LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • lfb lezzjoni 8 p. 26-p. 27 para. 1
  • Abraham u Sara obdew lil Alla

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Abraham u Sara obdew lil Alla
  • Lezzjonijiet li tista’ titgħallem mill-Bibbja
  • Materjal Simili
  • Abraham—Ħabib t’Alla
    Il-Ktieb Tiegħi taʼ Stejjer mill-Bibbja
  • Ġeħova sejjaħlu “l-ħabib tiegħi”
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova (Studju)—2016
  • Abraham u Sara—Int Tistaʼ Timita l-Fidi Tagħhom!
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2004
  • Alla Jgħaddi l-Fidi t’Abraham Minn Prova
    Il-Ktieb Tiegħi taʼ Stejjer mill-Bibbja
Ara Iżjed
Lezzjonijiet li tista’ titgħallem mill-Bibbja
lfb lezzjoni 8 p. 26-p. 27 para. 1
Abraham u Sara jippakkjaw l-affarijiet tagħhom biex jitilqu minn Ur

LEZZJONI 8

Abraham u Sara obdew lil Alla

Kien hemm belt mhux ’il bogħod ħafna minn Babel li kien jisimha Ur. In-​nies taʼ Ur kienu jqimu lil Ġeħova u lil ħafna allat oħra. Imma kien hemm raġel li kien iqim biss lil Ġeħova. Dan kien jismu Abraham.

Ġeħova qal lil Abraham: ‘Ħalli d-​dar u lil dawk li jiġu minnek, u mur fl-​art li se nurik.’ Imbagħad, Alla wiegħdu: ‘Int se ssir ġens kbir, u jien għad nagħmel affarijiet tajbin lil ħafna nies mal-​art kollha permezz tiegħek.’

Abraham ma kienx jaf fejn Ġeħova riedu jmur, imma hu fada f’Ġeħova. Allura, Abraham, martu Sara, missieru Teraħ, u n-​neputi tiegħu Lot ippakkjaw l-​affarijiet u b’ubbidjenza bdew il-​vjaġġ twil tagħhom.

Abraham kellu 75 sena meta hu u l-​familja tiegħu waslu fl-​art li Ġeħova riedhom jaraw. Din kien jisimha l-​art taʼ Kangħan. Hemmhekk Alla kellem lil Abraham u għamillu din il-​wegħda: ‘L-​art kollha li qed tara madwarek se nagħtiha lil uliedek.’ Imma Abraham u Sara kienu xjuħ u ma kellhomx tfal. Allura, Ġeħova kif kien se jwettaq din l-​wegħda?

Abraham u l-familja tiegħu fil-vjaġġ lejn l-art taʼ Kangħan

“Bil-​fidi Abraham . . . obda u mar f’post li kellu jirċivih bħala wirt; u mar, għalkemm ma kienx jaf fejn kien sejjer.”—Ebrej 11:8

Mistoqsijiet: Ġeħova x’qallu biex jagħmel lil Abraham? Ġeħova x’wegħdi għamillu lil Abraham?

Ġenesi 11:29-32; 12:1-9; Atti 7:2-4; Galatin 3:6; Ebrej 11:8

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja