LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • my storja 13
  • Abraham—Ħabib t’Alla

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Abraham—Ħabib t’Alla
  • Il-Ktieb Tiegħi taʼ Stejjer mill-Bibbja
  • Materjal Simili
  • Abraham u Sara obdew lil Alla
    Lezzjonijiet li tista’ titgħallem mill-Bibbja
  • Mistoqsijiet mill-Qarrejja
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2001
  • Għandek Fidi Bħal Dik t’Abraham?
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1999
  • Ġeħova sejjaħlu “l-ħabib tiegħi”
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova (Studju)—2016
Ara Iżjed
Il-Ktieb Tiegħi taʼ Stejjer mill-Bibbja
my storja 13

STORJA 13

Abraham—Ħabib t’Alla

WIEĦED mill-​postijiet fejn marru jgħixu n-​nies wara d-​Dilluvju kien jismu Ur. Dan sar belt importanti b’xi djar sbieħ. Imma n-​nies li kienu jgħixu hemm kienu jqimu lill-​allat foloz. Anki f’Babel, hekk kienu jagħmlu. In-​nies t’Ur u Babel ma kinux bħal Noè u ibnu Sem li baqgħu jaqdu lil Ġeħova.

Fl-​aħħar, 350 sena wara d-​dilluvju, ir-​raġel leali Noè miet. Ir-​raġel li qed tara fl-​istampa twieled sentejn biss wara. Kien persuna speċjali ħafna għal Alla. Kien jismu Abraham. Kien jgħix mal-​familja tiegħu fil-​belt t’Ur.

Darba minnhom, Ġeħova qal lil Abraham: ‘Itlaq minn Ur u lill-​qraba tiegħek, u mur f’pajjiż li se nurik.’ Obda Abraham lil Alla u ħalla warajh il-​kumditajiet kollha t’Ur? Iva. U kien għax Abraham dejjem obda lil Alla li sar magħruf bħala l-​ħabib t’Alla.

Xi wħud mill-​familja t’Abraham marru miegħu meta telaq minn Ur. Missieru, Teraħ, hekk għamel. U anki n-​neputi tiegħu Lot. U m’għandniex xi ngħidu, il-​mara t’Abraham, Sara, ukoll marret. Maż-​żmien, kollha waslu f’post jismu Ħaran, fejn miet Teraħ. Kienu ’l bogħod ħafna minn Ur.

Wara ftit, Abraham u n-​nies taʼ daru telqu minn Ħaran u waslu fl-​art li jisimha Kangħan. Hemmhekk Ġeħova qal: ‘Din hi l-​art li se nagħti lil uliedek.’ Abraham baqaʼ f’Kangħan u għex fit-​tined.

Alla beda jgħin lil Abraham, u b’hekk kellu mrieħel kbar taʼ nagħaġ u annimali oħrajn u mijiet taʼ qaddejja. Imma hu u Sara baqgħu bla tfal.

Meta Abraham kellu 99 sena, Ġeħova qallu: ‘Inwiegħdek li int se ssir missier taʼ ħafna ġnus taʼ nies.’ Imma dan kif setaʼ jiġri ladarba Abraham u Sara issa kienu xjaħu wisq biex ikollhom it-​tfal?

Ġenesi 11:27-​32; 12:1-​7; 17:1-​8, 15-​17; 18:9-​19.

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja