LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • my storja 90
  • Mal-Mara Ħdejn il-Bir

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Mal-Mara Ħdejn il-Bir
  • Il-Ktieb Tiegħi taʼ Stejjer mill-Bibbja
  • Materjal Simili
  • Il-mara ħdejn il-bir
    Lezzjonijiet li tista’ titgħallem mill-Bibbja
  • Igħallem lil Mara Samaritana
    L-Aqwa Bniedem li Qatt Għex
  • Jgħallem lil mara Samaritana
    Ġesù—It-triq, il-verità, u l-ħajja
  • Il-Likwidu Prezzjuż tal-Ħajja—l-Ilma
    Stenbaħ!—2003
Ara Iżjed
Il-Ktieb Tiegħi taʼ Stejjer mill-Bibbja
my storja 90

STORJA 90

Mal-Mara Ħdejn il-Bir

ĠESÙ waqaf jistrieħ ħdejn bir fis-​Samarija. Id-​dixxipli tiegħu marru fil-​belt jixtru l-​ikel. Il-​mara li qed ikellem Ġesù ġiet biex tieħu ftit ilma. Hu jgħidilha: ‘Agħtini nixrob.’

Il-​mara tibqaʼ sorpriża ħafna b’dan. Taf għala? Minħabba li Ġesù hu Lhudi, u hi Samaritana. U ħafna mil-​Lhud ma jħobbuhomx lis-​Samaritani. Lanqas biss ikellmuhom! Imma Ġesù jħobb lin-​nies taʼ kull xorta. Allura jgħidilha: ‘Kieku kont taf min qed jitolbok tagħtih jixrob, kont titolbu u kien jagħtik ilma li jagħti l-​ħajja.’

‘Sinjur,’ tgħid il-​mara, ‘il-​bir fond, u int lanqas biss għandek barmil. Minn fejn se ġġib dan l-​ilma li jagħti l-​ħajja?’

‘Jekk tixrob l-​ilma minn dan il-​bir se jerġaʼ jaqbdek l-​għatx,’ jispjega Ġesù. ‘Imma l-​ilma li nagħti jien jagħti l-​ħajja taʼ dejjem lil dak li jkun.’

‘Sinjur,’ tgħidlu l-​mara, ‘agħtini minn dan l-​ilma! Imbagħad qatt ma jerġaʼ jaqbadni l-​għatx. U ma jkollix għalfejn nibqaʼ niġi hawn biex nieħu l-​ilma.’

Il-​mara taħseb li Ġesù qed jitkellem dwar l-​ilma letterali. Imma hu qed jitkellem fuq il-​verità dwar Alla u s-​Saltna tiegħu. Il-​verità hi bħal ilma li jagħti l-​ħajja. Tistaʼ tagħti l-​ħajja taʼ dejjem lil dak li jkun.

Ġesù issa jgħid lill-​mara: ‘Mur u sejjaħ lil żewġek u ejja lura.’

‘M’iniex miżżewġa,’ tgħidlu hi.

‘Sewwa għedt,’ jgħidilha Ġesù. ‘Imma kont miżżewġa ħames darbiet, u r-​raġel li qed tgħix miegħu issa mhuwiex żewġek.’

Il-​mara tibqaʼ skantata, għaliex dan kollu hu minnu. Kif kien jaf dawn l-​affarijiet kollha Ġesù? Iva, hu minħabba li Ġesù hu l-​Wieħed Imwiegħed mibgħut minn Alla, u Alla jagħtih din l-​informazzjoni. F’dan il-​mument jiġu lura d-​dixxipli taʼ Ġesù, u huma jibqgħu sorpriżi li qed ikellem mara Samaritana.

X’nitgħallmu minn dan kollu? Naraw li Ġesù juri qalb tajba man-​nies taʼ kull razza. U aħna għandna nagħmlu bħalu. M’għandniex naħsbu li xi nies huma ħżiena sempliċement għax huma taʼ ċerta razza. Ġesù jrid li n-​nies kollha jkunu jafu l-​verità li twassal għall-​ħajja taʼ dejjem. U aħna wkoll għandna nkunu rridu ngħinu lin-​nies jitgħallmu l-​verità.

Ġwanni 4:5-43; 17:3.

Mistoqsijiet għall-Istudju

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja