X’Għandek Tagħmel Int?
50 Trid int tgħix għal dejjem f’dik il-ġenna tal-art sabiħa?
Mela tgħallem aktar dwar x’igħid Alla. Ipprova tgħallem aqra l-Bibbja.—Ġwann 17:3; Rivelazzjoni 1:3
51 Tgħallem aktar dwar Ġesù.—Dewteronomju 18:18, 19; Ġwann 3:16; Atti 3:19-23
52 Ipprova agħmel biss affarijiet tajbin u obdi lil Jehovah.—Rumani 6:17, 18, 22
53 Ftakar, Jehovah igħid li ma rridux noqtlu lin-nies.—Eżodu 20:13; 1 Ġwann 3:11, 12
54 Ma rridux nieħdu affarijiet li huma taʼ nies oħra.—Eżodu 20:15; Efesin 4:28
55 Raġel ma għandux igħix u jorqod maʼ mara jekk hi ma tkunx martu stess.—Eżodu 20:14, 17; 1 Tessalonkin 4:3
56 Tiftakar kemm-il mara jippermetti Alla li raġel ikollu? Raġel kemm għandu jdum maʼ martu?—Ġenesi 2:22, 24; Mattew 19:5, 6; 1 Korintin 7:2, 10, 11
57 Ftakar, ukoll, li rridu nqimu biss lil Jehovah.—Mattew 4:10; 1 Korintin 8:6
58 Idoli u immaġnijiet ma jistgħux igħinuna. Għala?—1 Korintin 8:4
Huwa tajjeb li jkollok xi idoli?—Dewteronomju 27:15; 1 Ġwann 5:21
59 Għala huwa ħażin li tagħmel is-sħarijiet u tuża l-‘black magic’?—Dewteronomju 18:10-13; Rivelazzjoni 21:8
60 L-anġli l-ħżiena jew xjaten irvellaw kontra Alla. Huma jużaw lil dawk li jaqraw ix-xorti biex iqarrqu bin-nies.—Atti 16:16
61 Aħna rridu nitolbu ’l Alla. It-talb ifisser li nitkellmu maʼ Alla, li ngħidulu li rridu naqduh u li nistaqsuh għall-għajnuna tiegħu.—Filippin 4:6, 7
62 Irridu nobdu lil Ġesù u npoġġu fidi fih.—Lhud 5:9; Ġwann 3:16
63 Ftakar li hu miet biex isalvana.—Rumani 5:8
64 Ftakar li Ġesù hu s-Sultan inviżibbli tagħna. Għandna nobdu lilu.—Filippin 2:9-11; Rivelazzjoni 19:16
65 Ġesù qal li int għandek tgħid lil oħrajn dwar l-affarijiet tajbin li qiegħed titgħallem u li dawk li jridu jaqdu ’l Alla għandhom jitgħammdu.—Mattew 28:19, 20; Ġwann 4:7-15
66 Mela int tistaʼ titkellem maʼ sħabek dwar dawn l-affarijiet tajbin.—Mattew 10:32
67 Jekk titgħallem taqra tajjeb, int tistaʼ titgħallem ħafna aktar affarijiet u tkun tistaʼ tgħin lil ħaddieħor aħjar.—2 Timotew 2:15
68 Ġesù għallem ukoll lit-tfal żgħar biex jobdu ’l Alla. Qatt ma kien imħabbat wisq biex jitkellem magħhom.—Mattew 19:13-15
69 Il-ġenituri għandhom dejjem igħallmu lil uliedhom biex jobdu ’l Alla u jħobbuh.—Dewteronomju 6:6, 7; Qwiel 6:20-22; Efesin 6:4
70 Hemm ħafna knejjes differenti. Ħafna mit-tagħlim tagħhom m’huwiex mill-Bibbja. Jehovah igħidilna biex nitilqu minn dawk ir-reliġjonijiet li ma jgħallmux il-verità.—Rivelazzjoni 18:4; Ġwann 4:23, 24
71 Jehovah għandu nies fuq l-art li jistgħu jgħallmuk aktar dwaru. Taf int min huma?—Atti 15:14; Rumani 10:14, 15
72 Huma x-Xhieda taʼ Jehovah. Huma għandhom il-paċi bejniethom. Taf għaliex? Għax iħobbu lil xulxin.—Isaija 43:10-12; Ġwann 13:34, 35
73 Billi jħobbu wkoll lil Jehovah, huma ġew imgħammdin. Dan hu kif huma juru pubblikament li abbandunaw il-mod ħażin taʼ kif igħixu u li jridu jqattgħu ħajjithom jaqdu ’l Alla.—Atti 2:41
74 Ix-Xhieda taʼ Jehovah jittamaw li jgħixu fil-ġenna tal-art ġdida u mill-isbaħ.—Salm 37:9-11, 29
X’tistaʼ tagħmel int sabiex tgħix hemm magħhom?—Ġakbu 1:22, 25; 2:20-26
75 Ingħaqad magħhom f’li titgħallem taqdi lil Jehovah. Huma jħobbu u jobdu lil Jehovah u lil Kristu Ġesù. Tħobbhom int? Trid int tgħin lil oħrajn isiru jafu dwar Alla?—Ġwann 6:45-47
76 Jehovah u Kristu Ġesù jħobbuk u jriduk tgħix għal dejjem fil-ġenna tal-art.—Ġwann 3:16
Dak li int tgħallimt billi eżaminajt l-istampi u l-informazzjoni li hawn f’dan il-ktejjeb żgur li qajjem ix-xewqa fik li tgawdi l-ħajja fuq l-art għal dejjem. Jekk tixtieq titgħallem aktar dwar dan, nissuġġerulek li titkellem maʼ wieħed mix-Xhieda taʼ Jehovah lokalment. Jew, tistaʼ tikteb, jew tqabbad lil xi ħadd jiktiblek, lill-eqreb uffiċċju taʼ fejn tgħix int, kif inhu muri fil-lista taʼ indirizzi f’paġna tnejn taʼ dan il-ktejjeb.