LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • lfb lezzjoni 51 p. 124-p. 125 para. 2
  • Raġel gwerrier u tifla żgħira

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Raġel gwerrier u tifla żgħira
  • Lezzjonijiet li tista’ titgħallem mill-Bibbja
  • Materjal Simili
  • Hi Riedet Tgħin
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2008
  • Kellu Rasu Iebsa Imma fl-Aħħar Obda
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2012
  • Tifla Tgħin lil Raġel Setgħan
    Il-Ktieb Tiegħi taʼ Stejjer mill-Bibbja
  • Tfal li Jferrħu lil Alla
    Tgħallem mill-Għalliem il-Kbir
Ara Iżjed
Lezzjonijiet li tista’ titgħallem mill-Bibbja
lfb lezzjoni 51 p. 124-p. 125 para. 2
Nagħman imur għand Eliżew biex ifiq

LEZZJONI 51

Raġel gwerrier u tifla żgħira

Fl-​art tas-​Sirja, kien hemm tifla żgħira Iżraelija li kienet ’il bogħod mid-​dar tagħha. L-​armata Sirjana kienu firduha mill-​familja tagħha u issa spiċċat ilsiera tal-​mara taʼ Nagħman li kien il-​kap tal-​armata. Din it-​tifla kienet taqdi lil Ġeħova, avolja n-​nies taʼ madwarha ma kinux.

Nagħman kellu marda kerha tal-​ġilda, u kien ikun muġugħ il-​ħin kollu. It-​tifla xtaqet ħafna li tgħinu. Hi qalet lill-​mara taʼ Nagħman: ‘Naf lil xi ħadd li jistaʼ jgħin lir-​raġel tiegħek. F’Iżrael hemm profeta taʼ Ġeħova jismu Eliżew. Hu jistaʼ jfejjaq lir-​raġel tiegħek.’

Il-​mara marret tgħid lir-​raġel tagħha x’kienet qaltilha din it-​tifla. Hu kien lest li jipprova kollox biex ifiq, u għalhekk mar fid-​dar taʼ Eliżew f’Iżrael. Peress li Nagħman kien persuna importanti, hu stenna li Eliżew jiġi jilqgħu. Imma Eliżew, minflok ma mar jilqgħu hu stess, bagħat lill-​qaddej tiegħu biex jagħtih dan il-​messaġġ: ‘Mur u inżel taħt l-​ilma sebaʼ darbiet fix-​Xmara Ġordan. Imbagħad tfiq.’

Nagħman ma ħax pjaċir b’dan il-​messaġġ, u qal: ‘Jien ħsibt li dan il-​profeta kien se jfejjaqni billi jsejjaħ lil Alla tiegħu, u jien infiq b’xi mod tal-​għaġeb. Minflok, qalli biex immur f’din ix-​xmara f’Iżrael. Fis-​Sirja, aħna għandna xmajjar aħjar minn din! Għala ma nistax immur hemm?’ Nagħman irrabja, u telaq mid-​dar taʼ Eliżew.

Nagħman jinżel fl-ilma tax-Xmara Ġordan u jfiq

Il-​qaddejja taʼ Nagħman għenuh jirraġuna. Huma qalulu: ‘Int m’għedtx li lest tagħmel kulma hemm bżonn biex tfiq? Dak li l-​profeta qallek biex tagħmel mhux diffiċli. Għala ma taqbadx u tagħmel hekk?’ Nagħman semaʼ minnhom. Mar fix-​Xmara Ġordan u niżel taħt l-​ilma sebaʼ darbiet. Mas-​sebaʼ darba, xħin Nagħman telaʼ mill-​ilma, kien fieq għalkollox. Hu tant apprezza, li reġaʼ mar għand Eliżew biex jirringrazzjah. Nagħman qallu: ‘Issa naf li Ġeħova hu l-​Alla l-​veru.’ Kif taħseb li ħassitha t-​tifla Iżraelija meta Nagħman mar lura d-​dar imfejjaq?

“Minn fomm iċ-​ċkejknin u t-​trabi tal-​ħalib int ipprovdejt it-​tifħir.”—Mattew 21:16

Mistoqsijiet: Taħseb li kien faċli għat-​tifla Iżraelija biex tkellem lill-​mara taʼ Nagħman? X’kien li għenha tkun daqshekk kuraġġuża?

2 Slaten 5:1-19; Luqa 4:27

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja