xhieda lil xi ħadd li jitkellem lingwa oħra
    Il-Ministeru tas-Saltna—2015
Ara Iżjed
Il-Ministeru tas-Saltna—2008
km 6/08 p. 8

Meta Inkwilin Jitkellem Lingwa Oħra

1. Għala hemm dejjem bżonn għal iktar kooperazzjoni meta jkun qed jinħadem it-​territorju?

1 Iktar u iktar spiss, pubblikaturi tas-​Saltna madwar id-​dinja qed isibu nies interessati li jitkellmu lingwa differenti minn dik tal-​kongregazzjoni. Sabiex jgħinu lil dawn l-​uħud spiritwalment, ħafna uffiċċji tal-​fergħa qed jaraw il-​bżonn li jifformaw gruppi u kongregazzjonijiet taʼ lingwi oħrajn. Ladarba għadd taʼ lingwi jistgħu jkunu mitkellma f’post wieħed, diversi kongregazzjonijiet taʼ lingwi differenti għandhom mnejn jippridkaw fl-​istess territorju. Il-​kongregazzjonijiet kif jistgħu jikkooperaw sabiex ikunu ċerti li x-​xogħol taʼ l-​ippridkar qed isir bl-​ordni?—1 Kor. 14:33.

2. Meta nkunu qed nippridkaw minn bieb għal bieb, kif nistgħu nikkooperaw maʼ grupp jew kongregazzjoni taʼ lingwa differenti fl-​inħawi tagħna?

2 Kooperazzjoni Tajba: Meta pubblikatur ikun qed jagħti xiehda fit-​toroq jew informali, għandu jħossu liberu javviċina lil kulħadd, inkluż dawk li forsi jitkellmu lingwa differenti, u joffri letteratura bil-​lingwa li l-​individwu jippreferi jaqra. Madankollu, meta jkun qed jaħdem minn dar għal dar fi nħawi fejn grupp jew kongregazzjoni taʼ lingwa differenti taħdem ukoll, ġeneralment pubblikatur għandu jiffoka fuq id-​djar taʼ dawk li jitkellmu l-​lingwa tal-​kongregazzjoni li hu jattendi. Meta kongregazzjonijiet differenti jippridkaw fl-​istess inħawi, huwa importanti ħafna li jinżamm rekord tajjeb. L-​indokraturi tas-​servizz għandhom jikkomunikaw flimkien u jorganizzaw l-​affarijiet sabiex ikun taʼ benefiċċju għal kulħadd. (Prov. 11:14) Madankollu, jekk pubblikatur jiltaqaʼ maʼ xi ħadd li jitkellem lingwa oħra meta jkun qed jaħdem minn bieb għal bieb u m’hemmx kongregazzjonijiet taʼ dik il-​lingwa fil-​viċinanzi, il-​pubblikatur għandu jistinka biex jagħti xiehda u jieħu ħsieb l-​interess.

3. X’għandna nagħmlu meta niltaqgħu maʼ pubblikaturi minn grupp jew kongregazzjoni taʼ lingwa differenti li jkunu qed jaħdmu fl-​istess territorju?

3 L-​Istess Xogħol: X’għandna nagħmlu meta pubblikaturi minn kongregazzjonijiet differenti jinzertaw qed jippridkaw fl-​istess inħawi fl-​istess ġurnata? M’għandniex xi ngħidu, l-​imħabba Kristjana se tegħleb kwalunkwe differenzi fil-​lingwa u kulħadd se jkun interessat prinċipalment fil-​bżonnijiet tan-​nies fit-​territorju. (Ġw. 13:34, 35) Għalhekk, dawk li jkunu qed jieħdu t-​tmexxija se juru r-​raġunevolezza u l-​imħabba hekk kif jiddeċiedu jekk grupp wieħed għandux imur f’territorju differenti għal dak il-​ħin.—Ġak. 3:17, 18.

4. Liema profezija qed titwettaq illum?

4 Il-​Bibbja pprofetizzat li nies taʼ ilsna differenti kellhom jisimgħu l-​aħbar tajba. (Riv. 14:6, 7) Permezz taʼ kooperazzjoni sħiħa fost dawk kollha involuti, tistaʼ tiġi evitata sitwazzjoni fejn pubblikaturi minn gruppi jew kongregazzjonijiet taʼ lingwa differenti jħabbtu l-​istess bieb. B’hekk, ħafna wħud ġodda se jintlaħqu bl-​aħbar tajba, inkluż dawk li jitkellmu lingwa oħra.—Efes. 4:16.

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja