LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • g25 Nru. 1 pp. 14-15
  • Ibqaʼ Ttama

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Ibqaʼ Ttama
  • Stenbaħ!—2025
  • Sottitli
  • Materjal Simili
  • GĦALA HU IMPORTANTI
  • X’TISTAʼ TAGĦMEL
  • X’INHI S-SALTNA T’ALLA, U X’SE TAGĦMEL?
  • Il-Bibbja Twegħedna Futur Sabiħ
    Għix Ħajja Ferħana għal Dejjem!—Il-Bibbja Turik Kif
  • Il-Bibbja Twegħedna Futur Sabiħ
    Għix Ħajja Ferħana għal Dejjem!—Ibda Sir Af Kif mill-Bibbja
  • Tama Vera għal Futur Aħjar
    Iktar Suġġetti
  • Tama Sabiħa għas-Sena 2023—X’Tgħid il-Bibbja?
    Iktar Suġġetti
Ara Iżjed
Stenbaħ!—2025
g25 Nru. 1 pp. 14-15
Familja qed iħarsu lejn veduta sabiħa waqt li qegħdin picnic.

KIF TKAMPA MAL-GĦOLI TAL-ĦAJJA

Ibqaʼ Ttama

Il-prezzijiet tal-affarijiet fil-pajjiż tiegħek qed jiswew iktar imma l-paga qed tibqaʼ l-istess? Tinkwieta li mhux se tipprovdi biżżejjed għalik u għall-familja tiegħek? Jekk iva, jaf tħossok inkwetat dwar il-futur. Però, anki f’ċirkustanzi diffiċli bħal dawn, li jkollok tama se jgħinek ħafna.

GĦALA HU IMPORTANTI

Nies li jittamaw li l-affarijiet se jmorru għall-aħjar mhux biss jittamaw, imma anki jieħdu azzjoni u jagħmlu l-aħjar mis-sitwazzjoni li jkunu qegħdin fiha. Pereżempju, f’xi studji sabu li n-nies li jittamaw li l-affarijiet se jmorru għall-aħjar . . .

  • ġeneralment jissaportu iktar sitwazzjoni diffiċli

  • isibuha iktar faċli biex jagħmlu l-bidliet

  • jafu jieħdu deċiżjonijiet tajbin li jgħinuhom jgħixu ħajja aħjar b’saħħa tajba

X’TISTAʼ TAGĦMEL

L-ewwel, ara kif il-Bibbja tistaʼ tgħinek illum il-ġurnata. Il-Bibbja fiha pariri prattiċi li jistgħu jgħinuna nkampaw mal-għoli tal-ħajja. Dawn il-pariri se jgħinuk biex tkun kapaċi tlaħħaq mal-ħajja issa u tkun ippreparat għal dak li jistaʼ jinqalaʼ fil-futur.

“Il-fatt li kapaċi taħseb se jgħinek, u li tifhem x’inhu tajjeb u ħażin se jipproteġik.”—Proverbji 2:11.


It-tieni, ara x’tgħid il-Bibbja dwar il-futur. Meta tinduna kemm il-Bibbja fiha pariri li jistgħu jgħinuna, se tkun trid tara x’tgħid ukoll dwar il-futur. Pereżempju, mhux biss se titgħallem li Alla jrid li jkollna “futur u tama,” imma wkoll provdielna raġuni valida għala għandna nemmnu f’din it-tama. (Ġeremija 29:11) Din ir-raġuni hi minħabba s-Saltna t’Alla.

X’INHI S-SALTNA T’ALLA, U X’SE TAGĦMEL?

Is-Saltna t’Alla hi gvern li se jmexxi fuq id-dinja kollha. (Danjel 2:44; Mattew 6:10) F’dak iż-żmien, ħadd mhu se jbati jew ikun fqir, kulħadd se jgħix fil-paċi u jkollu dak li jkollu bżonn biex ikun ferħan, bħalma juru dawn l-iskritturi li ġejjin.

“Se tkun ferħan u tgawdi l-ġid.”—Salm 128:2.

“Huma [dawk li se jgħixu taħt is-Saltna t’Alla] mhux se jitħabtu għalxejn.”—Isaija 65:23.

“Se jkun hemm abbundanza taʼ ċereali fuq l-art.”—Salm 72:16.

Miljuni taʼ nies jafdaw f’dawn il-wegħdi, u huma ċerti li Alla “ma jistax jigdeb.” (Titu 1:2) Aqra l-Bibbja ħalli tara għalik stess. It-tama li fiha tistaʼ tgħinek tissaporti sitwazzjonijiet diffiċli u tgħinek tkun ċert li se jkollok futur aħjar.

Ramaz.

“It-tama li ttini l-Bibbja tgħinni biex nara li l-problemi li hawn fid-dinja huma temporanji. Li naf dan jgħinni biex ikolli moħħi mistrieħ u jagħtini s-saħħa biex inkampa mal-fatt li dejjem qed isir diffiċli biex tlaħħaq mal-ħajja.”—Ramaz, il-Georgia.

TGĦALLEM IKTAR

Tistaʼ vera tafda dak li tgħid il-Bibbja dwar il-futur? Ara dawn il-vidjows fuq jw.org: Kif Nistgħu Nkunu Ċerti li l-Bibbja Hi Vera? u X’Inhi s-Saltna t’Alla?

Mara qed tieħu l-Bibbja minn fuq l-ixkaffa.
    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja