Il-Websajt Uffiċjali Tagħna—Użaha Għal Studju Persunali u tal-Familja
Aqra r-Rivisti l-Aktar Reċenti Onlajn: Aqra It-Torri tal-Għassa u Stenbaħ! onlajn diversi ġimgħat qabel ma nirċievu l-kopji stampati fil-kongregazzjoni. Ismaʼ rekordings bl-awdjo tar-rivista bl-Ingliż.—Ikklikkja fuq “Pubblikazzjonijiet/Rivisti.”
Aqra l-Materjal li Jidher Biss fuq il-Websajt: Xi artikli, bħal “Għaż-Żgħażagħ,” “Nitgħallem mill-Bibbja,” “Għal Reviżjoni Bħala Familja,” u “Iż-Żgħażagħ Jistaqsu,” issa jidhru biss fuq il-Websajt tagħna. Idħol fiha u kkunsidra ftit minn dan il-materjal matul l-istudju persunali tiegħek u tal-familja.—Ikklikkja fuq “Tagħlim tal-Bibbja/Tfal” jew “Tagħlim tal-Bibbja/Żgħażagħ.”
Ara l-Aħbarijiet l-Aktar Reċenti: Aqra rapporti u esperjenzi inkuraġġanti, u ara filmati li juru l-progress taʼ xogħolna madwar id-dinja. Rapporti dwar diżastri u persekuzzjoni jistgħu jgħinuna nkunu speċifiċi fit-talb tagħna għall-aħwa milqutin. (Ġak. 5:16)—Ikklikkja fuq “News.”
Agħmel Riċerka Billi Tuża l-Librerija Onlajn: Jekk din il-librerija hi disponibbli bil-lingwa tiegħek, uża kompjuter jew apparat elettroniku ieħor li għandu l-Internet biex taqra l-iskrittura tal-jum onlajn jew biex tagħmel riċerka fi ftit mill-pubblikazzjonijiet reċenti tagħna.—Ikklikkja fuq “Pubblikazzjonijiet/Librerija Onlajn,” jew ittajpja www.wol.jw.org fejn tikteb l-indirizz tas-sit elettroniku fil-kompjuter tiegħek.
[Dijagramma f’paġna 4]
(Għall-formazzjoni sħiħa tat-test, ara pubblikazzjoni)
Ipprovaha
1 Ikklikkja fuq l-istampa jew il-kelma “Iddawnlowdja.” L-istampa tidher f’dokument tal-PDF. Ipprintjaha u użaha bħala attività għal uliedek.
2 Ikklikkja fuq “Play” biex tara xi vidjow.