LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • my storja 42
  • Ħmara Titkellem

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Ħmara Titkellem
  • Il-Ktieb Tiegħi taʼ Stejjer mill-Bibbja
  • Materjal Simili
  • Il-ħmara taʼ Balgħam titkellem
    Lezzjonijiet li tista’ titgħallem mill-Bibbja
  • Ġesù Jiġi Bħala s-Sultan
    Il-Ktieb Tiegħi taʼ Stejjer mill-Bibbja
  • Punti min-Numri
    Traduzzjoni tad-Dinja l-Ġdida taʼ l-Iskrittura Mqaddsa
  • Punti Prinċipali mill-Ktieb tan-Numri
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2004
Ara Iżjed
Il-Ktieb Tiegħi taʼ Stejjer mill-Bibbja
my storja 42
Picture in Story 42

STORJA 42

Ħmara Titkellem

QATT smajt dwar ħmara li titkellem? Probabbli tgħid: ‘Le. L-​annimali ma jistgħux jitkellmu.’ Imma l-​Bibbja tirrakkonta dwar ħmara li tkellmet. Ejja naraw kif ġara dan.

L-​Iżraelin huma kważi lesti biex jidħlu fl-​art taʼ Kangħan. Balak, is-​sultan taʼ Mowab, qed jibżaʼ mill-​Iżraelin. Għalhekk, jibgħat għal raġel jilħaqlu li jismu Balgħam biex jiġi u jisħet lill-​Iżraelin. Balak iwiegħed li se jagħti ħafna flus lil Balgħam, u għalhekk Balgħam jirkeb fuq il-​ħmara tiegħu u jitlaq biex jara lil Balak.

Ġeħova ma jridx li Balgħam jisħet lill-​poplu Tiegħu. Għalhekk jibgħat anġlu b’sejf twil biex jieqaf fit-​triq ħalli jwaqqaf lil Balgħam. Balgħam ma jistax jara lill-​anġlu, imma l-​ħmara tistaʼ. Allura l-​ħmara tibqaʼ tipprova ddur lil hinn mill-​anġlu, u fl-​aħħar sempliċement tinxteħet fl-​art fit-​triq. Balgħam jirrabja ħafna, u jsawwat lill-​ħmara b’ħatar.

Imbagħad Ġeħova jġiegħel lil Balgħam jismaʼ l-​ħmara tiegħu tkellmu. Il-​ħmara tistaqsi: ‘X’għamiltlek biex qed issawwatni?’

Balgħam jgħid: ‘Int għaddejtni biż-​żmien. Kieku kelli sejf kont noqtlok!’

‘Qatt xi darba għamiltlek hekk qabel?’ tistaqsi l-​ħmara.

‘Le,’ iwieġeb Balgħam.

Imbagħad Ġeħova jħalli ’l Balgħam jara lill-​anġlu bis-​sejf wieqaf fit-​triq. L-​anġlu jgħid: ‘Għalfejn sawwatt lill-​ħmara tiegħek? Jien ġejt biex nagħlaqlek triqtek, għax ma jmissekx sejjer biex tisħet lil Iżrael. Li kieku l-​ħmara tiegħek ma daritx minni, jien kont noqtlok, imma ma kontx inweġġa’ lill-​ħmara tiegħek.’

Balgħam jgħid: ‘Dnibt. Ma kontx naf li int kont wieqaf fit-​triq.’ L-​anġlu jħalli ’l Balgħam jitlaq, u Balgħam jibqaʼ sejjer biex jara ’l Balak. Xorta jipprova jisħet lil Iżrael, imma, minflok, Ġeħova jġiegħlu jbierek lil Iżrael tliet darbiet.

Numri 21:21-35; 22:1-40; 23:1-30; 24:1-25.

Mistoqsijiet għall-Istudju

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja