LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • my storja 84
  • Anġlu Jżur lil Marija

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Anġlu Jżur lil Marija
  • Il-Ktieb Tiegħi taʼ Stejjer mill-Bibbja
  • Materjal Simili
  • L-anġlu Gabrijel iżur lil Marija
    Lezzjonijiet li tista’ titgħallem mill-Bibbja
  • “Ara! L-Ilsira ta’ Ġeħova!”
    Imita l-Fidi Tagħhom
  • Onorat Qabel Ma Twieled
    L-Aqwa Bniedem li Qatt Għex
  • Ġesù jiġi onorat qabel ma jitwieled
    Ġesù—It-triq, il-verità, u l-ħajja
Ara Iżjed
Il-Ktieb Tiegħi taʼ Stejjer mill-Bibbja
my storja 84

STORJA 84

Anġlu Jżur lil Marija

DIN il-​mara ħelwa hi Marija. Hi Iżraelija li tgħix fir-​raħal taʼ Nazaret. Alla jaf li hi persuna tassew mill-​aħjar. Dan hu għala bagħat l-​anġlu tiegħu Gabrijel biex ikellimha. Taf x’ġie jgħidilha Gabrijel lil Marija? Ejja naraw.

‘Il-​ġurnata t-​tajba, int li ġejt favorita bil-​kbir,’ jgħidilha Gabrijel. ‘Ġeħova hu miegħek.’ Marija qatt ma rat lil din il-​persuna qabel. Hi tinkwieta, għaliex ma tafx x’ried ifisser. Imma mill-​ewwel Gabrijel iserrħilha rasha.

‘Tibżax Marija,’ jgħidilha hu. ‘Ġeħova ferħan ħafna bik. Għalhekk se jagħmel xi ħaġa tal-​għaġeb għalik. Dalwaqt se jkollok tarbija tifel. U trid issemmih Ġesù.’

Gabrijel ikompli jispjega: ‘Dan it-​tifel se jkun kbir, u se jissejjaħ Bin l-​Alla l-​Iktar Għoli. Ġeħova se jagħmlu Sultan, bħalma kien David. Imma Ġesù se jkun Sultan għal dejjem, u Saltnatu qatt ma se tintemm!’

‘Kif jistaʼ jkun dan kollu?’ tistaqsi Marija. ‘Lanqas biss jien miżżewġa. Qatt m’għext maʼ raġel, allura kif jistaʼ jkolli tarbija?’

‘Il-​qawwa t’Alla se tiġi fuqek,’ iwieġeb Gabrijel. ‘Allura t-​tifel se jkun imsejjaħ l-​Iben t’Alla.’ Imbagħad hu jgħid lil Marija: ‘Ftakar fil-​qariba tiegħek, Eliżabetta. In-​nies qalu li kienet xiħa wisq biex ikollha t-​tfal. Imma dalwaqt se jkollha iben. Allura, m’hemm xejn li Alla ma jistax jagħmel.’

Mill-​ewwel, Marija tgħid: ‘Jien il-​qaddejja taʼ Ġeħova! Ħa jiġri minni eżatt kif għedt.’ L-​anġlu mbagħad jitlaq.

Marija tħaffef biex tmur iżżur lil Eliżabetta. Meta Eliżabetta tismaʼ leħen Marija, it-​tarbija f’Eliżabetta taqbeż bil-​ferħ. Eliżabetta timtela bl-​ispirtu t’Alla u tgħid lil Marija: ‘Int imbierka b’mod speċjali fost in-​nisa.’ Marija tibqaʼ m’Eliżabetta għal xi tliet xhur, u mbagħad tmur lura d-​dar f’Nazaret.

Marija dalwaqt tiżżewweġ raġel jismu Ġużeppi. Imma meta Ġużeppi jsir jaf li Marija se jkollha tarbija, hu ma jaħsibx li għandu jiżżewwiġha. Imbagħad l-​anġlu t’Alla jgħidlu: ‘Tibżax tieħu lil Marija bħala martek. Għaliex hu Alla li taha iben.’ Allura Marija u Ġużeppi jiżżewġu u jistennew it-​twelid taʼ Ġesù.

Luqa 1:26-56; Mattew 1:18-25.

Mistoqsijiet għall-Istudju

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja