LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • my storja 97
  • Ġesù Jiġi Bħala s-Sultan

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Ġesù Jiġi Bħala s-Sultan
  • Il-Ktieb Tiegħi taʼ Stejjer mill-Bibbja
  • Materjal Simili
  • Is-Sultan jidħol Ġerusalemm fuq felu
    Ġesù—It-triq, il-verità, u l-ħajja
  • Ġesù Jfejjaq lill-Morda
    Il-Ktieb Tiegħi taʼ Stejjer mill-Bibbja
  • Ħmara Titkellem
    Il-Ktieb Tiegħi taʼ Stejjer mill-Bibbja
  • X’Inhi s-Saltna t’Alla? Kif Nuru li Rriduha
    Tgħallem mill-Għalliem il-Kbir
Ara Iżjed
Il-Ktieb Tiegħi taʼ Stejjer mill-Bibbja
my storja 97

STORJA 97

Ġesù Jiġi Bħala s-Sultan

FTIT wara li jfejjaq liż-​żewġ tallaba għomja, Ġesù jasal f’raħal żgħir ħdejn Ġerusalemm. Hu jgħid lil tnejn mid-​dixxipli tiegħu: ‘Idħlu fir-​raħal u se ssibu felu taʼ ħmara. Ħolluh u ġibuhuli.’

Meta jġibulu l-​ħmar, Ġesù joqgħod bilqiegħda fuqu. Imbagħad jirkbu sa Ġerusalemm li hi ftit ’il bogħod minn fejn huma. Meta jasal qrib il-​belt, folla kbira taʼ nies joħorġu jiltaqgħu miegħu. Ħafna minnhom jinżgħu l-​libsa taʼ fuq u jifirxuha fit-​triq. Oħrajn jaqtgħu friegħi mis-​siġar tal-​palm. Huma jpoġġu dawn fit-​triq ukoll, u jgħajtu: ‘Ħa jkun imbierek minn Alla s-​sultan li jiġi f’isem Ġeħova!’

Żmien twil ilu f’Iżrael, is-​slaten ġodda kienu jidħlu f’Ġerusalemm rekbin fuq felu taʼ ħmara biex juru lilhom infushom lin-​nies. Hekk qed jagħmel Ġesù. U dawn in-​nies qed juru li jridu lil Ġesù bħala s-​Sultan tagħhom. Imma mhux kulħadd iridu. Nistgħu naraw dan minn dak li jiġri meta Ġesù jmur fit-​tempju.

Fit-​tempju Ġesù jfejjaq lin-​nies għomja u zopop. Meta t-​tfal żgħar jaraw dan, ifaħħru lil Ġesù b’leħen għoli. Imma dan jirrabja lill-​qassisin, u jgħidu lil Ġesù: ‘Qed tismaʼ x’qed jgħidu t-​tfal?’

‘Iva,’ iwieġeb Ġesù. ‘Qatt ma qrajtu fil-​Bibbja fejn tgħid: “Minn fomm it-​tfal żgħar Alla se jġib tifħir?”’ Għalhekk, it-​tfal jibqgħu jfaħħru lis-​Sultan t’Alla.

Aħna rridu nkunu bħal dawk it-​tfal, hux? Xi nies forsi jipprovaw iwaqqfuna milli nitkellmu dwar is-​Saltna t’Alla. Imma aħna se nibqgħu ngħidu lil oħrajn dwar l-​affarijiet tal-​għaġeb li Ġesù se jagħmel għan-​nies.

Kien għadu mhux il-​waqt biex Ġesù jibda jaħkem bħala s-​Sultan meta kien fuq l-​art. Meta se jasal dan iż-​żmien? Id-​dixxipli taʼ Ġesù jridu jkunu jafu. Se naqraw dwar dan fl-​istorja li jmiss.

Mattew 21:1-17; Ġwanni 12:12-16.

Mistoqsijiet għall-Istudju

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja