LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • my storja 70
  • Ġona u l-Ħuta Kbira

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Ġona u l-Ħuta Kbira
  • Il-Ktieb Tiegħi taʼ Stejjer mill-Bibbja
  • Materjal Simili
  • Ġeħova kien paċenzjuż maʼ Ġona
    Lezzjonijiet li tista’ titgħallem mill-Bibbja
  • Tgħallem mill-Iżbalji Tiegħu
    Imita l-Fidi Tagħhom
  • Ġona Jsir Jaf X’Inhi l-Ħniena taʼ Jehovah
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1996
  • Punti minn Ġona
    Traduzzjoni tad-Dinja l-Ġdida taʼ l-Iskrittura Mqaddsa
Ara Iżjed
Il-Ktieb Tiegħi taʼ Stejjer mill-Bibbja
my storja 70

STORJA 70

Ġona u l-Ħuta Kbira

ARA r-​raġel fl-​ilma. Qiegħed f’ħafna inkwiet, hux veru? Din il-​ħuta se tibilgħu! Taf min hu dan ir-​raġel? Jismu Ġona. Ejja naraw kif daħal f’daqshekk inkwiet.

Ġona hu profeta taʼ Ġeħova. Ftit wara l-​mewt tal-​profeta Eliżew, Ġeħova jgħid lil Ġona: ‘Mur sal-​belt kbira taʼ Ninwe. In-​nies hemmhekk huma ħżiena ħafna u jien irridek tgħidilhom dwar dan.’

Imma Ġona ma jridx imur. Għalhekk jaqbad bastiment li jkun sejjer fid-​direzzjoni opposta taʼ Ninwe. Ġeħova ma jiħux pjaċir b’Ġona minħabba li ħarab. Għalhekk Hu jġiegħel li jkun hemm maltempata kbira. Tant tkun kiefra li l-​bastiment huwa fil-​periklu li jegħreq. Il-​baħrin jibżgħu ħafna, u jitolbu lill-​allat tagħhom għall-​għajnuna.

Fl-​aħħar Ġona jgħidilhom: ‘Jien inqim lil Ġeħova, l-​Alla li għamel is-​sema u l-​art. U jien qed naħrab milli nagħmel dak li Ġeħova qalli biex nagħmel.’ Għalhekk, il-​baħrin jistaqsu: ‘X’għandna nagħmlulek biex inwaqqfu l-​maltempata?’

Ġona jgħid: ‘Itfgħuni fil-​baħar, u l-​baħar jerġaʼ jiġi kalm.’ Il-​baħrin ma jridux jagħmlu hekk, imma hekk kif il-​maltempata tiggrava huma fl-​aħħar jitfgħu lil Ġona fil-​baħar. Mill-​ewwel il-​maltempata tieqaf, u l-​baħar jerġaʼ jkun kalm.

Hekk kif Ġona jinżel taħt l-​ilma, il-​ħuta kbira tibilgħu. Imma ma jmutx. Għal tlett ijiem u tlett iljieli hu jkun f’żaqq il-​ħuta. Ġona jiddispjaċih ħafna talli m’obdiex lil Ġeħova u ma marx Ninwe. Allura taf x’jagħmel?

Ġona jitlob lil Ġeħova għall-​għajnuna. Imbagħad, Ġeħova jġiegħel lill-​ħuta taqlaʼ lil Ġona fuq art niexfa. Wara dan Ġona jmur Ninwe. Ma jgħallimniex dan kemm hu importanti li nagħmlu dak kollu li jgħidilna Ġeħova?

Il-ktieb Bibliku taʼ Ġona 1-4.

Mistoqsijiet għall-Istudju

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja