LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • my storja 30
  • L-Għollieqa Taqbad

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • L-Għollieqa Taqbad
  • Il-Ktieb Tiegħi taʼ Stejjer mill-Bibbja
  • Materjal Simili
  • Is-siġra tal-għollieq taqbad
    Lezzjonijiet li tista’ titgħallem mill-Bibbja
  • Għala Mosè Ħarab
    Il-Ktieb Tiegħi taʼ Stejjer mill-Bibbja
  • Tgħallem it-Triqat taʼ Ġeħova
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2005
  • Mosè—Raġel li Jħobb
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2013
Ara Iżjed
Il-Ktieb Tiegħi taʼ Stejjer mill-Bibbja
my storja 30

STORJA 30

L-Għollieqa Taqbad

MOSÈ kien ġie sal-​muntanja taʼ Ħoreb biex isib xi ħaxix għan-​nagħaġ tiegħu. Hawn ra għollieqa taqbad, imma ma kinitx qed tinħaraq!

‘Din xi ħaġa stramba,’ ħaseb Mosè. ‘Ħa nersaq iktar viċin ħalli nara aħjar.’ Meta għamel hekk ġie leħen mill-​għollieqa jgħid: ‘Tersaqx iktar viċin. Inżaʼ s-​sandli, għax int qiegħed fuq art qaddisa.’ Alla kien qed jitkellem permezz t’anġlu, allura Mosè għatta wiċċu.

Alla mbagħad qal: ‘Rajt it-​tbatija tal-​poplu tiegħi fl-​Eġittu. Għalhekk, se neħlishom, u int il-​wieħed li se nibgħat biex toħroġ il-​poplu tiegħi ’l barra mill-​Eġittu.’ Ġeħova kien se jġib il-​poplu tiegħu fl-​art sabiħa taʼ Kangħan.

Imma Mosè qal: ‘Jien min jien? Kif nistaʼ nagħmel dan? Imma ejja ngħidu li mmur. L-​Iżraelin se jgħiduli, “Min bagħtek?” Imbagħad x’se ngħid?’

‘Dan hu li għandek tgħid,’ wieġbu Alla. ‘“ĠEĦOVA, l-​Alla t’Abraham, l-​Alla t’Iżakk u l-​Alla taʼ Ġakobb bagħatni għandkom.”’ U Ġeħova żied: ‘Dan hu ismi għal dejjem.’

‘Imma xi ngħidu jekk ma jemmnunix meta ngħid li int bgħattni?’ qal Mosè.

‘X’għandek f’idek?’ staqsa Alla.

Mosè wieġeb: ‘Bastun.’

‘Itfgħu fl-​art,’ qal Alla. U meta Mosè għamel dan, il-​bastun sar serp. Ġeħova mbagħad wera lil Mosè miraklu ieħor. Hu qal: ‘Daħħal idek fil-​libsa tiegħek.’ Mosè obda, u meta ħareġ idu, kienet bajda silġ! L-​id dehret qisha kellha l-​marda kerha li tissejjaħ ġdiem. Wara dan, Ġeħova ta lil Mosè l-​qawwa biex jagħmel miraklu ieħor. Fl-​aħħar qal: ‘Meta tagħmel dawn il-​mirakli, l-​Iżraelin se jemmnu li jien bgħattek.’

Wara dan, Mosè mar id-​dar u qal lil Ġetro: ‘Jekk jogħġbok, ħallini mmur lura l-​Eġittu biex nara kif inhuma qrabati.’ Allura, Ġetro sellem lil Mosè, u Mosè beda l-​vjaġġ lura għall-​Eġittu.

Eżodu 3:1-22; 4:1-20.

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja