LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • my storja 69
  • Tifla Tgħin lil Raġel Setgħan

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Tifla Tgħin lil Raġel Setgħan
  • Il-Ktieb Tiegħi taʼ Stejjer mill-Bibbja
  • Materjal Simili
  • Hi Riedet Tgħin
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2008
  • Raġel gwerrier u tifla żgħira
    Lezzjonijiet li tista’ titgħallem mill-Bibbja
  • Kellu Rasu Iebsa Imma fl-Aħħar Obda
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2012
  • Tfal li Jferrħu lil Alla
    Tgħallem mill-Għalliem il-Kbir
Ara Iżjed
Il-Ktieb Tiegħi taʼ Stejjer mill-Bibbja
my storja 69

STORJA 69

Tifla Tgħin lil Raġel Setgħan

TAF x’inhi tgħid din it-​tifla żgħira? Hi qed tgħid lis-​sinjura dwar il-​profeta taʼ Ġeħova, Eliżew, u dwar l-​affarijiet tal-​għaġeb li Ġeħova jgħinu jagħmel. Is-​sinjura ma tafx dwar Ġeħova għax mhijiex mara Iżraelija. Mela, ejja naraw għala t-​tifla qiegħda fid-​dar tas-​sinjura.

Is-​sinjura hija mara Sirjana. Ir-​raġel tagħha hu Nagħman, il-​kap tal-​armata Sirjana. Is-​Sirjani qabdu lil din it-​tifla żgħira Iżraelija, u ħaduha għand il-​mara taʼ Nagħman biex tkun il-​qaddejja tagħha.

Nagħman ikollu marda kerha li tissejjaħ ġdiem. Din il-​marda tistaʼ anki ġġiegħel il-​laħam tal-​persuna jaqaʼ. Għalhekk, it-​tifla qed tgħid lil mart Nagħman: ‘Kemm nixtieq li sidi jistaʼ jmur għand il-​profeta taʼ Ġeħova f’Iżrael. Kieku jfejqu mill-​ġdiem tiegħu.’ Iktar tard ir-​raġel tas-​sinjura jsir jaf x’qalet it-​tifla.

Nagħman verament jixtieq li jiġi mfejjaq; allura jiddeċiedi li jmur Iżrael. Meta jasal hemm, imur sad-​dar t’Eliżew. Eliżew iqabbad lill-​qaddej tiegħu biex imur u jgħid lil Nagħman ħalli jmur jinħasel fix-​Xmara Ġordan seba’ darbiet. Dan jirrabjah ħafna lil Nagħman, u hu jgħid: ‘Ix-​xmajjar taʼ pajjiżi huma aħjar minn kwalunkwe xmara f’Iżrael!’ Wara li jgħid dan, Nagħman jitlaq.

Imma l-​qaddejja tiegħu jgħidulu: ‘Sinjur, kieku Eliżew qallek tagħmel xi ħaġa diffiċli, kont tagħmilha. Issa għala ma tistax tinħasel kif qallek?’ Nagħman jismaʼ mill-​qaddejja tiegħu u jmur u jinżel fix-​Xmara Ġordan seba’ darbiet. Meta jagħmel dan, ġismu jissoda u jsir f’saħħtu!

Nagħman iħossu ferħan se jtir. Hu jmur lura għand Eliżew u jgħidlu: ‘Issa naf fiċ-​ċert li l-​Alla t’Iżrael hu l-​uniku veru Alla fl-​art kollha. Għalhekk, jekk jogħġbok, ħu dan ir-​rigal mingħandi.’ Imma Eliżew jgħid: ‘Le, m’iniex se nieħdu.’ Eliżew jaf li jkun ħażin li jieħu r-​rigal, għax kien Ġeħova li fejjaq lil Nagħman. Iżda l-​qaddej t’Eliżew, Geħażi, irid ir-​rigal għalih.

Allura taf x’jagħmel Geħażi? Wara li Nagħman jitlaq, Geħażi jitlaq jiġri biex jilħqu. Geħażi jgħidlu: ‘Eliżew bagħatni biex ngħidlek li jixtieq ftit mir-​rigali tiegħek għal xi ħbieb li għadhom kif ġew iżuruh.’ M’għandniex xi ngħidu, din hija gidba. Imma Nagħman ma jafx li hi gidba; allura jagħti lil Geħażi ftit mill-​affarijiet.

Meta Geħażi jerġaʼ lura d-​dar, Eliżew jaf x’għamel għax Ġeħova qallu. Għalhekk hu jgħid: ‘Talli għamilt din il-​ħaġa ħażina, il-​ġdiem taʼ Nagħman jiġi fuqek.’ U hekk jiġri, mill-​ewwel!

X’nistgħu nitgħallmu minn dan kollu? L-​ewwel, li għandna nkunu bħat-​tifla żgħira u nitkellmu dwar Ġeħova. Dan jistaʼ jagħmel ħafna ġid. It-​tieni, li ma rridux inkunu kburin bħalma kien Nagħman fil-​bidu, imma għandna nobdu lill-​qaddejja t’Alla. U t-​tielet, m’għandniex nigdbu bħalma għamel Geħażi. Kemm nistgħu nitgħallmu affarijiet meta naqraw il-​Bibbja, hux?

2 Slaten 5:1-27.

Mistoqsijiet għall-Istudju

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja